Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Communications Authority — Qasam postali/E-commerce

Question

Rigward il-Malta Communications Authority, jista' l-Ministru jgħid meta mistennija timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar il-qasam postali u dak tal-E-commerce?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Kommunikazzjoni mistennija tibda timplimenta l-policies u l-istrutturi tagħha dwar l-oqsma ta' l-e-commerce u l-qasam postali iktar tard din is-sena.
Leg 9 PQ #38436 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Visa

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom diġa' bdew iseħħu l-arranġamenti ġodda meħtieġa għal visa għal min ikun ġej jew sejjer lejhom?

Response (BORG, JOE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kummisjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita? — Każi pendenti

Question

X'każi hemm pendenti quddiem il-Kummisjoni Nazzjonali Persuni ta' Diżabilita' li jirrigwardaw awtoritajiet pubbliċi u governattivi dwar bini għax mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilita? X'passi ttieħdu mill-Kummisjoni f'kull każ dwar l-obbligu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #38438 Sitting 864 2003-02-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Skejjel/Persuni b'diżabilita'

Question

Meta se jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-bini tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex isir kollu kemm hu aċċessibli għall-persuni b'diżabilita'

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li m'għandix xi nżid mar­risposta li tajt għall­mistoqsija numru 37878.
Leg 9 PQ #38184 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' sugar cane & beet, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta ma timpurtax sugar cane jew sugar beet imma timporta biss zokkor. Għal dan il-għan, Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ zokkor bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38185 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' other processed foods, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Leg 9 PQ #38186 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' beverages & tobaccos, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Leg 9 PQ #38187 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' ikel, xorb u tabakk, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38182.
Leg 9 PQ #38188 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' laħam aħmar u abjad, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ laħam aħmar u abjad bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.
Leg 9 PQ #38189 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Importazzjoni ta' prodotti — Introduzzjoni ta' levy

Question

Fil-każ ta' trabb tal-ħalib xkumat, jista' l-Ministru jgħid kif l-ewwel intqal lill-poplu li l-prezzijiet fl-UE huma orħos u se jorħsu aktar għaliex se titneħħa l-levy u issa ddaħlet levy fejn ma kienx hemm fuq dawn il-prodotti meta mpurtati minn barra l-UE kif ukoll se joħorġu flus għal sussidji sabiex jissussidjaw il-prezzijiet għoljin ta' dawn il-prodotti mpurtati mill-UE meta llum minn barra pajjiżna jixtruhom diġa' orħos? Għaliex se jiddaħħlu levy u sussidji fuq prodotti li ma nipproduċux la llum u lanqas wara s-sħubija? Kemm fil-fatt huma l-prezzijiet interni u esterni ta' dawn il-prodotti sija meta sar l-istudju fuqhom mill-Istitut ta' Bari u kif ukoll fiż-żmien meta ġew finalizzati n-negozjati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta nnegozjat biex għal seba’ snin wara s-sħubija Malta tibqa’ timporta l-ħtiġiet tagħha ta’ trab tal-ħalib bi prezzijiet preferenzjali billi d-differenza bejn il-prezz dinji u dak fl-Unjoni Ewropea tkun issussidjata nofs bin-nofs bejn Malta u l-Unjoni Ewropea. Għar-rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 38118.

Sigurta' Soċjali — Tnaqqis fil-bonus

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara għaliex il-persuna, li isimha qiegħed jintbagħat separatament, li hija residenti Ħas-Serħ, St. Vincent De Paule, irċeviet il-bonus ta' Diċembru b'xi Lm21 imnaqqsa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ġiet infurmata bil-każ tagħha.
Leg 9 PQ #38310 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kartuna safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex veru li meta tapplika għall-kartuna s-safra, trid tistenna xi sitt xhur qabel ma din tkun approvata, meta sa ftit żmien ilu din kienet tingħata lill-pazjent tliet ġimgħat wara li tkun saret l-applikazzjoni mill-konsulent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fil-mument il-kartuna s-safra qed toħroġ wara madwar tliet xhur mill-applikazzjoni minħabba tibdil fil-lista ta' mediċini provduti. Din is-sitwazzjoni tirriżulta minħabba li żdied il-ħruġ tal-kartuna s-safra (mediċini għal mard kardjovaskulari li qabel kienu jinkisbu permezz tal-kartuna r-roża issa jinkisbu bil-kartuna s-safra), kif ukoll minħabba nuqqas temporanju ta' żewġ skrivani fuq dan ix-xogħol għal xi perjodu ta' żmien. Madanakollu, huwa ittamat li s-sitwazzjoni terġa' tiġi għan-normal fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #38311 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Applikazzjonijiet għal spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjonijiet ta' l-ispetturi tal-pulizija, x'ġara mir-riżultati ta' dawn l-applikazzjonijiet u fejn jinsabu bħalissa dawn ir-riżultati? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-kandidati kollha li kienu eliġibbli u dawk li ma kienux u jgħid għaliex ir-riżultati għadhom ma marrux il-PSC, meta l-interviews spiċċaw fl-10 ta' Diċembru, 2002 u meta r-regolamenti dwar il-bordijiet ta' l-għażla jgħidu li r-riżultati għandhom jintbagħtu ''as soon as possible" lill-PSC? Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jibda l-kors peress li dawn l-applikazzjonijiet ilhom li għalqu mit-2 ta' Awissu, 2002?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma naħseb japprezza l-Onoreoli Interpellant, l-operat ta` Bord ta` Għażla maħtur mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-Ministeru. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-kors ta` taħriġ jibda wara li jkun ġie ippublikat ir-riżultat.
Leg 9 PQ #38312 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Kors ta' spetturi - riżultati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultati għall-kors ta' l-ispetturi intbagħtux il-PSC u jekk iva, meta ntbagħtu? Jekk ma ntbagħtux, x'inhi r-raġuni u meta se jiftaħ il-kors l-Universita'? Peress li l-applications għall-kors ta' l-ispetturi fl-Universita' għalqu fil-15 ta' Jannar, 2003, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38311 f`din l-istess Seduta.
Leg 9 PQ #38327 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux minnu li hemm numru ta' ħaddiema barranin jaħdmu fit-tarzna ta' Bormla? Kemm hemm minnhom u minn liema pajjiż ġejjin? X'inhi r-raġuni li dawn inġabu jaħdmu hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li minn żmien għal żmien, it-Tarzna jkollha bżonn iġġib gruppi żgħar ta' ħaddiema barranin għal ftit ġranet biex tkun tista' tlaħħaq ma' xogħol urġenti li jkun hemm fl-azjenda fl-istess ħin. Din il-prattika ilha tiġi użata għal diversi snin inkluż fi żmien l-Amministrazzjoni Laburista. Dawn il-ħaddiema jiġu minn diversi pajjiżi u t-Tarzna tinforma lill-General Workers' Union b'dawn l-arranġamenti.
Leg 9 PQ #38328 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Bozoz maqtugħin

Question

Jista' il-Ministru jara li jissewwew numru ta' bozoz li hemm maqtugħin fi Triq C. Busuttil Fgura, u x'inhi r-raġuni li qed idumu ma jissewwew?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm fil-waiting list sabiex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Minn liema lokalita' ġejjin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-'waiting list' sabiex jidħlu fid-Dar ta' l-Anzjani ta' Bormla hemm 119 persuna. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: B'Buġia, Birgu, Bormla, Fgura, Ħamrun, Isla, Kalkara, Luqa, M'Skala, Msida, Paola, Qawra, Qormi, Siġġiewi, Sta. Luċija, Sta. Venera, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Valletta, Żabbar u Żejtun.
Leg 9 PQ #38330 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Bormla/tarzna — Sezzjoni ta' tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tħalla jidħol kuntrattur jaħdem xogħol fit-tarzna ta' Bormla, xogħol li qabel kienu jagħmluh ħaddiema tat-tarzna sezzjoni tat-tindif?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fit-Tarzna jidħlu għadd ta' kuntratturi biex jagħmlu xogħol għal sidien ta' vapuri. Meta x-xogħol mitlub mis-sidien ikun jista' jsir mill-ħaddiema tat-Tarzna, dan isir minnhom u mhux minn ħaddiema oħra.
Leg 9 PQ #38331 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Bozoz maqtugħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati l-bozoz maqtugħa li hemm fi Triq Valpenza Fgura? X'inhi r-raġuni li ilhom daqshekk maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
Leg 9 PQ #38332 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Triq San Tumas/Bozoz maqtugħa

Question

Jista' il-Ministru jara li jiġu rranġati numru ta' bozoz illi hemm maqtugħa fi Triq San Tumas Fgura u għaliex ilhom daqshekk maqtugħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.