Jista' il-Ministru jara li ssir xi parking bay riservata għal persuni b'diżabilita' fi triq Santa Tereża Bormla ħdejn il-knisja ta' Santa Tereża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mir-riċerka li saret mid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma nstabet l-ebda rikjesta mill-Kunsill Lokali għal parking bay riservata għal persuni b'diżabilita fi Triq Santa Tereża, Bormla ħdejn ill-knisja ta' Santa Tereża. Sadanittant id-Direttorat għall-Manigg tat-ser jara tistax issir.
Ministeru ta' l-intern u Ambjent — Overtime u allowances
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-nurmu ta' sigħat ta' overtime li sar matul is-sena 2002 f'kull dipartiment li jaqa taħt id-dikasteru tiegħu? Jista il-Ministru jgħid x'allowances ingħataw matul is-sena 2002 f'kull dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu? Għal x'hiex ingħataw tali allowance?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni li huma impjegati b'xi forma ta' kuntratt mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu is-salarju/remunerazzjoni li qegħdin jingħataw? Kemm hi il-perjodu li għalih ġew ingaġġati dawn l-impjegati? Jista' il-Ministru jgħid ukoll jekk hemmx xi impjegati li għandhom iktar minn sittin sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Information Unit
Question
B'referenza għat-tweġiba għal mistoqsija parlamentari 38518, jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' kif intefqu l-flus imsemmija u jekk mis-somma imsemmija sarx xi overtime? Jekk sar xi overtime, jista' jgħidilna kemm kienet is-somma li ntefqet għal dan l-overtime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għas-sospensjoni b'mod regolari tal-provvista ta' l-ilma fl-area ta' madwar Triq Victor Vassallo, Ħ'Attard?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-inħawi li qed issir riferenza għalihom, fil-ġimgħat li għaddew kienu qed isofru minn nuqqas ta' pressa ta' l-ilma minħabba ħsarat li kien hemm fis-sistema tad-distribuzzjoni. Dawn il-ħsarat issa issewwew u l-provvista reġgħet lura għan-normal.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tas-sur Michael Mallia li ġie ngaġġat mill-Gvern bħala Chairman tal-Monitoring Board tal-Malta Embellishment and Landscape Project?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li s-servizzi tagħha ġew ingaġġati mill-Gvern in konnessjoni mal-proġett ta' Embellishment and Landscaping li qed jitwettaq taħt il-programm ta' Public Private Partnership, hija s-Sur Michael Mercieca u mhux is-Sur Michael Mallia kif indikat.
Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tax-xogħol li suppost jagħmlu l-ħaddiema li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament?
Fejn ħadmu f'dawn l-aħħar erba' snin u min kien il-persuna responsabbli li tathom ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar. Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Environmental Landscaping Consortium — Xiri ta' pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'xiri ta' pjanti u siġar mill-Environment Landscaping Consortium minn meta beda jopera sal-lum?
Jista' jgħid x'tip ta' proċedura qiegħda tintuża sabiex isir dan it-tip ta' procurement?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex in-nassaba se jiġu mitluba jirreġistraw l-imnasab tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Ir-reġistrazzjoni tal-imnasab sar bħala parti mill-ftehim li sar fin-negozjati mal-Unjoni Ewropeja. Ir-reġistrazzjoni hija sempliċi indikazzjoni fuq il-carnet de chasse ta` fejn jinsab jew jinsabu l-imnasab li jintużaw minn nassab f`Malta u Għawdex. Din l-istatistika tagħmilha possibli li l-kumitat Ornis ikun jista` jikkonkludi rapporti dwar is-sostennibilita` ta` l-insib għall-għasafar ta` l-għana f`pajjiżna. Liema insib għandu jitkompla mhux bħal ma qed jiġi rrappurtat f`ċertu media lokali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' hit and run is-sena l-oħra? Kemm ġew solvuti każi u kemm weġġgħu nies fihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2002 ġew irrapurtati lill-Pulizija 16-il każ fejn persuni ntlaqtu minn vettura li baqgħet sejra, li minnhom 9 ġew solvuti. F`dawn l-inċidenti sfaw midruba 18-il persuna.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali u fuq liema kontravenzjonijiet matul is-sena li għaddiet?
Response (GATT, AUSTIN)
In-numru totali ta` taħrikiet li ngħataw f`Malta u Għawdex mill-Gwardjani Lokali tul is-sena 2002 kien 149843.
Qiegħed nehmez ma` din it-tweġiba lista li telenka fuq liema kontravenzjonijiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet.
Kemm hemm studenti li applikaw għal suġġetti tal-Malti, Ingliż, Matematika, Xjenza u Studju tal-Kompjuter fl-eżamijiet tal-livell SEC tas-sessjoni li se ssir din is-sena: 1) mill-area secondary schools, 2) mill-Junior Lyceums, 3) mill-iskejjel tal-Knisja, 4) mill-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet u mogħti għal Malta u Għawdex b'mod separat?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba rigward applikazzjonijiet għal suġġetti partikulari għas-SEC 2003 qiegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kemm hemm studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja tagħhom din is-sena skolastika, 1) fl-area secondary schools, 2) fil-Junior Lyceums, 3) fl-iskejjel tal-knisja, 4) fl-iskejjel privati? Tista' tagħti l-istatistika maqsuma f'subien u bniet? Jista' it-tagħrif jinqasam għal-Malta u Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif għall-iskejjel tal-Knisja u dawk privati għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li fiċ-ċirkulari tiegħek MF circular No2 / 2003 tal-24 ta' Jannar 2003 tagħmel referenza għal każi fejn inġibditlek l-attenzjoni li saret nefqa pubblika kif mhux suppost, jista' jgħid x'każi kienu dawn u x'passi ttieħdu dwarhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każijiet illi semmejt fiċ-ċirkolari huma b'riferenza għad-delega ta' awtorita' biex jiġu approvati 'virements' mill-Ministeri stess, sa limiti stabbiliti, mingħajr ma' jkun hemm bżonn illi tinsab l-awtorita tal-Ministeru tal-Finanzi. Dawn in-nuqqasijiet amministrattivi jikkonsistu per eżempju f'każijiet fejn:-
- wara li jsir il-virement, l-allokazzjoni taħt l-expenditure item minn fejn ikunu ġew trasferiti l-fondi kollha jkollha terġa tiġi supplimentata minn xi expenditure item ieħor fl-istess vot aktar tard fis-sena; u
- ma ssirx ko-ordinazzjoni bejn il-cost centres biex, jekk jista jkun, il-fondi jiġu identifikati fl-istess expenditure item taħt xi cost centre ieħor fl-istess vot, minnflok isir il-virement minn xi expenditure item ieħor.
Fejn ikun hemm bżonn, tiġi miġbuda l-attenzjoni tal-Ministeru jew Dipartiment involut biex isir ippjanar finanzjarju illi iħares aktar fit-tul, u b'hekk il-virements jiġu ikkunsidrati fil-qafas tal-pożizzjoni kif stmata sa' l-aħħar tas-sena.
X'pożizzjoni qed jieħu l-Gvern fin-negozjati dwar il-qasam tas-servizzi edukattivi tal-General Agreement on Trade in Services (GATS) tal-World Trade Organisation?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li fuq linji ġenerali, il-Gvern jirrikonoxxi li għal pajjiż b'ekonomija miftuħa bħalma hi dik tagħna, fejn niddependu daqstant mill-kummerċ internazzjonali, il-liberalizzazzjoni toffri l-aħjar prospetti għal pajjiżna.
Madankollu, fil-prattika, meta wieħed jiġi għad-diskussjoni fid-dettal fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji dwar oqsma speċifiċi, anke minħabba s-sistema li taħdem biha din l-Organizzazzjoni, pajjiż żgħir bħal Malta ftit li xejn jista' jinfluwenza dawn in-negozjati. Għaldaqstant, kif dejjem kien il-każ, Malta issegwi mill-qrib dak li jkunu qed jipproponu il-pajjiżi jew blokki ewlenin.
Ta' min jinnota li din is-sitwazzjoni tista' tinbidel biss bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. Bi sħubija, Malta jkollha pożizzjoni ġdida fejn ikollna sehem fid-deċiżjonijiet li tieħu l-Unjoni. B'hekk pajjiżna jkun f'qagħda li jinfluwenza l-pożizzjoni ta' l-Unjoni fin-negozjati fi ħdan l-Organizzazzjoni tal-Kummerċ Dinji.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema lokalitajiet hemm miftuħa ċentri għal matul il-jum għall-anzjani? F'liema ġranet u ħinijiet dawn ikunu miftuħa? Kemm jattendu anzjani f'kull ċentru? Hemm xi ftehim dwar dawn iċ-ċentri ma' kunsilli lokali? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Viċi Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-ftehim?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-lum id-Dipartiment għall-Anzjani u Servizzi fil-Komunita' qed jopera 13 il-Ċentru ta' Matul il-Jum. Dawn jinsabu ż-Żejtun, il-Ħamrun, Ħal-Qormi, Ħad-Dingli, tas-Sliema, iż-Żurrieq, Bormla, Ħal-Luqa, l-Imtarfa, B'Kara, San Pawl il-Baħar, B'Buġia, u Mosta. Dawn iċ-ċentri huma elenkati skond id-data tal-ftuħ tagħhom.
Kull wieħed minn dawn iċ-Ċentri jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.30 ta' filgħodu u l-4.00 ta' wara nofsinhar, bl-eċċezzjoni taċ-Ċentru li hemm f'tas-Sliema peress li dan jibqa' miftuħ sas-7.00 ta' fil-għaxija.
L-attendenza f'kull ċentru dvarja pero' hemm total ta' 1121 membru li jattendu b'mod regolari f'dawn iċ-Ċentri.
Filwaqt li fil-ftuħ taċ-Ċentri tal-bidu, d-Dipartiment ħa l-inizjattiva waħdu, llum qed ikun hemm diskussjoni u ko-ordinament mal-Kunsill Lokali rispettiv. Pero' l-ispejjeż għat-tmexxija ta' kuljum baqgħu r-responsabilita' tad-Dipartiment f'kull każ.
Billi l-UE għadha kif ħabbret li qed tinvestiga 156 każ ta' frodi fil-pajjiżi kandidati għal sħubija fl-UE permess ta' OLAF, l-European Anti Fraud Office, tista' tgħid jekk fosthom hemmx każi li jikkonċernaw lil pajjiżna, u jekk iva, taħt liema kategorija jaqgħu l-EU Customs Cases Cigarette Smuggling Cases, etc?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Direttorat ta' l-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet, li hu l-interlokutur tad-Direttorat Ġenerali Kontra l-Frodi (DG OLAF) ma jaf bl-ebda każ ta' investigazzjoni li qed issir mid-DG OLAF dwar pre-accession funds ta' l-UE fejn hemm konnessjoni ma' Malta.
Kemm kien hemm applikanti għall postijiet vakanti fis-Servizz Diplomatiku Malti? Kemm hemm postijiet x'jimtlew? F'hiex wasal il-proċess tar-reklutaġġ?
Response (BORG, JOE)
Jiena nfurmat illi l-Ministeru rċieva 123 applikazzjoni għall-mili ta' postijiet ta' Second Secretary fis-Servizz Diplomatiku Malti. Minn dawn, 84 attendew għall-ewwl stadju ta' l-Intervista Estiża, skond l-avviż li ħareġ għal dan il-għan fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta' Settembru 2002.
In-numru ta' vakanzi li jridu jimtlew f'din il-kariga qed jiġi stabbilit a bażi tal-ħtiġijiet tal-Ministeru anke fid-dawl tal-għeluq b'suċċess tan-negozjati għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jiena nfurmat illi l-Bord ta' l-Għażla kkonkluda r-rapport tiegħu nhar il-Ġimgħa li għaddiet, u issa dan ir-rapport se jitressaq għall-attenzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, skond il-proċedura uffiċċjali.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-komunita' li toqgħod fi Triq il-Wied, Żejtun m'aċċettawlhomx l-applikazzjoni għas-Servizz ta' l-elettriku? Possibli l-Enemalta tgħid meta se twassal is-servizz ta' l-elettriku lil dawn il-familji?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37742, pajjiżna se jkun jista' jimporta mill-UE il-materja prima ta' qamħarrun u/jew prodotti magħmula mill-kompożizzjoni tal-qamħarrun issussidjati mill-Gvern Malti sal-kwota stabbilita fin-negozjati, imbagħad wara pajjiżna jkun jista' jerġa' jesporta dawn il-prodotti lura lejn il-pajjiżi ta' l-UE mingħajr ma jitħallsu t-tariffi sabiex jilqgħu l-livell tal-prezz intern ta' l-UE ta' l-istess sors f'ċirkolazzjoni fl-UE?
Jekk iva, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-ftehim?
Jista' l-Ministru jikkonferma t-tunnellaġġ tal-kwota tal-qamħarrun stabbilita għas-sussidju skond kif ġew finalizzati fin-negozjati bejn il-Gvern Malti u l-UE?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 38313 waqt is-Seduta numru 872.