Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Drydocks/Shipbuilding — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa fil-fatt in-numru ta' ħaddiema mpjegati fil-Malta Shipbuilding u Malta Drydocks? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena u fuq il-55 sena? Kemm huma n-numri ta' ħaddiema li weġgħu waqt il-ħin tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-Malta Shipbuilding Co. Ltd In-numru ta` il-35 sena 262 Fuq il-55 sena 49 Numru ta` tax-xogħol huwa kif ġej: Sena Numru 1994 457 1995 398 1996 283 1997 251 1998* 253 * Il-perjodu jkopri 01.01.98 sa 27.10.98 80% tal-korrimenti ndikati huma kunsidrati bħala minor injuries. Fil-Malta Drydocks In-numru ta` mpjegati huwa 3096 Taħt il-35 sena 868 Fuq il-55 sena 620 Numru ta` huwa kif ġej: Sena Numru 1993 1674 1994 1541 1995 1620 1996 1422 1997 1207 1995 Imwiet 9

Distrett Nru.12 — Stallazzjoni ta' bozoz

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' manutenzjoni u stallazzjoni ta' bozoz ġodda li se jiġu rranġati u/jew stallati mill-Korporazzjoni Enemalta, fit-12-il distrett fit-tliet xhur li ġejjien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Issir manutenzjoni regolari fuq il-bozoz fit-triqat u din tilħaq l-ibliet u l-irħula ta` Malta kollha, inklużi dawk tat-Tnax il-Distrett. Il-manutenzjoni ssir fuq bażi ta` kemm dawn il-lampi jkunu ilhom li ġew irrappurtati maħruqa jew mhux jixegħlu fil-belt jew raħal rispettiv. Rigward lampi ġodda l-proċedura għad trid tiġi kkonfermata.
Leg 9 PQ #22 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Baħrija — Ġnien Amarga

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'miżuri qed jittieħdu sabiex il-fossa fi Ġnien Amarga fil-Baħrija titħammel regolarment ħalli ma jkunx hemm fawran tad-drenaġġ fl-inħawi? Jista' jgħid ukoll meta huwa pproġettat li jiġi provdut is-servizz tad-drenaġġ lir-residenti kollha tal-Baħrija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li biex jitbattlu l-fosos tad-drenaġġ hemm 'period contract' biex isir dan ix-xogħol. Rigward il-fossa tal-Baħrija din titbattal regolarment kuljum. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija se jsir studju liema residenti baqa' biex id-Dipartiment jipprovdilhom is-servizz tad-drenaġġ. Dawk li huma viċin tas-sistema mhux suppost ikun problema biex jitqabbdu fil-futur qarib. Dawk li qegħdin il-bogħod jista' jkollhom aktar problemi biex ikollhom servizz daqshekk malajr.
Leg 9 PQ #23 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru.12 — Estensjonijiet tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-programm ta' xogħlijiet fuq l-estensjonijiet tad-drenaġġ li approva jew se japprova fuq it-12-il distrett? Jista' jgħid ukoll dwar ix-xogħlijiet li kellhom isiru fuq ir-relieve valve tad-drenaġġ sabiex tiġi rimedjata l-problema tal-fawran fir-Rabat, Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet tal-estensjonijiet tad-drenaġġ fuq it-Tnax-il Distrett jinkludu: Mellieħa (Il-Qortin Area) Triq Isaac Newton Triq G. Galilei Triq W. Lassel Triq J. Kapler Triq N. Copernicus Triq Ġdida fi Triq N. Copernicus Triq il-Qortin Burmarrad - Triq San Publiju. Huwa maħsub li jsir tender ukoll fuq estensjoni ġewwa l-Baħrija. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, biex tiġi rimedjata l-problema tal-fawran fuq ir-'relieve valve' tad-drenaġġ fir-Rabat, Malta tħejja programm fi tlett fażijiet. L-Ewwel fażi - Attard-Qormi - Diġa nħareġ il-kuntratt u x-xogħol jibda meta s-sistema tal-'easement' tkun lesta. It-Tieni fażi - Rabat-Attard - Dan il-kuntratt joħroġ meta l-ewwel fażi tkun bdiet (bidu ta' l-1999). Meta dan jitlesta, din is-sistema tkun tista' telimina l-fawran tad-drenaġġ fil-wied tar-Rabat/Mdina u fl-area ta' Ta' Qali. Dawn l-ewwel u t-tieni fażi jeliminaw il-fawran tad-drenaġġ fl-area ta' Ħ'Attard u Sant'Antnin. It-Tielet fażi - Bdil tal-mains prinċipali fir-Rabat biex telimina l-fawran fir-Rabat. Din il-fażi mistennija tibda fl-aħħar ta' l-1999.
Leg 9 PQ #24 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Għajn Qajjed

Question

Billi l-Kunsill Lokali tar-Rabat u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienu bdew diversi proġetti ta' koperazzjoni bejniethom, fosthom li jipproġettaw kif se jiżviluppaw zona rikreattiva f'Għajn Qajjed limiti tar-Rabat, jista' l-Ministru jinformani bis-sitwazzjoni preżenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat kien ilu jisħaq li, qabel jibda xi proġett fiż-żona fejn Għajn Qajjet, trid tiġi solvuta l-problema ta' l-għarar li kien qed jiżbokka fid-djar u jfawwar id-drenaġġ. Il-Ministru ta' Agrikoltura ta' qabel kellu jagħmel laqgħa mas-sezzjoni tad-Drenaġġ u mad-dipartiment tax-xogħolijiet biex tiġi solvuta din il-problema imma, skond il-Kunsill, qatt ma stema' xejn aktar u kollox baqa' fuq l-ixkaffa bir-riżultat li dan il-proġett ma tkompliex.