Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #408 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani dwar l-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Il-proprjeta', fejn hemm il-ħsieb li jsir playing field, se tibqa' prijorita' tal-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid jew se tittieħed biex issir estensjoni tal-ħabs?

Response (BORG, TONIO)

Il-pjani dwar l-estensjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jinkludu t-tkomplija tax-xogħol (li diġa' beda) fuq id-Diviżjoni l-ġdida li tkun tesa' 36 ċella, bil-faċilitajiet l-oħrajn kollha, bħal 'common rooms', kċina, 'exercise yards', uffiċċji. eċċ. Hu maħsub li din id-Diviżjoni tintuża minn priġunieri żgħażagħ jew priġunieri li daħlu l-Ħabs għall-ewwel darba. Hekk kif jispiċċa dan ix-xogħol jibda x-xogħol fuq ir-'Remand Division' li ser tkun tesa' 164 ċella, bil-faċilitajiet kollha l-oħra neċessarji biex tkun indipendenti mill-bqija tal-Ħabs u li fiha jitqegħdu dawk il-priġunieri mhux sentenzjati. Il-bini ta' din id-Diviżjoni ser tagħti l-possibilita' li ssir klassifikazzjoni iktar effettiva fil-Ħabs u li tissepara priġunieri mhux sentenzjati minn priġunieri sentenzjati biex tiġi rispettata il-qagħda ġudizzjarja u legali tagħhom. Il-proġett tar-'Remand Division' jinkludi fih il-bini ta' blokk amministrattiv għall-Ħabs. Dawn huma it-tliet proġetti kbar li baqa' pendenti fil-Ħabs u li xogħol fuqhom qiegħed għaddej b'ritmu tajjeb. 'L quddiem meta jitlesta dan ix-xogħol wieħed għad irid jistudja jekk ikun hemmx bżonn jiġu żviluppati aktar faċilitajiet oħra. Dwar l-aħħar mistoqsija, ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Raħal il-Ġdid f'laqgħa li kellu mad-diriġenti ta' l-Intern fil-11 ta' Mejju, 1998, ġie nfurmat li hemm il-ħsieb li biċċa art biswit il-Ħabs, fuq in-naħa t'isfel tiegħu, tingħata f'idejn il-Kunsill biex tkun żviluppata f'post rikrejattiv minnu. L-arranġamenti dwar dan mad-Dipartiment ta' l-Artijiet għadhom ma ġewx finalizzati. 02.11.98
Leg 9 PQ #411 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inzid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li c-caqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-serviżż.

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998 saru erba` trasferimenti mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura għal ma` Dipartimenti oħra. Saru wkoll seba` trasferimenti minn Dipartimenti oħra għal mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura. S`issa dawn it-trasferimenti għandhom m`humiex uffiċċjali. Kien hemm xi trasferimenti oħra iżda l-ħaddiema nvoluti baqgħu fl-istess dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd. It-trasferimenti saru minħabba l-esiġenzi tas-servizz. Isiru trasferimenti fil-futur qarib, jekk dan ikun ta` siwi għad-dekasteru li jaqa` taħt il-Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.

Pixkerija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Pixkerija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Saru tlett trasferimenti fil-Pixkerija. Wieħed mill-ħaddiema mar l-Akwakultura. L-ieħor mar mad-Dipartiment ta` l-Agrikoltura u l-ieħor mid-Dipartiment ta` l-Agrikoltura ġie l-Pixkerija. Il-ħaddiema nvoluti baqgħu jaħdmu fl-istess dekasteru tal-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd. It-trasferimenti saru minħabba l-eżiġenzi tas-Servizz. Isiru trasferimenti fil-futur qarib, jekk dan ikun ta` siwi għad-dekasteru li jaqa` taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd.
Leg 9 PQ #414 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru. 141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenżi tas-servizz.
Leg 9 PQ #415 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenżi tas-servizz.
Leg 9 PQ #485 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Maħfra presidenzjali lil Joseph Fenech

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1, jista' jekk jogħġbu l-Prim Ministru jagħti r-raġunijiet li wasslu biex il-maħfra presidenzjali tingħata lil Joseph Fenech ukoll għar-reat kommess fil-5 ta' Settembru, 1992, f'175 Tower Road, Sliema ta' serq bi vjolenza? X'inhi l-konnessjoni bejn dan ir-reat u l-attakk fuq il-ħajja tas-Sur Richard Cachia Caruana?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ir-raġunijiet għall-maħfra kienu dawk spjegati fir- risposti li tajt għad-Domanda Parlamentari numru wieħed. Intenni li l-maħfra ngħatat fl-interessi tal-ġustizzja. Ma nistax nagħti dettalji dwar it-tieni domanda meta għad hemm diversi ġurijiet pendenti. Infakkar l-Onor Kap ta' l-Oppożizzjoni li huwa dam sentejn Prim Ministru responsabbli għall-Pulizija u jekk kellu xi dubji kien obbligu tiegħu li jfittex l- informazzjoni. Nerġa nistieden lill-Kap ta' l-Oppożizzjoni jispjega ċar fl-interess ta' min qed jagħmel id-domandi tiegħu u ninfurmah ukoll li ma hemm ebda verita fl-allegazzjoni tiegħu magħmula l-bieraħ li xi xhud fil-ġuri li ġie xjolt infurmani direttament jew indirettament dwar dak li kien ser jgħid lill-Qorti bil-magħluq.
Leg 9 PQ #2 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #3 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista' ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru 1998, żewġ impjegati fil-grad ta` Senior Principal bdew jirċievu allowance - wieħed għax-xogħol li jagħmel bħala I.T. Co-ordinator li huwa xogħol barrani ghal dak tal-grad proprju tiegħu u ta` l-ieħor bħala qualification allowance għax għandu Diploma in Public Administration. L-ewwel impjegat qiegħed fil-Ministeru tal-Finanzi u l-ieħor fid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Fl-ewwel każ, l-allowance ġiet restawrata lill-impjegat wara li għamel perjodu ta` disa` xhur jagħmel xogħol ieħor barra `l Ministeru.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta ohra. 28.10.98

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Allowances

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Allowances

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-Ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema Dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hux possibli jew sostenibbli illi iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat jiftaħ fuq bażi ta` 24 siegħa kuljum bin-numru ta` tobba li fil-preżent jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #8 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-impjegati li mid-dipartiment tas-saħħa marru ma' segretarjati ta' ministri jew segretarji parlamentari? X'kien il-grad f'kull każ? F'kull każ, x'inhu l-indirizz u n-numru tal-karta' ta' identita'?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar.
Leg 9 PQ #9 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Breast screening

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir programm ta' breast screening f'Malta u f'Għawdex skond kif titlob l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, meta huwa mistenni li jibda dan il-programm? Jekk fin-negattiv għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif jaf sew l-Onor. membru hemm diversi problemi tekniċi biex iddaħħal programm bħal dan. Minħabba dawn il-problemi għadu m'hux il-waqt li nintroduċu 'screening programme' nazzjonali għall-kanċer tas-sider.
Leg 9 PQ #10 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-infiq tas-segretarjat u tal-ministeru tas-Saħħa mħallas jew pendenti mis-7 ta' Settembru 1998 sal-lum? Jista' jagħti din l-informazzjoni billi kull kont ikun itemised, inkluż minn fejn sar ix-xiri? F'kull każ intalbu kwotazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Billi x-xogħol li jrid isir fuq din il-Mistoqsija huwa wieħed voluminuż, jista l-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku jekk għandu xi ħaġa partikulari f'moħħu?

Naxxar — Triq il-Ħaddieda - Bozzoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinxtelgħu l-bozoz kollha li hemm fi Triq il-Ħaddieda, fin-Naxxar peress li f'din it-triq toqgħod persuna b'diżabilita' fiżika u żgur li dawl f'din it-triq jgħin lil din il-persuna?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`Seduta ohra.
Leg 9 PQ #12 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manpower plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jkompli jimplimenta fit-total jew f'parti minnu l-manpower plan li kien ġie approvat mill-Amministrazzjoni preċedenti Laburista?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-"manpower plan" imsemmija mill-Onor. Interpellant qed tigi studjata.
Leg 9 PQ #13 Sitting 4 1998-10-28 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Tibdil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jimplimenta jew ma jimplimentax mit-tibdil li kien ġie propost taħt l-Amministrazzjoni Laburista fit-tmexxija ta' l-Isptar Monte Carmeli wara l-awditjar li sar f'dan l-isptar tul din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ngħaraf lill-Onor. Membru li r-riformi maniġerjali li kien beda l-Gvern Nazzjonalista f'Mejju 1996, u li komplew taħt il-Gvern Laburista fuq il-viżjoni ppjanata mill-Gvern Nazzjonalista, se jkomplu b'pass aktar mgħaġġel. Ngħarraf lill-Onor. Membru li fl-Isptarijiet ma kienx qed isir awditjar iżda kienu qed jiddaħħlu sistemi finanzjarji u maniġerjali sabiex tiżdied l-'accountability' fl-użu tar-riżorsi. Id-differenza bejn dawn is-sistemi u l-awditjar hi li s-sistema maniġerjali u finanzjarji huma sistemi operattivi u kontinwi biex jgħinu lill-Managment jieħu deċiżjonijiet razzjonali, filwaqt li l-awditjar huwa 'a one off exercise'.

Wied Qlejgħa — Riabilitazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli juża l-konsulenza ta' l-Istitut Agronomiku ta' Bari għall-proġett li beda Gvern Laburista preċedenti, ċioe' ir-riabilitazzjoni ta' Wied Qlejgħa jew aħjar Chadwick Lakes? Kemm-il metru ta' xogħol sar s'issa u kemm ġew użati ġibjuni u materessi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xoghol fuq Wied il-Qlejgħa se jitkompla bil-konsulenza ta` l-Istitut Agronomiku tal-Mediterran f`Bari. Ta` min ifakkar li x-xogħol kien beda mill-Amministrazzjoni Nazzjonalista fl-1996. S`issa saru xogħolijiet fuq tul ta` nofs kilometru mill-wied u ntużaw 1945 gabjuni u 140 materassi, kif ukoll 48 biċċa ta` Terramesh. MAF/PQ/1/98 Seduta 4