Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Gainfully occupied

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li huma reġistrati bħala gainfully occupied bħalissa? Kemm minn dawn għandhom 'il fuq minn 60 sena? Kemm minn dawn jaħdmu fis-settur pubbliku? Kemm minn dawn jaħdmu fis-settur privat? U minn dawn ta' l-aħħar, kemm hemm li huma self-employed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' nies li huma reġistrati bħala 'gainfully occupied' fl-aħħar ta' Awissu 1998 kien ta' 137,652. Minn dawn hemm 4,521 persuna li għandhom 'il fuq minn 60 sena. Mill-137,652 persuna hemm 49,846 persuna li jaħdmu fis-settur pubbliku, filwaqt li 83,486 persuna jaħdmu fis-settur privat. Minn dawn ta' l-aħħar hemm 15,428 persuna li huma 'self employed'. Filwaqt li hemm 4,320 persuna li huma mpjegati temporanji bħal apprentisti, 'pupil workers' u 'student workers'. Il-figuri għax-xahar ta' Settembru 1998 għadhom qegħdin jinġabru. 2.11.98

Pensjonijiet — Pensjoni kontributorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li bħalissa qed jirċievu xi tip ta' pensjoni b'mod globali? Kemm minn dawn jirċievu pensjoni kontributorja u kemm minnhom jirċievu pensjoni non-kontributorja? F'termini ta' flus, għal kemm jammontaw dawn il-pensjonijiet? X'persentaġġ tal-G.D.P. jikkontribwixxu dawn il-pensjonijiet issa u matul dawn l-aħħar tlett decades?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Membru f'din il-Mistoqsija kif ukoll f'Mistoqsija Nru. 345 qed tinġabar, naturalment sa fejn dan huwa possibli. Għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 2.11.98
Leg 9 PQ #334 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Triq is-Sajjied

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsir il-proġett ta' Fisherman Street, il-Marsa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant għal liema Proġett qiegħed jirreferi.

Pensjonijiet — Pensjoni kontributorja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'persentaġġ tal-GDP ikkontribwixxew is-social budgets, sena b'sena, għal dawn l-aħħar 20 sena? Kemm minn dawn il-persentaġġi kienu għall-pensjoni kontributorja u kemm ma kienux, ċioe' pensjonijiet non-kontributorji u skemi oħra bħal SKA's? X'persentaġġ minn dawn is-social budgets, sena b'sena, kien allokat għall-unemployment benefits?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 332. 2.11.98
Leg 9 PQ #349 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta se jinħareġ ingaġġ ma' l-armata fi ħdan il-Forzi Armati Maltin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-ingaġġ fil-Forzi Armati ta' Malta għalissa ser jinfetaħ għal Uffiċjali Kadetti u li sejħa għall-applikazzjonijiet għal dan l-ingaġġ ser titħabbar dalwaqt.

Air Malta — Loaders

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni jekk u meta se jinħarġu vakanzi għal loaders ma' l-Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-mument l-Air Malta m`għandhiex bżonn ta` iżjed 'Loaders'. Dawn jiġu mpjegati meta il-kumpanija tħoss il-bżonn tagħhom.

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ħadet l-ebda għajnuna ta' Home Help meta din għandha l-Eddisons Disease? Jekk ir-raġuni hi minħabba l-eta', x'tista tagħmel din il-persuna peress li tgħix weħidha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-persuna li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta separatament, ma ngħatatx is-servizz tal-Home Help f'Marzu 1998 wara li l-Bord eżamina l-każ tagħha u sab li din il-persuna kellha indipendenza biżżejjed li tgħaddi mingħajr għajnuna. Il-każ se jerġa jiġi kkunsidrat mill-Bord il-ġdid skond l-aħħar ċertifikat mediku mibgħut lis-Servizz tal-Home Help. 2.11.98

Fgura — Triq San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Triq San Ġwann fil-Fgura se tingħata l-asfalt, meta sa ftit xhur ilu suppost li sar ix-xogħol kollu fiha? Jekk se jsir dan meta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li kienu ghaddejjin diskussjonijiet preliminari bejn il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Fgura sabiex jigi stabbilit x`jista jsir f`din it-triq. Dawn id-diskussjonijiet ser ikomplu.
Leg 9 PQ #355 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Kalkara — Triq Sptar Navali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn għadu ma sarx inspection fuq ħsarat tal-katusi li għaddejjin mit-Triq Sptar Navali fil-Kalkara?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 02.11.98

Djar — Allokazzjoni ta' post

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel bil-post tal-Gvern numru 2, Block 2, Triq l-Arċisqof Mattia, fl-Isla? Ladarba dan il-post jinsab vojt, għalfejn se jdum biex jiġi allokat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-post imsemmi mhux vojt iżda ġie allokat fl-1996. 2.11.98

Djar/Flats

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm djar jew flats tal-Gvern ġew imbattla fix-xhur ta' Settembru u Ottubru? Kemm hemm minnhom li diġa' tqassmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul Settembru u Ottubru tbattlu sitt appartamenti tal-Gvern. Dawn għadhom ma ġewx allokati. Erba minn dawn l-appartamenti huma riservati għal dawk il-familji li ser ikollhom jitilqu l-post fejn joqgħodu minħabba proġett ta' 'slum clearance'. 2.11.98

Djar — Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatatx permess li ssirilha manutenzjoni fuq is-saqaf tad-dar li hi dar tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-manutenzzjoni tal-bjut hija r-responsabbilta' tar-residenti u m'għandhom bżonn ebda permess biex jagħmlu dan. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar jidħol biss f'każ li s-saqaf ikollu ħsara strutturali u jkun jeħtieġ jissewwa jew jinbidel. Minn spezzjoni li saret f'dan l-istess flat, irriżulta li għalkemm hemm sinjali ta' umdita' fis-saqaf, mhuwiex fi stat li jinħtieg tiswija strutturali. 2.11.98

Ta' Ġiorni/Ta' Xbiex — Lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tal-Gvern li jiġu nstallati l-lifts fil-blokki ta' l-appartamenti fl-oqsma residenzjali ta' Ta' Ġiorni u ta' Ta' Xbiex? Jekk għadu l-ħsieb tal-Gvern li jinstalla l-imsemmija lifts, jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-proċedura relatata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Kif aktarx jaf l-Onorevoli interpellant, il-ħsieb tal-gvern preċedenti kien li jtella' sular ieħor fuq il-blokk eżistenti u bhala parti mill-proġett jiġu stallati lifts għall-benefiċċju kemm tar-residenti eżistenti kif ukoll tar-residenti l-ġodda. Kif aktarx jaf ukoll l-istess interpellant, l-applikazzjoni kienet ġiet rifjutata mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar minħabba li dan il-proġett kien ser joħloq wisq konġestjoni. Għalhekk, issa li l-proġett mhux ser jitwettaq, il-possibilta' li jiġu stallati dawn il-lifts trid tiġi evalwata mill-ġdid. 2.11.98

Tarxien — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jikkonsidra li ssir lampa ġdida fi Triq Ġdida bejn Triq Dun Karm Sant u Triq l-Assedju l-Kbir faċċata tar-razzett, ġewwa Ħal Tarxien?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex issir lampa fil-lokalita msemmija mill-Onorevoli Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #365 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Intern

Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji — Sentenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi attwata s-sentenza mogħtija fl-1 ta' Ottubru, 1998, fl-ismijiet George Galea vs l-Kummissarju tal-Pulizija mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sentenza dwar il-każ imsemmi fil-Mistoqsija qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-provvedimenti ta' l-Att ta' l-1997 dwar it-Tribunal għall-Investigazzjoni u r-Regolamenti relatati għal każ. 02.11.98

Djar — Reviżjoni ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi riveduta l-kera, skond il-policies tas-sussidju, tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sussidju li qed tieħu l-persuna ndikata huwa skond il-kundizzjonijiet tal-Avviż 33 fil-Gażżetta tal-Gvern 15421 u skond il-kuntratt minnha ffirmat meta ġiet allokata l-post. Meta ssir ir-reviżjoni tal-kirjiet li jmiss, is-sussidju jinħadem skond l-avviż numru 523 tas-7 ta' Lulju 1998. 2.11.98
Leg 9 PQ #379 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi — Testijiet anti-doping

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tingħata lill-għaqdiet sportivi li minn żmien għal żmien jagħmlu testijiet anti-doping fuq l-atleti tagħhom? Liema huma dawk l-għaqdiet li matul l-1997 sa Settembru 1998 ibbenefikaw minn din l-għajnuna? Kemm saru testijiet anti-doping minn kull għaqda sportiva li ngħatat għajnuna? X'inhu jagħmel jew x'beħsiebu jagħmel id-dipartiment konċernat sabiex jiġu nkoraġġiti għaqdiet oħra biex huma wkoll jagħmlu dawn it-testijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru jissussidja l-ispejjeż biex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet anti-doping peress li dawn iridu jsiru f'laboratorji awtorizzati barra minn Malta. L-ispejjeż għal dawn it-testijiet huma konsiderevoli. Matul l-1997 u sa Settembru 1998 ġew mgħejjuna dawn l-għaqdiet: * Malta Football Association * Amateur Swimming Association * Malta Amateur Body Building Association L-informazzjoni dwar kemm saru testijiet għadha qed tinġabar. Biex jinkoraġġixxi għaqdiet sportivi jagħmlu dawn it-testijiet il-Gvern ħa dawn il-miżuri: * Kull għaqda sportiva li titlob rikonoxximent tal-Gvern għandha tinkludi fl-istatut tagħha klawsola dwar il-kontroll ta' l-użu tad-drogi fl-attivitajiet tagħha. * Ma jiggarantix għajnuna finanzjarja għall-attivitajiet internazzjonali f'pajjiżna jekk ma jitteħdux il-passi meħtieġa biex isiru testijiet anti-doping meta dawn ikunu rakkomandati.
Leg 9 PQ #380 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn għaqdiet sportivi reġistrati f'pajjiżna u liema huma? Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-gvern sabiex iħeġġeġ aktar nies jipprattikaw l-isport? X'tip ta' għajnuna qed tingħata lill-għaqdiet sportivi fil-ħidma tagħhom? Liema huma dawk l-għaqdiet sportivi li bbenefikaw minn għotjiet mill-bidu ta' Settembru 1998 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li f'Malta hawn 33 għaqdiet sportivi li huma reġistrati mal-Kumitat Olimpiku Malti u 50 Assoċjazzjoni/Club li għalkemm m'humiex membri tal-Kumitat Olimpiku, huma reġistrati mas-Sezzjoni tal-Isport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Lista ta' dawn l-Assoċjazzjonijiet ser titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Sabiex iħeġġeġ aktar nies jipprattikaw l-isport il-Gvern qed jibbaża l-ħidma tiegħu billi: * Fl-iskejjel tiġi nkuraġġita parteċipazzjoni mill-istudenti kollha. Din hija supplementata anki f'attivitajiet bħal Skola Sport u għajnuna oħra lill-għaqdiet li jorganizzaw attivitajiet għal tfal u żgħażagħ. * Għaqdiet sportivi u Clubs jingħataw għajnuna kemm finanzjarja u ta' natura oħra bħal bini u manutenzjoni ta' faċilitajiet. * Jiġu organizzati attivitajiet sportivi fuq bażi ta' 'Sport for All' imfassla fuq il-politika tal-Kunsill ta' l-Ewropa u diversi għaqdiet internazzjonali fl-Ewropa u madwar id-dinja. Il-Gvern jagħti wkoll għajnuna oħra finanzjarja permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti u anki diretta. Bis-saħħa ta' hekk jiġu provduti għajnuna teknika u pariri professjonali lill-għaqdiet permezz ta' kuntatti ma' organizzazzjonijiet u għaqdiet lokali u internazzjonali. Mill-bidu ta' Settembru 1998 kien hemm 16-il għaqda li bbenefikaw minn għotjiet. Ħdax minn dawn l-għotjiet kienu ġew approvati qabel il-5 ta' Settembru 1998 u kienu jammontaw għal Lm16,000. Il-ħamsa l-oħra bejniethom ħadu s-somma ta' Lm4840.
Leg 9 PQ #381 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ mill-bidu ta' l-1997 sa Settembru 1998? X'beħsiebu jsir sabiex din il-ħidma tiġi mtejba? Dan il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ġie/qed jiġi nvolut f'diskussjonijiet li jolqtu liż-żgħażagħ, ngħidu aħna fuq ir-rave parties?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħidma li wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħazagħ tinkludi parteċipazzjoni f'diversi seminars u korsijiet dwar fatti u problemi li jolqtu liż-żgħażagħ fil-ħajja ta' llum u tal-ġejjieni u anke dwar ir-rwol tagħhom fis-soċjeta' fil-qasam lokali u internazzjonali. Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kien u għadu qed jiġi involut f'diskussjonijiet li jolqtu liż-żgħażagħ b'mod ġenerali u mhux biss dwar ir-rave parties. Il-Ministeru qed jikkonsidra x'aġġornament hemm bżonn fil-politika f'dan il-qasam.

Impjiegi — Assistenti Soċjali Każwali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-Casual Social Assistants li ġew trasferiti mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn u jagħti d-dettalji ta' fejn kienu jaħdmu u fejn intbagħtu jaħdmu issa u x'inhi r-raġuni għaliex ġew trasferiti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mhux etiku li tingħata lista bl-ismijiet ta' l-Assistenti Soċjali Każwali li wara l-elezzjoni ġenerali ngħataw xogħol differenti milli kienu qed jagħmlu qabel l-elezzjoni. Pero' se nagħtik dettalji taċ-ċaqliq li sar s'issa. 26 Assistenti Soċjali Każwali li kienu qed jagħmlu xogħol fid-Djar tal-Anzjani jew Day Centres ingħataw xogħol fil-komunita'. 20 Assistenti Soċjali Każwali li kienu qed jaħdmu fil-komunita' reġgħu ngħataw ix-xogħol li kienu qed jagħmlu fid-Day Centres u fid-Djar tal-Anzjani qabel dawn ma kienu mnehhija nġustament minn posthom mill-amministrazzjoni preċedenti. 2.11.98