Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #267 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ħamrun — Pjazza Kappillan Muscat - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jara li l-proġett li kellu jsir fi Pjazza Kappillan Muscat, il-Ħamrun, isir mill-aktar fis? Meta hu ppjanat li jibdew dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-offerta tax-xogħol fi Pjazza Kappillan Muscat, Ħamrun, ġiet publikata u aġudikata u riċentement riferuta lid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #268 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Valletta — Suq

Question

Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet jara li l-escalator u l-lift li jġorru l-iskart fis-suq tal-Belt jibdew jiffunzjonaw mill-ġdid mill-aktar fis?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-'escalator' ilu wieqaf mill-bidu ta' din is-sena u ma ssewiex minħabba li ma ġewx provduti flus biżżejjed mill-gvern preċedenti biex isir ix-xogħol neċessarju. 02.11.98

Mellieħa — Triq il-Fortizza - Plot 171

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħħa l-wire tat-telephone li hu għaddej minn ġo gallerija tal-familja li tabita fi Plot Nru. 171, Triq il-Fortizza, Mellieħa, peress li qed ikun ta' inkonvenjent għalihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hu mistenni li l-imsemmija 'cable' jiġi ddevjat fi żmien qasir skond pjanijiet eżistenti.
Leg 9 PQ #273 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' transfers li saru fid-Diviżjoni tas-saħħa mis-6 ta' Settembru 1998 sal-24 ta' Ottubru 1998 huwa tmienja u tletin (38) li minnhom wieħed u għoxrin (21) saru fuq talba ta' l-impjegati stess.
Leg 9 PQ #274 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet tiegħi mis-6/9/98 sa l-24/10/98 huwa ta' 23.
Leg 9 PQ #275 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Trasferimenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtha mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li bejn is­6 ta' Settembru 1998 u l­24 ta' Ottubru 1998 sar trasferiment wieħed bejn id­dipartimenti li jaqgħu taħt il­Ministeru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #276 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (BORG, TONIO)

Bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u l-24 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' 'transfers' li saru fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu kien ta' 18. 02.11.98

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li sitt persuni li talbu li jigu trasferiti, kellhom it-talba tagħhom milqugha
Leg 9 PQ #286 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ingaġġ

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-direttiva li kienet ingħatat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li ma kellu jsir ebda ingaġġ ġdid ta' persuni mas-Servizz Pubbliku kif ukoll mal-Korpi Parastatali, għadhiex tgħodd jew inkella jekk ġietx interotta? Jekk din għadha fis-seħħ, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk din id-direttiva għadhiex tapplika wkoll għall-vetturi impressed bħalma kienet tapplika qabel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-proċeduri li kull ingaġġ mas-Servizz Pubbliku u Korpi Parastatali irid l-approvazzjoni ta' dak li kien il- Cabinet Committee on Recruitment m'għadhomx fis-seħħ. Madankollu, kull ingaġġ ġdid mas-Settur Pubbliku hu ristrett għal dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal- Gvern u l-funzjonijiet stateġiċi.
Leg 9 PQ #287 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Attard — Triq il-Belt Valletta - Crane

Question

Jista' l-Ministru jara li dak il-crane li ilu pparkjat fi Triq il-Belt Valletta f'H'Attard (fejn l-għassa tal-pulizija) għal ħafna xhur mingħajr xi użu partikolari jitneħħa, peress li qiegħed jingombra triq li hi ta' ċerta importanza fis-sistema ġdida ta' traffiku li ġiet introdotta f'H'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-'crane' indikat qed jintuża għal xogħol fit-tul u hu kopert bil-permess meħtieġ. Il-Pulizija ser tieħu l-passi meħtieġa sabiex il-'crane' jitneħħa meta ma jkunx qed jintuża. 02.11.98
Leg 9 PQ #288 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministeri — Segretarjat privat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ġiex stabbilit in-numru ta' nies li għandu jkopri s-segretarjat privat ta' kull ministeru? Jista jgħid ukoll jekk dan in-numru japplikax ukoll għas-segretarji parlamentari?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onor interpellant għad-dukument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'din is-Seduta b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 81.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Impjegati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandu s-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Minħabba li l-proċess ta' identifikar tal-persuni biex jimlew id-diversi karigi fi ħdan is-Segratarjati Privati kemm tal-Viċi Prim Ministru kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għadu qed jiġi finaliżżat, mhux possibli li tingħata l-informazzjoni kollha mitluba.
Leg 9 PQ #290 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu? Jista' l-Prim Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandu s-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Min huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż pagi, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Sa issa għad ma ġie konkluż ebda kuntratt jew ftehim ma staff fis-segretarjat privat tiegħi. Nirreferi wkoll lill-Onor Interpellant għad-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'din is-Seduta b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 81.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu kif ukoll tas-segretarju parlamentari fl-uffiċċju tiegħu jekk dan ikun il-każ? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-Tweġiba li ta l-Onorevoli Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru. 81. Anke fil-każ ta' dan il-Ministeru, peress li s'issa għadu ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt jew ftehim ma' l-individwi kkonċernati, tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra. 2.11.98

Dawl/ilma — Unit cost

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hi l-unit cost ta' produzzjoni: a) ta' unit ta' konsum ta' dawl; u b) unit ta' konsum ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Luqa — Mains ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol diġa' approvat ta' tibdil ta' mains ta' l-ilma f'Ħal-Luqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tikkonferma li fażi mill-proġett tal-bdil tal-mejn tal-ilma f`Ħal-Luqa tlesta. Bħalissa qegħdin jitwaħħlu l-`earth electrodes` fir-residenzi bi preparament biex jiġi konkluz dan il-proġett.
Leg 9 PQ #322 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Separazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti n-numru ta' talbiet għal separazzjonijiet li ġew introdotti fil-Qorti Sekond Awla u Prim Awla matul l-1997 - 1998 sal-lum?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li t-totali ta` talbiet għal separazzjonijiet li saru fis-sekond Awla matul l-1997 u l-1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 914 u 800 rispettivament. Rigward kawżi fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili li jikkonċernaw separazzjonijiet, it-totali għas-snin 1997 u 1998 (sas-27 ta' Ottubru) kienu ta' 125 u 68 rispettivament.
Leg 9 PQ #323 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern

Proprjeta' — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati insinwi, bejgħ u trasferimenti ta' proprjeta' u causa mortis (esklużi testmenti) matul l-1998, xahar b'xahar sat-30 ta' Ottubru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

In-numru ta' Insinwi Reġistrati fir-Reġistru Pubbliku matul is-sena 1998, xahar b'xahar, hu kif ġej : - Jannar 1004 Frar 1344 Marzu 1586 April 1446 Mejju 1420 Ġunju 1534 Lulju 1524 Awissu 1247 Settembru 1299 Ottubru (sat-28) 1400 Dawn in-numri jinkludu wkoll it-testmenti. Ninsab infurmat li matul is-sena ma tinżammx statistika dwar in-numru ta' insinwi eskluż it-testmenti xahar b'xahar. 02.11.98
Leg 9 PQ #324 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Multi/tariffi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ġbir ta' multi u ħlas ta' tariffi separatament fil-Qrati ta' Malta/Għawdex matul l-1997 - 1998, xahar b'xahar?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Iċ-ċifri miġbura mill-Qorti ta` Għawdex qed jingħataw separatament iżda huma inklużi wkoll ma dawk ta` Malta.
Leg 9 PQ #325 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Infiq/dħul kurrenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' revenue u expenditure (kurrent u kapitali) matul l-1997 - 1998, xahar b'xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-figuri dettaljati kif qed jiġu mitluba huma regolarment ippubblikati mit-Teżor fil-Gazzetta tal-Gvern bħala `Returns` Komparattivi ta` Dħul u Nfiq. Fil-fatt, l-aħħar figuri dettaljati ppubblikati huma dawk għax-xahar ta` Settembru 1998 li jidhru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta` Ottubru 1998.