Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #385 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet — Pensjonijiet privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat lir-rapport ta' l-actuaries Ingliżi Wyatt dwar il-pensjonijiet privati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-Watson Wyatt Survey of State Pension schemes li ġie ppublikat xahrejn ilu jagħti biss analiżi ta` skemi ta` Penzjonijiet f`diversi pajjiżi jistax jikkonferma li qed jirreferi proprju għal dan is-Survey, li inċidentalment għadu kif wasal f`idejn il-Ministeru f`dawn l-aħħar ġranet.
Leg 9 PQ #399 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qormi - Arei fejn isir l-abbuż tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex l-areas magħrufa minn kulħadd f'Ħal Qormi fejn isir il-pushing tad-droga, jiġu meħlusa minn dan l-abbuż?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li membri ta' l-Iskwadra kontra d-Drogi kontinwament jagħmlu 'raids' għall-għarrieda f'dawk il-lokalitajiet li huma magħrufa li huma frekwentati minn persuni għal skop ta' abbuż u traffikar ta' droga. Wieħed minn dawn il-lokalitajiet huwa Ħal Qormi fejn fil-fatt, saru diversi arresti ta' persuni wara li nstabu sustanzi abbużivi fuqhom. Barra r-'raids' il-Pulizija tagħmel xogħol ieħor konness mal-ġlieda kontra l-abbuż u t-traffikar ta' drogi, li għal raġunijiet ta' sigurta' mhux il-każ li wieħed jippubblika f'hiex jikkonsisti. 03.11.98
Leg 9 PQ #406 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Triq l-Ordinanza - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru x-xogħlijiet meħtieġa sabiex id-dwal/bozoz maqtugħa taħt il-loġoġ fi Triq Ordinanza, fil-Belt jibdew jiffunzjonaw?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Valletta — Triq it-Teatru - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li tinbidel bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma' Triq Merkanti, fil-Belt? Tista' ssir bozza ġdida fi Triq it-Teatru, il-Belt bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl fil-ġenb tas-suq fejn hemm ukoll forn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-manutenzjoni tal-bozza maqtugħa fi Triq it-Teatru kantuniera ma Triq Merkanti, il-Belt saret. It-talba għall-bozza ġdida fi Triq it-Teatru bejn Triq Merkanti u Triq San Pawl hi ġustifikata. Hi qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.

Djar — Raħal Ġdid - Appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li flats tal-gvern fi Triq Ġuże' D'Amato, Raħal Ġdid jinżebgħu fid-dħul intern? Hemm il-ħsieb li jsiru lifts fil-komun?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-talba għat-tibjid tal-entraturi komuni fl-appartamenti tal-Gvern fi Triq Guze' D'Amato, r-Rahal il-Ġdid ġiet inkluża fil-programm tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar. Rigward il-'lifts', għandha tiġi mfassla 'policy' dwar kif u fejn għandhom jiġu stallati 'lifts' kemm f'bini tal-Gvern kif ukoll f'dak privat kif imwiegħed fil-programm elettorali tal-Gvern. 3.11.98

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jinfetħu aktar djar għall-anzjani? Jekk iva, liema huma l-lokalitajiet ta' prijorita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

IVA, hemm il-ħsieb li jinfetħu aktar Djar għall-Anzjani. Pero' għadu qed jiġi studjat liema huma l-lokalitajiet ta' l-akbar prjorita'. 3.11.98

ETC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig, bejn id-dati riferuti ma ġiet impjegata l-ebda persuna. Pero, fil-perjodu riferut ġew ingaġġati ħames (5) 'trainers' fuq bażi 'part-time'. 1. Persuna ġiet ingaġġata bħala 'trainer' fl-'Empowerment Skills' wara sejħa li kienet saret f'Diċembru 1997. 2. Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala 'trainer' lill-persuni b'disabilita', wara li hi stess offriet is-servizzi tagħha permezz ta' ittra f'Ottubru 1998. 3. Persuna oħra ġiet ingaġġata sabiex tmexxi kors tal-'catering' f'Għawdex. Dan l-ingaġġ sar mingħajr sejħa peress li l-persuna hija l-unika 'instructor' tal-'Institute for Tourism Studies' f'Għawdex. 4. Persuna oħra ġiet ingaġġata bħala 'trainer' fil-'Computer Skills' direttament. Dan sar wara li l-persuna li kienet qed tmexxi l-kors waqqfet is-servizzi tagħha ħesrem waqt li kien għaddej il-kors. 5. Persuna oħra ġiet ingaġġata direttament, sabiex tmexxi korsijiet fil-'Further Technical Education' (NIFTE). Dan sar minħabba l-kompentenza tagħha f'korsijiet simili kemm mal-industrija privata u mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. 3.11.98
Leg 9 PQ #417 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Institute of Tourism Studies? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati kemm kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma ġiet impjegata b`kuntratt indefinit mill-Institute of Tourism Studies bejn is-6 ta` Settembru u t-28 ta` Ottubru 1998.

IPSE — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Institute for the Promotion of Small Enterprizes? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu msemmi kienet ingaġġata persuna waħda. Din il-persuna ġiet issekondata mill-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp. L-applikazzjoni għall-ingaġġ ħarġet fis-7 t'Awissu 1998 u tqassmet lill-impjegati tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp.

Air Malta Plc — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Air Malta plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mal-Air Malta bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni Enemalta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom aplikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma saru ebda impjiegi mal-Korporazzjoni Enemalta fil-perjodu ndikat mill-Onorevoli Membru.

Sedqa — Impjegatwi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mas-Sedqa? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (GONZI, LAWRENCE)

IMPJEGATI ĠODDA MA' L-AĠENZIJA SEDQA BEJN IS-6 TA' SETTEMBRU U T-28 TA' OTTUBRU, 1998: F'dan il-perjodu, l-Aġenzija Sedqa impjegat 4 persuni. Dan sar wara li saru talbiet lill-Cabinet Committee for Recruitment, permezz tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeri tal-Ħarsien Soċjali, u dawn ġew approvati mill-imsemmi Kumitat, waqt Meeting No. 11/98 tal-14 t'April, 1998 u waqt Meeting No. 17/98 tas-17 ta' Ġunju, 1998. Dawn il-persuni ġew impjegati wara li ħarġu il-permessi meħtieġa mill-ETC, u wara li dehru avviżi fil-gazzetti, kif indikat hawn taħt: Isem Data ta' Posizzjoni Permess ETC Data meta l-impieg u data meta deher ħareġ l-avviż fil- gazzetti ________________________________________ _______________________ Cutajar C. 07.09.98 Care Worker 62/98-20.04.98 31.05.98 Arpa S. 07.10.98 Research Ex. 98/88-10.07.98 03.09.98 Saliba N. 28.09.98 Prevention Ex. 99/98-10.07.98 03.09.98 Seychell C. 28.09.98 Prevention Ex. 99/98-10.07.98 03.09.98 Ħadd ma ġie impjegat mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet. 3.11.98
Leg 9 PQ #484 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Flus allokati għall-ospitalita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm flus allokati għall-ospitalita' għas-sena 1998? Kemm intnefqu minn dawn il-flus sa Awissu, 1998? Fiex intnefqu? Baqa' kontijiet pendenti? Kemm mill-flus li ntnefqu intnefqu matul ix-xahar ta' Awissu, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

MINISTERU TAS-SAĦĦA - FLUS ALLOKATI GħALL-OSPITALITA' Flus allokati fil-vot tad-dekasteru tas-Saħħa għall-ospitalita għas-sena 1998: Ministeru Lm 3000 Segretarju Parlamentari Lm 2000 D.C.S. Lm 700 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 7300 TOTAL Lm 13,000 Nefqa sa l-aħħar ta' Awissu 1998 Ministeru Lm 5616 Segretarju Parlamentari Lm 1311 D.C.S. Lm 58 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 2411 TOTAL Lm 9396 Din intefqet kif jidher hawn taħt. ___________________________________________ ______ Ministeru Seg. DCS Div. Parl. tas-Saħħa _______________________________________ __________ Lm Lm Lm Lm ______________________________________________ ___ Drinks 1985 754 58 73 Lunches 1747 282 - 2338 Wreaths/Bouq. 185 175 - - Accom. 1478 100 - - Gifts 221 - - - TOTAL 5616 1311 58 2411 ____________________________________________ _____ Kontijiet Pendenti Ministeru Lm2074 Diviżjoni tas-Saħħa Lm 97 L-infieq għax-xahar ta' Awissu kien Lm1,972

WSC — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id-driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Stock taking exercise — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa f'overtime l-istock taking exercise li sar f'Settembru? Kemm nies kienu involuti, min kienu, kemm ħadu f'overtime, min għażilhom u taħt liema kriterju ġew magħżulin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun iktar speċifiku fid-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #499 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Mobile Blood Donation Unit — Xufiera - Sahra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sigħat f'overtime inħadmu minn xufier/a biex jopera l-mobile blood donation unit minn meta kien introdott dan is-servizz? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm tħallas/tħallsu x-xufier/a ta' dan l-overtime?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġej: __________________________________________ _________________ Joseph Joseph Azzopardi Ass. Care Worker Xufier __________________________________________ _________________ Siegħat Ħlas Siegħat Ħlas ____________________________________________ _______________ Dicembru'97 61 141.957 68 149.67 Dic'97 Ħdud _ _ 32 93.91 Jannar'98 70 166.810 136.5 308.08 Jan'98 Ħdud - - 47.5 142.93 Frar'98 75.5 179.917 125.5 283.25 Frar'98 Ħdud - - 47.5 142.93 Marzu '98 36 87.624 130 293.41 Marzu'98 Ħdud 17.25 55.610 60 180.54 April'98 85 206.890 135.5 305.82 April'98 Ħdud - - 48 144.48 Mejju'98 38.5 93.709 154.5 348.71 Mejju'98 Ħdud 19.5 63.297 65 195.62 Ġunju'98 - - 85.0 191.85 Ġunju'98 Ħdud - - 24 72.24 Lulju'98 - - 87.5 197.49 Lulju'98 Ħdud - - 12 36.12 Awissu'98 - - 134.5 303.59 Awissu'98 Ħdud - - 40 120.38 Settembru'98 - - 66.5 150.10 Sett.'98 Ħdud - - 16 48.15 Total 995.814 3709.27 Il-Ħlas totali għall-overtime lil dawn iz-zewg impjegati matul id-9 xhur imsemmija kien ta'Lm4705.804
Leg 9 PQ #501 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Segretarjat Parlamentari

Question

Peress li s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru stqarr li se jwaqqaf it-tribunali lokali, jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitwaqqfu u x'organizzazzjoni għandhom lesta biex dan jibda jseħħ? Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-pjanijiet tal-Gvern Laburista biex jassigura li jinġabru l-multi dovuti fuq kontravenzjonijiet ta' traffiku hux beħsiebu jattwahom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nikkonferma lill-Onorevoli Interpellant li dan il-Gvern hu determinat li d-delega ta` l-infurzar ta` ċerti liġijiet permezz ta` twaqqif ta` tribunali lokali tidħol fis-seħħ sa l-aħħar tas-sena d-dieħla, 1999. Għaldaqstant, diġa bdew jitħejjew il-pjanijiet kollha meħtieġa dwar (a) l-organizzazzjoni ta` dawn it-tribunali, u (b) l-assikurazzjoni li l-multi dovuti jinġabru biex din id-deċiżjoni titwettaq fil-fatt u b'mod effettiv.
Leg 9 PQ #502 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Qali — Siringi

Question

Fid-dawl tas-sejba tas-siringi fiċ-Ċentru ta' Ta' Qali, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minnhom biex jassigura li l-post ikun nadif u safe għat-tfal li jiffrekwentawh? Peress li l-post huwa dejjem mgħasses, il-Ministru għamel xi investigazzjoni biex jara kif abbuż mid-droga jidher li qed isir f'post magħluq u sorveljat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #503 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mid-dħul mill-VAT, matul l-1995 u l-1996 kien ried jiġi rrifondut lura bħal refunds?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammonti ta` rifużjonijiet li tħallsu lura mid-dħul tal-VAT matul il-1995 u l-1996 kienu kif ġej: 1995: Lm14,880,284 1996: Lm31,623,909 Dawn ir-rifużjonijiet kienu jinkludu ammonti ta` rifużjonijiet ta` dazju fuq ħażniet u taħt l-Iskema ta` Ħlas ta` Taxxa Lura fuq Bini ta` l-Ewwel Dar kif ġej: Dazju fuq Ħażniet Ħlas Lura ta` Taxxa fuq Bini ta` l-Ewwel Dar 1995 Lm 5,340,975 NIL 1996 Lm10,094,690 Lm323,843 Total Lm15,435,665 Lm323,843
Leg 9 PQ #14 Sitting 5 1998-11-02 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Tibdiliet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jimplimenta l-bidliet fl-out-patients ta' l-Isptar San Luqa skond ir-rapport li kien ġie ppreżentat lill-Amministrazzjoni Laburista preċedenti, fejn fost oħrajn pazjent kien se jkollu l-ħin eżatt ta' l-appuntament? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jibda dan il-programm? Jekk fin-negattiv, għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta għall-ewwel parti tad-domanda hi fil-pożittiv. Il-programm diġa' beda jiġi implimentat u fil-fatt fejn jidħlu appuntamenti diġa qegħdin jingħataw bil-ħin f'dawn id-dipartimenti: Diabete, Dipartiment tar-Radioterapija, Pulmonary Function Lab., Klinika tar-Rheumatology u fl-Out patients' tal-Kirurġija Pedjatrika. L-għan aħħari hu li kull pazjent li jattendi l-Out-Patients' Department ikollu l-ħin eżatt ta' l-appuntament tiegħu (skond il-kompjuter). Nikkonferma li miexi ix-xogħol biex dak li twettaq s'issa fid-dipartimenti fuq imsemmija jiġi estiż għad-dipartimenti l-oħra kollha fl-iqsar żmien possibbli.