Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar tibdil li kien qed jaħdem fuqu gvern preċedenti Laburista dwar tibdil fil-liġi u regolamenti li joħorġu minnha ta' akkwist ta' proprjeta' minn persuni mhux residenti f'Malta 1974, u li dwarha kien tlesta rapport estensiv u komprensiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Membru li l-konklużjonijiet fir-rapport imsemmi jittieħdu in konsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet li se jsiru.
Peress li l-gvern ikkonferma li se jibqa' għaddej bi twaqqif tal-Qorti tal-Familja li kien beda gvern preċedenti Laburista, jista' l-gvern jgħid x'inhuma l-pjanijiet tiegħu jew inkella hux se jattwa r-rapport dwar il-Qorti tal-Familja li kien magħmul mill-kumitat immexxi mill-Imħallef Arrigo?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bħalma diġa ntqal fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni
tal-ftuħ tal-Parlament, il-Gvern se jiżgura li l-Qorti
tal-Familja tibda taħdem u dan b'mod effiċjenti.
Nista ngħid li ħafna mill-punti imsemmijin fir-rapport
ta' l-Imħallef Arrigo jinkwadraw sew fil-pjanijiet tal-
Gvern għall-Qorti tal-Familja.
Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati tal-Malta Drydocks/Malta Shipbuilding
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sekondati mpjegati mill-Malta Drydocks u Malta Shipbuilding għal mal-Ministeru jew xi dipartiment li jaqa' taħt id-dikasteru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegati sekondati huma kif se nsemmi:
- mill-Malta Drydocks - 12
- mill-Malta Shipbuilding - 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' snatch and grab għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Settembru, 1998, u d-29 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' każijiet ta' 'snatch and grab' irrapurtati lill-Pulizija kien ta' 65.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' qbid ta' droga għax-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998? Jista' l-Ministru jagħti x'ammonti u x'tip ta' droga nqabdu f'dan l-istess perjodu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' każi ta' qbid ta' droga f'Settembru u f'Ottubru, 1998, kien ta' 35.
Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nirrferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 155 f'Seduta Numru 5.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li għandhom 'il fuq minn 40 sena u kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-ahhar ta' Awwissu 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol 'il fuq minn 40 sena kien ta' 2,709.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnhom il-courses għal surġenti wara li saru l-interviews f'Marzu, 1998? Hemm il-ħsieb li dan il-kors jibda?
Response (BORG, TONIO)
Sa' l-elezzjoni li għaddiet, il-korsijiet għal surġenti kienu għadhom ma bdewx minħabba li l-Korp kien impenjat fuq ħafna xogħol relatat ma' l-elezzjoni. Il-Gvern il-ġdid qed jivvaluta l-ħtiġijiet tal-Korp tal-Pulizija u l-esiġenzi tas-servizz in ġenerali, qabel ma jiġi deċiż meta jibdew il-korsijiet.
03.11.98
Billi l-part-time clerks fl-iskejjel qed jitħallsu biss bir-rata ta' Lm1.45c fis-siegħa, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din ir-rata tiżdied biex tkun tirrifletti kemm il-grad kif ukoll iż-żmenijiet tal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rata ta' ħlas ta' Lm1.45c4 fis-siegħa li biha huma mħallsa l-Part-Time Clerks li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni timpjega fl-iskejjel ta' l-Istat hi bbażata fuq il-minimu ta' l-iskala numru 16. Din hi l-paga li Clerk regolari ġdid jibda biha meta jidħol fis-servizz.
Jista' l-Ministru jispjega kif fl-iskola ta' Adelaide Cini fil-Ħamrun, m'hemmx supervisor biex josserva l-caretakers? Il-ħandyman telaq mingħajr ma kienet taf il-headmistress u għadu ma ġiex replaced? Mil-lista ta' maintenance fl-iskola għadu ma beda xejn, meta hemm applikazzjoni uffiċjali fl-uffiċċju u kollox għadu pending?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' caretakers u handyman fl-iskola huwa żgħir u ma jitlobx li jkun hemm supervisor. Informat ukoll li l-Headmistress irċeviet it-transfer note dwar il-handyman.
Mir-'records' miġbura fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jidher li bejn Ġunju 1997 u t-30 t'Ottubru 1998 intbagħtu 58 'requisition' minn Adelaide Ċini Girls' Secondary School dwar xogħol ta' manutenzjoni.
42 minn dawn ir-'requisitions' inħadmu u dawn irrekjedew 1186 siegħat ta' 'plumming', 'drainage', 'metal works', 'joinery' u elettriku.
Is-16-il 'requisition' li baqa' qiegħdin jiġu kkunsidrati fid-dawl ta' talbiet għal xogħol minn istituzzjonijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ma ngħatax permess għall-reserved parking meta dan għandu wkoll il-karta s-safra?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji ta' sigurta' applikabbli għal kull min jaħdem fl-ajruporti jew ikollu x'jaqsam max-xogħol li jkun qed jiġi esegwit fl-ajruporti? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan ikunx jeħtieġ xi pass partikolari? Min huma l-persuni li jikkwalifikaw jew le għall-għoti ta' dan il-pass?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Awtorita' tad-Djar se terġa' tiftaħ is-servizz ta' l-iskeda 3 għal sussidju fuq tiswija ta' djar? Jista' jgħid ukoll jekk dan is-servizz huwiex se jibqa' bl-istess ammont ta' sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skema Tlieta skadiet fl-14 ta' Ottubru 1998.
Il-Board il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar ser jiddiskuti din l-iskema fil-laqgha li jmiss.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kif l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li toqgħod ġo flat tal-gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) lanqas biss għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li permess ta' dan it-tip jinkiseb mid-Dipartiment ta' l-Artijiet il-Baviera li jaqa' taħt il-Ministeru tal-Intern. Għalhekk il-mistoqsija trid issir lill dak il-Ministru.
3.11.98
Jista' l-Ministru jispjegali kif area ta' bejn Block tal-gvern fil-back side ta' Block B3, B4 u B5 u l-front ta' Block B2 Housing Estate, Fgura għadha kollha żrar u qatt ma ġiet asfaltata wara snin kbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-post indikat mill-Onor Interpellant huwa diġa asfaltat u għalhekk ix-xogħol ta' 'resurfacing' irid isir mill-Kunsill Lokali
Jista' l-Ministru jispjegali għalfejn l-istallazzjoni ta' bozza għal mal-ġenb ta' Block B2, Housing Estate, Fgura għadha ma saritx, meta din l-applikazzjoni saret sentejn ilu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qatt ma kien hemm talba speċifika għal din il-bozza. Issa din it-talba qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mgħoddija l-fondi mill-privatizzazjoni tal-Maltacom lill-IPSE għar-ristrutturar ta' l-Industrija Maltija?
Response (DALLI, JOHN)
Hu mistenni li l-20% mid-dħul nett mill-bejgħ ta` 40% tal-ishma fil-Maltacom plc jiġu debitati lill-Fond Konsolidat qabel l-aħħar ta` din is-Sena Finanzjarja biex ikunu jistgħu jgħaddu lill-IPSE Ltd. għall-istrutturar ta` l-industrija.
Mill-elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx xi laqgħa tal-kumitat dwar id-dejn pubbliku?
Response (DALLI, JOHN)
Ma saritx laqgħa oħra tal-Public Debt Management Committee minn wara 1-5 ta` Settembru 1998. Kif jaf l-Onor Interpellant meta f`Lulju li għadda saret sejħa għal Lm30 miljun self, fil-fatt ġie meħud Lm125.90 miljun mingħajr ebda raġuni u pjan. Dan involva l-Gvern fi spiża akbar ta` eluf ta` liri.
Mill-elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fil-pożizzjonijiet għoljin tal-Ministeru tal-Finanzi? Saru xi tibdiliet fil-Budget Office?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien hemm ebda tibdil fil-pożizzjonijiet għoljin tal-Ministeru tal-Finanzi u lanqas fil-Budget Office.