Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?
Jista' l-Ministru jagħti breakdown tas-sess u eta' ta' dawk il-persuni li nqabdu mill-pulizija mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant għal-perijodu bejn il-5, ta' Settembru u s-27, ta' Ottubru, 1998 hu kif ġej : -
Eta' Irġiel Nisa
---- ------ ----
15 - 19 18 3
20 - 24 18 2
25 - 29 13 1
30 - 34 5 1
35 - 39 3 xejn
40 - 44 1 xejn
45 - 49 1 xejn
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi mill-pulizija din is-sena għal rave parties? Fejn kienu l-postijiet illi saru? Kemm kien in-numru ta' nies illi suppost kellhom jidħlu f'dawn il-parties skond il-permess f'kull każ? Meta saru? X'ħin beda u x'ħin spiċċa kull party? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal dawn it-tip ta' parties?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi din is-sena nħarġu 4 permessi mill-Pulizija għal 'rave parties'. Dawn kienu għal 3 fil-Westin Dragonara, fl-1 ta' Awissu u fis-7 u fl-20 ta' Settembru u wieħed f'Gianpula fl-24 ta' Ottubru. In-numru ta' nies li setgħu jidħlu għal dawn il-'parties' ġie ndikat fil-każ ta' l-aħħar tnejn u dan kien 468 u 500 rispettivament. Il-Pulizija ma żżommx statistika tal-ħinijiet li bdew u spiċċaw dawn il-'parties'.
Ninsab infurmat ukoll li ma hemmx applikazzjonijiet pendenti għal 'rave parties'.
Bħalissa qed isiru diskussjonijiet biex dal-qasam jiġi regolat aħjar.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rave parties mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Kemm kien in-numru ta' pulizija li kienu preżenti qabel id-dħul u waqt kull party?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn il-5 ta' Settembru u s-26 ta' Ottubru 1998, kien hemm tlett 'rave parties' li għalihom intalab permess lill-Pulizija. Fl-ewwel wieħed li nżamm fis-7 ta' Settembru ma kienx hemm presenza ta' Pulizija, f'ieħor kien hemm 4 Pulizija bl-uniformi kif ukoll numru ieħor pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga u f'ieħor kien hemm 8 Pulizija bl-uniformi flimkien ma' għadd ta' membri ta' l-Iskwadra kontra d-Droga. Għal raġunijiet ovvji ma jidhirlix li n-numru ta' Pulizija pajżana fl-attivitajiet simili għandu jiġi svelat.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pulizija preżenti meta l-pulizija waqqfet ir-rave party dakinhar ta' l-Indipendenza 1998? Kemm daħlu complaints lill-pulizija konnessi ma' dan il-party, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' storbju eċċessiv? X'ħin daħlu u minn liema lokalita' oriġina l-complaint? Għaliex il-pulizija ħadet azzjoni fl-4.30 a.m. u mhux qabel jekk il-mużika kellha tieqaf f'nofs il-lejl?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minbarra 4 Pulizija bl-uniformi u numru ieħor ta' Pulizija pajżana mill-Iskwadra ta' kontra d-Droga, kien hemm diversi pulizija oħra tad-Distrett, filwaqt li 'units' tal-SAG u tal-'Mobile Squad' kienu fil-viċinanzi meta l-pulizija waqqfet ir-'rave party' fil-21 ta' Settembru 1998.
Il-pulizija rċeviet diversi lmenti dwar storbju eċċessiv prinċiparjament mill-inħawi ta' San Ġiljan u tas-Sliema u l-pulizija aġixxiet fuq dawn l-ilmenti. Ninsab infurmat ukoll li ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra l-organizzatur ta' dan ir-'rave party'.
Għandi pjaċir ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minkejja li 'parties' simili għal dak imsemmi fid-domanda tiegħu, saru kemm -il darba mill-bidu ta' din is-sena, din hi l-ewwel darba li ttieħdet azzjoni deċiżiva.
Nassigura lill-Onor. Interpellant illi azzjonijiet simili jittieħdu biex jiġi evitat abbuż.
03.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal taħt is-16-il sena li nqabdu ġewwa discos din is-sena? Kemm minn dawn inqabdu mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn?
Jista' l-Ministru jara li ssir lampa tad-dawl ġdida fi Sqaq l-Imħażen fil-Floriana, ġewwa nett fl-isqaq, fejn ir-residenti qed jilmentaw minn dlam ċappa?
Jaf il-Ministru li fl-isqaq l-ieħor biswit dan (Sqaq il-Fosos) hemm lampa tad-dawl 'il ġewwa nett?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba għall-lampa fi Sqaq l-Imħazen Floriana qed tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra. Investigazzjonijiet li saru jindikaw li hemm bżonn ta' lampa ġdida. Din ser issir fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fid-Dar ta' l-Anzjani fil-Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern qiegħed iħaffef ix-xogħol li fadal isir fid-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana. Huwa maħsub li x-xogħol kollu meħtieġ jitlesta sa Marzu/April 1999.
3.11.98
Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Trasferimenti
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bejn is-6 ta' Settembru 1998 u l-24 ta' Ottubru 1998, erbgħa uffiċċjali ingħataw il-permess biex jiġu trasferiti mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għal Dipartimenti oħra fejn huma stess talbu li jmorru. Dawn l-uffiċċjali kienu kollha jaħdmu fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent ta' qabel.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li n-numru ta' transfers li saru fid-
dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u li ġew
maħruġa bl-approvazzjoni tal-MPO bejn id-dati msemmija
kien ta' 21. Dan in-numru jinkludi ċaqliq intern u
transfers minn u għal dan id-dekasteru.
Erbgħa minn dawn it-transfers seħħew qabel is-sitta ta'
Settembru 1998 imma ma laħqux dehru fi transfer list
qabel l-Elezzjoni.
Tlieta oħra seħħew ukoll qabel is-sitta ta' Settembru
1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-
trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits
Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nippresumi li l-Onorevoli Membru mhux qed jirreferi għal trasferimenti ta' mpjegati minn jew għal Segretarjati Privati ta' Ministri jew Segretarji Parlamentari wara l-bidla fl-Amministrazzjoni.
Rigward trasferimenti oħra, ninforma lill-Onorevoli Membru:
(i) li taħt id-dekasteru tiegħi jaqgħu erbatax il-Dipartiment tal-Gvern
jew organiżżazzjoni pubblika;
(ii) fil-każ ta' tnax minn dawn id-Dipartimenti/Organizzazzjonijiet ma
saru l-ebda trasferimenti fil-perjodu ndikat;
(iii) fil-każ tad-Dipartiment tas-'Social Housing', ġew trasferiti żewġ
impjegati li qabel kienu jaħdmu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-'Housing', wara li dan ġie maħtur Segretarju tal-Kabinett. Waħda minn dawn l-impjegati ġiet trasferita ma' l-istess Segretarju tal-Kabinett u l-oħra mas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi;
(iv) fil-każ tad-Dipartiment għall-Kura ta' l-Anzjani ġew trasferiti
sittax il-impjegat. Dan in-numru ma jinkludix xi trasferimenti ta' 'Casual Social Assistants' li m'humiex meqjusa bħala uffiċjali pubbliċi, iżda jinkludi xi trasferimenti ta' mpjegati bejn taqsimiet differenti ta' l-istess Dipartiment.
Irid jingħad li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għad irid jittrasferixxi numru ta' ħaddiema b'riżultat tat-Trasferiment tax-'Short Term Benefits Section' għal Għawdex, skond kif kien miftiehem meta beda dan il-proċess fiż-żmien l-Amministrazzjoni preċedenti.
3.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (DALLI, JOHN)
It-transfers li saru fid-dikasteru mis-6 ta` Settembru, 1998 sal-24 ta` Ottubru, 1998 huma kif ġej:
Dipartiment Lejn id- Mid-
Dipartiment Dipartament
Segretarjat Privat tal-Ministeru 6 17 (1)
It-Teżor 3 8 (2)
Taxxi Interni 6 3
Dwana 4 3
Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 1 2
(1) Dawn it-transfers kienu organiżżati mill-amministrazzjoni l-oħra ftit qabel l-aħħar elezzjoni.
(2) 2 minn dawn it-transfers seħħew qabel is-6 ta` Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Il-bqija telqu jew fuq talba tagħhom jew għax intagħżlu biex iservu f`xi Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi ma saru ebda transfers fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta` tiegħi ħlief għal dawk li kienu maħsuba skond direttiva tal-Kabinett imħabbra
f`ittra li ġġib id-data tal-25 ta` Awissu 1998 u li kopja tagħha qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom is-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni ingaġġati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 176.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħi?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi konċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħu?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma l-persuni ngaġġati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għar-rigward tas-Segretarjat Privat ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi konċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 81.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretajat privat tiegħu?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk il-persuni mpjegati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowance u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-persuni li s'issa jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma:-
Anthony Cachia
Charles Micallef St. John
John Aquilina
Maria Portelli
Lucienne Camilleri
Romina Agius Cutajar
Marie Louise Grixti
Audrey Cummings
Vincent Tanti
Victor Bray
John Cardona
Joe Bonello
Għall-kumplament tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru fit-2 ta' Novembru 1998 għall-mistoqsija Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li jiffurmaw l-istaff fis-Segretarjat privat tiegħu? X'inhu r-rwol ta' kull impjegat? Liema huma dawk il-persuni li huma mpjegati b'kuntratt? X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji ta' kull impjegat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma` għadu ġie ffirmat ma` l-individwi kkonċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsija f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 81.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat privat tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll min huma l-istaff li għandhom s-segretarji parlamentari fl-uffiċċju tiegħu?
X'inhu l-irwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk l-impjegati li qegħdin b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarjat Privat tiegħi huma:
Mr. Pierre Cauchi (Private Secretary)
Mr. Charles Micallef (Secretariat Officer Scale 10)
Mr. Ivan Bezzina (Secretariat Officer Scale 10)
Mr. Sammy Bonniċi (Secretariat Officer Scale (10)
Mr. Joe Oliva (Secretariat Officer Scale 10)
Mr. Adrian Busuttil (Driver/Security Officer)
Mr. Carmel Formosa (Driver/Security Officer)
Ms. Tania Dalli (Charwoman Scale 19)
Ms. Marthese Scerri (Secretariat Pool Scale 14)
Ms.Jeannette Zarb (Secretariat Pool Scale 14)
Ms. Olivia Bezzina (Secretariat Pool Scale 14)
Ms. Vanessa Schembri (Secretariat Pool Scale 14)
Il-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari L-Onor. George Hyzler huma:
Mr. Oliver Mallia (Communications Coordinator )
Mr. Joe Calleja (Secretariat Officer)
Mr. George Muscat (Security Officer/Driver)
Mr. Patrick Gatt (Security Officer/Driver)
Dr. James Calleja (Assistent Personali)
Mr. Anthony Fenech (Segretarju Privat)
Mrs. Doris Żammit (Secretariat Officer)
Ms. Roselle Attard (Secretary)
Ms. Josefa Laferla (Secretary)
Mr. Nazzareno Portelli (Messenger)
Mr. Luke Cassar (Messenger)
L-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-Segretarju Parlamentari l-Onor. Edwin Vassallo huma :
Iman Schembri (Communications Coordinator Officer)
Tonio Camilleri (Secretariat Officer)
Ms. Louise Fenech (Secretariat Pool)
Mr. Saviour Bugeja (Messenger)
Mr. Jimmy Mallia (Messenger)
Mr. Saviour Mifsud (Secretariat Officer)
Ms. Karen Tonna (Secretariat Pool)
Mr. Albert Briffa (Personal Assistant)
Mr. Gilbert Agius (Private Secretary)
Mr. Mario Delceppo (Driver/Security)
Mr. Raymond Pisani (Driver/Security)
Dwar l-aħħar parti tald-domanda nixtieq nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija Parlamentari numru 119.