Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #140 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Obstetrija u Ġinekoloġija — Mobile Ultra Sound Machine

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-mobile ultra sound machine fid-Dipartiment ta' l-Obstetrija u Ġinekoloġija kienx bil-ħsara din il-ġimgħa? Kemm ilu? X'azzjoni qed tittieħed biex isir l-ultra sound lill-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nikkonferma li fil-'Labour Ward' tal-Isptar San Luqa hemm 'mobile ultra sound machine' li ilha bil-ħsara dawn l-aħħar erba' snin. Qed jiġi evalwat jekk fil-fatt ikunx 'cost-effective' li tissewwa, minħabba problemi ta' 'spare parts'. Meta jkun meħtieġ 'ultra sound' urġenti, tinfetah il-'main ultra sound unit' li tinsab 25 metru 'l bogħod mill-'Labour Ward' u jintużaw il-makni aktar moderni li hemm hemmhekk.
Leg 9 PQ #141 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' ċaqlieq uffiċjali u mhux uffiċjali li sar fid-Dipartiment tas-Saħħa jew mid-Dipartiment tas-Saħħa għal dipartimenti oħra, jew minn dipartmenti oħra għal Dipartiment tas-Saħħa, mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' ċaqlieq li sar fid-Diviżjoni tas-Saħħa jew mid-Diviżjoni tas-Saħħa għal Dipartimenti oħra jew minn Dipartimenti oħra għad-Diviżjoni tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru sa llum huwa ta' erbgħa u erbgħin(44). Qed nehmeż lista bid-dettalji tagħhom.
Leg 9 PQ #142 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors għal Kura Psikjatrika

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk twaqqafx xi kors li huwa relatat mal-kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

M'huwiex ċar mill-mistoqsija jekk "twaqqafx xi kors" tfissirx li xi kors ma tkompliex jew li xi kors ġdid imbeda. Ma kien hemm ebda tibdiliet fid-Diploma tan-Nursing li huwa l-kors relatat mal-kura psikjatrika fl-Universita' ta' Malta.

Birżebbuġia — Tneħħija ta' arblu tad-dawl

Question

Possibbli li l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi u tneħħi l-arbli tad-dawl fi Triq l-Izbark tat-Torok kantuniera ma' Triq il-Kitarristi f'Birżebbuġia (ħdejn Garage Nru. 55)? Billi dan l-arblu qiegħed hemm għalxejn għax il-wires li kellu miegħu ġew trasferiti għal mal-ħitan, possibbli l-Korporazzjoni Enemalta tieħu passi biex tneħħieħ anki għal fatt li ilu madwar erba' snin jintalab b'mod ripetut biex l-Korporazzjoni Enemalta tneħħi dan l-arblu?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-arblu msemmi fi Triq l-Iżbark tat-Torok B'Buġia ġie mneħħi.

Żabbar — Triq Biċċieni, Sqaq Nru. 3

Question

Billi fil-maltemp li għamel fl-24 ta' Settembru, 1998 reġa' kien hemm bosta djar li għarqu bl-ilma fi Sqaq Nru. 3, Triq Biċċieni, Żabbar, possibbli li d-Dipartiment tat-Toroq jieħu azzjoni biex din il-problema tiġi rimedjata possibbilment b'xi culverts għall-ilma? Jista' d-dipartiment konċernat ġentilment jittratta dan l-ilment b'ċerta urġenza u prijorita' billi dan l-għargħar f'dan l-isqaq qed iseħħ ta' spiss fix-xhur tax-xitwa, u billi f'ħafna każi minnhom familji kellhom iqabbdu pompi u jċemplu fire engines biex jippumpjaw l-ilma minn djarhom? Hu possibbli li jittieħedu passi immedjati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-problema f`din iż-żona tal-Biċċieni qiegħda tiġi kkaġunata peress li bl-iżvilupp li sar fl-għelieqi fil-Lvant ta` din iż-żona, kanali antiki ta` l-ilma li kienu jwasslu sal-wied lejn Wied il-Għajn tneħħew, u l-ilma jiġri f`wiċċ it-toroq. Biex din il-problema tiġi solvuta, jeħtieġ li jsir proġett għat-toroq ġodda kollha f`dawn l-inħawi. Għalhekk, għalkemm il-problema ma` tistax tiġi riżolta f`ħakka t`għajn, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħti bidu għal-ħolqien ta` pjan t`azzjoni.
Leg 9 PQ #158 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — President tal-Qorti

Question

Peress li fl-indirizz tal-President tal-Qorti, fil-ftuħ tas-sena forensi, huwa qal li jispetta issa lill-amministrazzjoni ġdida li tevalwa l-proġetti li l-Gvern Laburista ipprepara biex itejjeb ċerti aspetti ta' l-amministrazzjoni tal-ġustizzja, fi kliemu "kollha ta' fejda", jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux se jkompli bit-twaqqif tal-Qorti tal-Familja, it-trasferiment tar-reġistri mill-annex għal fejn tinsab bħalissa l-għassa tal-pulizija, awli u ambjenti għall-użu tal-Master u l-Assistenti Ġudizzjarji?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fid-Diskors tal-President fl-okkażjoni tal-ftuħ tal- Parlament il-Gvern diġa esprima l-impenn tiegħu dwar it- twaqqif tal-Qorti tal-Familja. Se jitwettaq ukoll it-trasferiment tar-Reġistru għall- post fejn hemm l-għassa tal-Pulizija. Pero` nixtieq ngħid li se jsir studju ħalli jiġi fformulat pjan sħiħ dwar kif jista` jsir użu aħjar mill- kumpless tal-Qorti kollu kemm hu.
Leg 9 PQ #159 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ħabs Ċivili — Priġunieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri llum fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom huma ta' nazzjonalita' barranija? Kemm hemm priġunieri mqassmin fis-seba' (7) divisions? Kemm mill-priġunieri kollha għadhom qed jistennew sentenza definittiva fil-każ tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fis-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' priġunieri fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 236 li kollha huma mqassmin fid-diversi diviżjonijiet u 'units' fil-Faċilita'. Minbarra dan in-numru, hemm 32 priġunier ieħor li qegħdin l-Imtaħleb, l-Isptar San Luqa u Monte Carmeli jew bil-'Prison Leave' il-Caritas u s-Sedqa. In-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija kien ta' 75, filwaqt li n-numru ta' priġunieri li qed jistennew sentenza definittiva kien ta' 97. 03.11.98
Leg 9 PQ #160 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar u l-lokalita' ta' kull inċident?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' inċidenti fatali tat-traffiku li ġraw matul l-1998, xahar b'xahar, u l-lokalitajiet fejn seħħew huma kif ġej : - XAHAR LOKALITA' NUMRU ----- --------- ----- Jannar Attard 1 Frar / xejn Marzu B'Kara 1 April Pembroke 1 Gżira 1 San Pawl il-Baħar 2 Mejju Attard 1 Ġunju Victoria 1 Lulju Għaxaq 1 Awissu Qormi 1 Tarxien 1 Settembru San Ġwann 1 Ottubru (sal-25) Pieta' 1 03.11.98
Leg 9 PQ #161 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers ta' kuntistabbli, surġenti u spetturi mill-10 ta' Settembru, 1998 sa l-20 ta' Ottubru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti bejn l-10 ta' Settembru u l-20 ta' Ottubru 1998, kien kif ġej : - Spetturi xejn Surġenti (rġiel) 4 Surġenti (nisa) 2 Kuntistabbli (rġiel) 31 Kuntistabbli (nisa) 6 03.11.98
Leg 9 PQ #162 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartimenti tal-Gvern — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li l-għalliema li jaqgħu taħt l-Operations Department li huma seconded ma' Ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern huma kif se nsemmi: Ministry of Social Policy 1 Institute of Tourism Studies 1 Department of Correctional Services 3 Department of Agriculture 2 Museums Department 1 Ministry of Public Works 1 Department of Health 1 Public Library 5 Santu Spirtu National Archives 1 Examination Department 1 Malta Development Corporation 1 Ebda għalliem mid-Dipartiment tal-Kurrikulu u mid-Dipartiment tas-Servizz għall-istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ġie 'seconded' ma' Ministeri u/jew Dipartiment tal-Gvern. Mid-Dipartiment, Pjanar u Żvilupp, kien hemm Education Officer (Is-Sur Ignatius J. Abela) li ġie seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Mis-settur Post-Sekondarju hemm għalliem wieħed li hu sekondat mal-Malta Council for Science and Technology.
Leg 9 PQ #163 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma seconded ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jingħata breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li m'hemmx membri tal-Korp tal-Pulizija li huma 'seconded' ma' Ministeri jew Dipartimenti tal-Gvern. 03.11.98
Leg 9 PQ #172 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Istitut M.A. Sapiano

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema suġġetti hemm għalliema neqsin fl-Istitut M. A. Sapiano? Kemm hemm klassijiet neqsin minn għalliema f'dawn is-suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li fl-Istitut Tekniku Mikilanġ Sapiano hemm nuqqas ta' għalliema fil-branka ta' l-Inġinerija Teknika u fis-suġġetti assoċjati mal-Computers. Dawn in-nuqqasijiet jolqtu disa' klassijiet.
Leg 9 PQ #173 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ngħataw ir-role ta' konsulenti fi ħdan il-ministeru fl-aħħar sitt ġimgħat? F'liema oqsma qed jagħtu l-pariri? X'kondizzjonijiet igawdu fi ħlasijiet eċċ?

Response (GALEA, LOUIS)

B'effett mill-1 ta' Ottubru 1998 tlabt lis-Sur Richard Muscat jaġixxi ta' Konsulent fi ħdan il-Ministeru fuq materji li għandhom x'jaqsmu ma' kultura. Qed jiġu proposti l-kundizzjonijiet normali fuq bażi ta' kuntratt għal dan ix-xogħol u li jridu jiġu approvati mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Meta u jekk dan jiġi definit inkun nista' ninforma 'l kamra.
Leg 9 PQ #174 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Psikologi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet il-ħidma bejn il-ministeru u l-Universita' biex ikun jista' jibda l-kors tant meħtieġ tal-Master's għal Psikologi Edukattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed nistħarreġ it-tagħrif li ingħatajt u tweġiba nagħtiha f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #175 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kunsilli Skolastiċi - Presidenti

Question

Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jgħaddili lista sħiħa tal-presidenti tal-kunsilli skolastiċi ta' l-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi fadal xi Presidenti (speċjalment fil-livell primarju) li għadhom mhux proposti mill-Kunsilli Lokali u oħrajn li qed jiġu nominati flok xi ħadd li irriżenja reċentement, għadu mhux possibbli li l-lista tkun kompleta. Beħsiebni npoġġi l-lista mitluba fuq il-mejda tal-Kamra f'Seduta fil-futur.
Leg 9 PQ #176 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Segretarjat/Segretarju Parlamentari — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati kollha fis-segretarjat tal-ministru u tas-Segretarju Parlamentari? X'impjieg kienu jokkupaw qabel? F'kull każ, x'kondizzjonijiet qed igawdu f'dak li għandu x'jaqsam ma' salarji, allowances, mobile phones u karozzi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru huma dawn: Isem Grad Frank Mifsud Manager Ignatius Abela Education Officer Albert Callus Senior Principal Carmen Callus Clerk Teddy Kenely Executive Mariella Farrugia Assistant Principal Priscilla Camilleri Clerk M'Louise Aquilina Senior Clerk Maria Verin Senior Pharmacy Tech Margaret Abdilla Clerk Annabelle Vassallo Executive Emmanuel Sciberras Dispatcher Norbert Farrugia Security Guard Tessie Sammut Messenger II L-impjegati fl-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari huma dawn: Isem Grad Mr V Battistino Senior Physiotherapist Ms Rose Curmi Senior Principal Mr P. Saliba Senior Principal Mr S. Campbell Senior Pharmacy Technician Ms M. Mizzi Executive Secretary Mr J. Camilleri Clerk Ms D. Camilleri Bil-kuntratt Mr S. Bianchi Bil-kuntratt Mrs M.R. Abela General Hand Mr S. Caruana Bil-kuntratt Mr A. Formosa Bil-kuntratt Il-kundizzjonijiet huma dawk imniżżla fil-Memorandum li tqiegħed mill-Prim Ministru fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta tat-2 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #177 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal separatament fil-Kindergartens: (a) statali; (b) tal-Knisja; u (ċ) privati; fl-iskejjel primarji: (a) statali; (b) tal-Knisja; u (ċ) privati; fl-iskejjel sekondarji: (a) statali; (b) tal-Knisja; u (ċ) privati; żgħażagħ studenti fil-livell post-sekondarju: (a) statali; (b) tal-Knisja; u (ċ) privati?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fqu il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.

Enerġija — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-politika tal-Gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

Djar — Każ Nru.H11043

Question

Jista' l-Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-każ ta' Housing H11043 minħabba l-periklu li l-persuna kkonċernata tinsab tgħix fih? X'inhi r-raġuni li l-applikanta ġiet mitluba tibgħat id-dettalji relevanti meta dawn diġa' ġew ippreżentati lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fi żmien l-amministrazzjoni l-oħra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikanta ġiet mitluba biex terġa' tapplika mill-ġdid minħabba li l-applikazzjoni tagħha ġiet ikkanċellata mill-amministrazzjoni preċedenti għax ma kienetx irrispondiet il-kwestjonarju li kien intbagħat lill-applikanti kollha bejn Frar u Marzu 1998. 3.11.98

Pensjonijiet — Pensjoni taż-żewġ terzi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-pensjonant mill-Imsida (Pension No.12/14146) li mhuwiex jieħu pensjoni taż-żewġ terzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna msemmija minnhu, ġiet mogħtija t-tagħrif meħtieġ dwar il-pensjoni tagħha bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. 3.11.98