Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #500 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Segretarjat tal-Ministru tas-Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu infermiera jaħdmu fis-segretarjat tiegħu? Jekk ir-risposta hi li m'hemmx, għaliex din l-għażla? Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm infermiera jaħdmu fis-segretarjat tal-Ministru tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'hemmx infermiera jaħdmu fis-seġretarjat tiegħi għax inħoss li l-infermiera għandhom jagħmlu xogħol relatat mal-professjoni tagħhom. Bejn Novembru 1996 u April 1998 kien hemm tlett(3) infermiera jaħdmu fis-seġretarjat tal-Ministru tas-Saħħa Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, filwaqt li bejn l-1 ta' Mejju 1998 u Awissu 1998 kien hemm tnejn (2)
Leg 9 PQ #504 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti li weħlu mir-re-sit

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jikkonferma li studenti Universitarji li weħlu minn xi re-sit, ma ngħatawx ċans ieħor u qed jiġu mitluba jitilqu mill-kors? Billi din qatt ma kienet il-prattika qabel, jaħseb il-Ministru li din is-sena dawn l-istudenti ġew żvantaġġjati? X'wasal lill-Universita' biex tieħu din id-deċiżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li studenti jkunu mitluba li jitilqu mill-kors normalment meta ma jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jgħaddu għas-sena ta' wara u jekk huma jkunu diġa' weħlu u rrepetew xi sena fil-kors. Ma kien hemm l-ebda deċiżjoni biex dan il-provvediment li jinsab fir-regolamenti tal-korsijiet kollha jinbidel.
Leg 9 PQ #507 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid fiex waslet ir-riorganizzazzjoni tan-nurses li taħt il-Gvern Laburista baqgħet lura sew? Jaħseb il-Ministru li meta wieħed iqis in-nuqqas ta' nurses li hawn u l-pressjoni ta' xogħol li għandhom hu ta' detriment li din ir-riorganizzazzjoni tħalliet daqstant lura?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat illi s-sitwazzjoni hija illi l-Management and Personnel Office fuq direzzjoni tal-gvern preċedenti kien qiegħed jiddiskuti mad-Dipartiment tas-Saħħa u ma' l-MUMN, eżerċizzju korrettorju biex jiġu ndirizzati certi anomaliji li hemm fil-ftehim eżistenti bejn il-gvern u l-infermiera li kien ġie finaliżżat fl-1993. Għadhom ma fetħux negozjati għal reviżjoni mill-ġdid tal-ftehim eżistenti. Ħafna mill-provedimenti tal-ftehim eżistenti kienu żew implimentati sa l-1996. Baqa biss xi promozzjonijiet ta' Nursing officers u Deputy Nursing Officers li żew miżmuma bħala riżultat ta' mandat ta' inibizzjoni li sar. Naħseb illi l-problema hi il parti waħda ta' deployment u kif ġiet indirizzata l-Isptar Boffa, irridu nkomplu nifirxuha fis-servizzi kollha biex naċċertaw ruħna li kemm jista' l-infermiera jagħmlu dak li hu verament xogħolhom.
Leg 9 PQ #508 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kors ta' nursing aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda għall-ewwel darba il-kors ta' nursing aides? Kemm ġew trained nursing aides s'issa? Jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull sena għan-nursing aides li ġew trained?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ewwel kors ta' Nursing Aides inbeda fit-28 ta' Novembru 1994 u s'issa ġew ittrenjati 809 (200 student dirett minn barra u 609 Health Assistant skond il-ftehim milħuq mal-Unions). Il-breakdown għall kull sena għan-nursing aides li ġew ittrenjati hu hekk: 1994 - 26 student 1995 - 181 student 1996 - 381 student 1997 - 81 student 1998 - 140 student
Leg 9 PQ #510 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Ward clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk minn Ottubru 1996 sa Settembru 1998 daħlux ward clerks ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, meta ħarġu l-applikazzjonijiet, meta saru l-interviews, kemm applikaw u kemm intgħażlu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Ottubru 1996 sa Settembru 1998 daħlu 106 Ward Clerical Assistants mad-Diviżjoni tas-Saħħa. Is-sejħa għall-applikazzjigħonijiet kienet saret fil-Gażżetta tal-Gvern fl-4 t'April 1995. L-intervisti kienu saru bejn it-22 ta' Lulju 1996 u l-14 ta' Ottubru 1996. Kienu applikaw elf, mitejn u disgħa u tletin (1239) persuna li minnhom ħames mija u wieħed u sebgħin (571) kienu għaddew.
Leg 9 PQ #31 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Kura ta' tfal fl-isptarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li m'għandhomx aktar minn 12-il sena li attendew għal kura fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej: IN-PATIENTS ------------------------------------- ------------ Sptar Sptar Psikjatrija Sptar San Luqa Boffa Malta Għawdex ----------------------------------------- -------- 1993 4005 0 13 510 1994 4139 1 28 600 1995 4075 2 16 572 1996 4212 1 24 791 1997 3722 3 9 670 --------------------------------------------- ---- OUT-PATIENTS (New Cases u Follow-ups) ------------------------------------- --- Sptar Psikjatrija Sptar San Luqa Malta Għawdex ---------------------------------------- 1993 18130 590 1459 1994 20894 528 1488 1995 26307 685 1951 1996 27229 644 1852 1997 26615 852 1804 ---------------------------------------- CASUALTY ---------------------------- Sptar Sptar San Luqa Għawdex ---------------------------- 1993 8382 1456 1994 8857 1584 1995 9214 1384 1996 10045 1582 1997 10230 1749 ----------------------------
Leg 9 PQ #32 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li fil-preżent qegħdin fil-waiting list sabiex jagħmlu xi operazzjonijiet mediċi fl-isptarijiet ta' l-Istat f'Malta u f'Għawdex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mhix policy tad-Dipartiment li jpoġġi tfal li għandhom bżonn operazzjoni fuq il-'waiting list'. Jekk l-Onor. Interpellant għandu diffikulta' dwar xi każ partikolari, nitolbu jgħaddi l-informazzjoni b'mod kunfidenzjali ħalli nkun nista' nagħmel l-aċċertamenti meħtieġa.
Leg 9 PQ #33 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qed jattendu trade schools? Kemm huwa n-numru ta' bniet u subien f'kull skola? Kemm huwa n-numru ta' għalliema f'kull skola u kemm minn dawn huma fuq bażi ta' kuntratt ta' xogħol definit jew indefinit?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #34 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Trasport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati problemi fuq it-trasport pubbliku mill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel ta' l-Istat fis-sena skolastika 1998/99? Mil-liema lokalitajiet ta' Malta u Għawdex ġejjin dawn l-ilmenti u x'miżuri ttieħdu sabiex dawn jiġu rimedjati?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien infurmat li kien hemm 25 ilment mill-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskejjel taż-Żejtun, Birżebbuġa, Marsaxlokk, Żurrieq, il-belt Valletta, il-Manikata u Birkirkara. Bosta lmenti saru minħabba li x-xufiera involuti fit-trasport tat-tfal sabu diffikulta' biex jidraw il-'pick up points' il-ġodda. Kull każ kien rimedjat għas-sodisfazzjon ta' kulħadd.
Leg 9 PQ #35 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tfal b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal li jbatu minn diżabilita' u li qed jattendu fl-iskejjel governattivi? Jista' l-Ministru jelabora l-informazzjoni fuq il-kategorija differenti ta' l-iskejjel ċioe' primarja, bniet u subien eċċ. eċċ.?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tfal b'diżabilita' li qed jattendu fil-mainstream ta' l-iskejjel governattivi primarji, sekondarji/trade huma: Kindergarten Primarji Subien Bniet Total Subien Bniet Total 42 19 61 217 113 330 Sekondarji/Trade Subien Bniet Total 28 28 56 Skejjel Speċjali Subien Bniet Total Santa Marija Day, Msida 36 9 45 Guardian Angel, Qormi 56 32 88 San Miguel, St Andrews 32 11 43 Dun Manuel Attard, Wardija 48 16 64 Mater Dei, Msida 19 -- 19 Special Unit, Sannat, Gozo 11 3 14 Special School, Qrendi 15 11 26 In-Numru ta' tfal li jattendu l-Iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom diżabilita' huwa: ġuvintur 2 tfajliet 2
Leg 9 PQ #36 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' qtil

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każi ta' qtil u attentati ta' qtil li l-pulizija ressqet u/jew qed tressaq quddiem il-qrati fil-mument? Kemm kienu l-każijiet mressqa ta' din in-natura matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena u kemm minn dawn il-każijiet ġew trattati u finalizzati fil-Qrati tagħna?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 03.11.98
Leg 9 PQ #84 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fl-Universita' għas-sena akkademika 1998/99? Mil-liema raħal jew belt ġejjin dawn l-istudenti f'kull kors?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' studenti li daħlu l-Universita' għas-sena akkademika 1998/99 huwa 2550. L-informazzjoni dwar in-numru ta' studenti minn kull belt jew raħal li daħlu f'kull kors ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #85 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat illi ma ngħatat ebda ħatra ta' direttur fid- dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn.

Ministeru għal Politika Soċjali — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterju ngħataw il-ħatra?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippresumi l l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-ħatra ta' Direttrui jew ta' Dipartimenti tal-Gvern jew ta' Bordijiet ta' Kumpaniji li fihom il-Gvern għandu l-maġġoranza ta' l-isħma. Irrid ngħid li, fiż-żewġ każijiet, fejn għandu x'jaqsam il-Ministeru għall-Politika Soċjali ma kien hemm l-ebda ħatra ta' dan it-tip. 3.11.98
Leg 9 PQ #87 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma nħatar ebda Direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #88 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-5 ta` Settembru `l hawn ma nħatar ebda Direttur fid-dikasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #89 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma kien hemm l-ebda ħatra ta' Direttur fid-dekasteru tiegħi mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn.
Leg 9 PQ #137 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartimenti tas-Saħħa — Sahra

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kemm kien hemm persuni li kellhom bejn Lm1,000 - Lm2,000; Lm2,000 - Lm3,000; Lm3,000 - Lm4,000; u aktar minn Lm4,000 overtime fl-1996 u fl-1997 fid-dipartimenti kollha tas-saħħa? X'kien il-grad f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab fuq id-dokument anness.
Leg 9 PQ #138 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pagers

Question

Mis-6 ta' Settembru, 1998 jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni fis-segretarjat, ministeri u dipartimenti kif ukoll barra mid-dipartimenti li ngħataw il-faċilita' ta' pagers mikrija jew mixtrija fuq id-Dipartiment tas-Saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li ngħataw il-faċilita' tal-pager mis-6 ta' Settembru 1998 kienu maqsumin hekk: Ministru - 2 Dipartiment-Head Office - 2 Dipartiment-Sptarijiet - 9 Ma jidhirlix li għandi ngħati dettalji ta' l-ismijiet għaliex in-numru tal-pager jista' jiġi identifikat.
Leg 9 PQ #139 Sitting 6 1998-11-03 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Bord tat-Tmexxija - Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-iSptar Zammit Clapp? X'inhi r-remunerazzjoni tagħhom? X'inhu l-grad tagħhom? Barra r-remunerazzjoni,każ każ humiex intitolati għal benefiċċji oħra bħal karozzi, mobile, ħlas personali tat-telefon eċċ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-membri tal-Kumitat (mhux Bord) ta' tmexxija tal-Isptar Zammit Clapp huma: ---------------------------------- ISEM GRAD ---------------------------------- Profs. Frederick Fenech Chairman Mr. Emmanuel Micallef Membru Dr. Anthony Fiorini Membru Ms. Nikolina Farrugia Membru Mr. Joseph Micallef Membru Mr. Saviour Sciberras Membru Mr. Emanuel Attard Membru ---------------------------------- 2. Ir-rimunerazzjoni tal-Kumitat ma nbidlitx u għadha l-istess ta' meta l-Onor. Interpellant kien Ministru. Membri tas-Segretarjat tal-Ministeru ma jirċievu l-ebda rimunerazzjoni minkejja li fil-Kumitat preċedenti kien hemm żewġ membri li kienu qed jirċievu Lm1,000 kull wieħed. Dan minkejja li kienu membri tas-Segretarjat tal-Ministeru tas-Saħħa, Kura tal-Anzjani u Affarijiet tal-Familja u tas Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kura tal-Anzjani. Dan il-ħlas kien imur kontra ċ-ċirkolari maħruġa mill-uffiċċju tal-Prim Ministru fit-3 ta' Novembru 1997, li kienet tgħid li l-ebda membru ta' Segretarjat ma jista' jieħu onorarja għal xogħol li jagħmel bħala membru f'Bord jew Kumitat. 3. Il-Kumitat tat-Tmexxija huma ntitolati għal rimunerazzjoni biss.