Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #342 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera — Bini ta' kumpless sportiv

Question

Peress illi f'diskors li ġie rrapportat f'sezzjoni ta' l-Istampa li l-gvern għandu l-ħsieb li jibni tlett kumplessi sportivi madwar Malta, jaħseb il-Ministru li jkun xieraq li wieħed minn dawn jinbena fin-naħat tal-Kottonera, peress li għal numru ta' snin Ministri Nazzjonalisti preċedenti kienu wiegħdu li kellu jinbena kumpless sportiv quddiem il-Kulleġġ De La Salle?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Gvern qed jimpenja ruħu li jassigura faċilitajiet sportivi adegwati fi tliet reġjuni f'Malta fit-tramuntana, fiċ-ċentru u fin-nofs in-nhar ta' Malta. L-għaqal jitlob konsultazzjoni sħiħa ma' kull min hu involut biex id-deċiżjoni mwettqa tkun fl-aħjar interessi tal-komunitajiet konċernati u ta' l-isport Malti. L-għażla fuq il-lokalitajiet issir wara studju u wara analiżi ta' siti vojta, proprjeta' tal-Gvern, li jkunu jistgħu jiġu żviluppati għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #343 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew trasferiti ħaddiema li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu mis-7 ta' Settembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 141.
Leg 9 PQ #368 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tax-Xogħlijiet — Sur Schiavone

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tas-Sur Schiavone li ġie trasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi wara l-elezzjoni li għaddiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li r-rwol ta' Hermann Schiavone, wara li dan ġie ttrasferit mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni għal mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, huwa ta' Works Manager fi ħdan id-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni.
Leg 9 PQ #369 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta — Triq Durumblat - Karozza tat-tip Fiat

Question

Jista' l-Ministru jara li jitneħħa x-chassis tal-karozza tip Fiat li ilu abbandunat għal ħafna xhur fi Triq Durumblat (in-naħa ta' Ta' Qali) fejn il-kapppella, l/o Mosta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ingombru li għalih irrefera l-Onorevoli Interpellant tneħħa. 04.11.98
Leg 9 PQ #400 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Suspected under-declarations of income

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-elezzjoni 'il hawn sabiex jinvestiga każi ta' suspected under-declarations of income, fejn jirriżulta li d-dipartiment għandu data f'idejh dwar sidien ta' karozzi b'ċilindratura għolja kif ukoll dwar sidien reġistrati ta' yachts?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment għadu għaddej bl-istess programm ta` stħarriġ bħalma kien qabel l-elezzjoni.
Leg 9 PQ #401 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Task Force — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force li qed taħdem fuq l-għażliet dwar tassazzjoni ġdida indiretta? Hemm fosthom nies mis-settur privat? Jekk iva, min huma?

Response (DALLI, JOHN)

Hemm numru ta` uffiċċjali pubbliċi għolja megħjuna minn numru iżgħar ta` konsulenti mis-settur privat li qed jagħtu pariri dwar l-introduzzjoni ta` sistema tassazzjoni indiretta ġdida. L-Uffiċċjali Pubbliċi huma: Is-Sur Joseph Portelli Permanent Secretary Ministry of Finance Is-Sur Edwin Muscat Director General Ministry of Finance Is-Sur Joseph Portelli Director General Customs and Excise Tax Department Is-Sur Paul Barbara Senior Principal Officer Customs and Excise Tax Department Is-Sur James Farrugia Senior Principal Officer Customs and Excise Tax Department Is-Sur Alfred Pace Director Customs Department Is-Sur John Mifsud Senior Principal Officer Customs Department Is-Sur Paul Zahra A\Head Economic Planning Is-Sur Frans Attard Senior Principal Officer Ministry of Finance (Segretarju) Il-Konsulenti huma: Profs. Maurice Mullard Consultant Ministry of Finance Profs. Edward Scicluna Chairman Malta Financial Services Centre Dr Antoine Fiott Legal Adviser Is-Sur Joe Galea Accountant Is-Sur Andre` Zarb Accountant Is-Sur Simon Camilleri Executive MITTS
Leg 9 PQ #402 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Year 2000 Awareness — Task Force

Question

Il-gvern għandu xi ħsieb li jwaqqaf Task Force dwar il-Year 2000 Awareness kif għamlu diġa' bosta gvernijiet oħra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-National Commission for Information Technology (NCIT) li twaqqfet mill-gvern ta' qabel kellha fost responsabbiltajiet oħra li tieħu ħsieb fuq livell nazzjonali li jinħoloq għarfien tal-problema tas- sena 2000 fl-informatika. Ninsab infurmat ukoll li wieħed mis-sotto kumitati tal-Kummissjoni Nazzjonali sa qabel l-elezzjoni kien qed jaħdem fuq din il-problema. Għadha ma twaqqfitx il-Year 2000 Awareness Task Force.
Leg 9 PQ #403 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Teżor — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni 'il hawn? F'liema karigi kienu?

Response (DALLI, JOHN)

It-transfers li saru, minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni `l hawn kienu kif jidher hawn taħt: Grad Minn Lejn 1. General Hand Teżor Ministeru tal-Politika Soċjali 2. Uffiċjal Principali Anzjan Ministeru tal-Finanzi Teżor 3. Uffiċjal fi Grad 5 Ministeru tal-Finanzi Teżor 4. Skrivan Teżor Istitut għall-Istudji Turistiċi 5. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi 6. Uffiċjal Principali Anzjan Teżor Dipartimenti tat-Taxxi Interni 7. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru tat-Trasport u Telekomunikazzjoni 8. Uffiċjal Prinċipali Anzjan Teżor Ministeru tat-Turiżmu 9. Skrivan Dipartiment tad-Dwana u Sisa Teżor 10. Skrivana Dipartiment tal- Kuntratti Teżor Ir-raġuni għal biċċa l-kbira ta` dawn it-transfers ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 282.

UE — Sħubija ta' Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kuntatti kien hemm mal-gvern Franċiż u l-gvern Ġermaniż mill-elezzjoni 'il hawn dwar l-applikazzjoni Maltija għall-sħubija fl-Unjoni Ewropea? Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma rapporti li ma ġewx miċħuda u li dehru fl-istampa lokali, mhux Laburista, li dawn iż-żewġ gvernijiet huma xettiċi dwar l-applikazzjoni Maltija?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ma għandi ebda rapport fis-sens imsemmi mill-Onor. Interpellant dwar iż-żewġ pajjiżi konċernati. Għal kuntrarju, r-rapporti li għandi huma f' kontest pożittiv. Għal dak li jirrigwardja l-ewwel parti tad-domanda ta' l-Onor. Interpellant, ġa hemm kontatti mal-gvern Franċiż dwar inkontru bilaterali. Għal dak li jirrigwardja l-gvern Ġermaniż hu maħsub li jsiru kuntatti neċessarji fi żmien xieraq.

Foundation for Social Welfare Services — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jaħtar lill-membri ġodda tal-Foundation for Social Welfare Services u l-Kummissjoni Konsultattiva kontra l-Abbuż tad-Droga u l-Alkoħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-membri tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ko-ordinattiva kontra l-Abbuż mill-Alkoħol u d-Droga offrew ir-riżenja tagħhom kif inhi l-konswetudni wara bidla fl-Amministrazzjoni. Qabel ma nikkonsidra l-possibilta' tal-ħatra mill-ġdid tal-membri tal-Fondazzjoni u l-Kummissjoni jinħtieġ li ssir evalwazzjoni serja ta' l-għanijiet u ta' kif iffunzjonaw s'issa dawn iż-żewġ organiżżazzjonijiet. 4.11.98

Awtorita' Marittima ta' Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' Marittima ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-Awtorita' Marittima ta' Malta impjegat tlett (3) ħaddiema ġodda bejn is-16 ta' Settembru sat 28 ta' Settembru 1998. L-applikazzjonijiet li ħarġu l-ewwel darba fis-26 t'Awissu 1998 kienu għal: 2 Draughtsmen / Surveyors / Site supervisors 1 Port Officer Il-Port Officer irrapporta għax-xogħol l-ewwel darba fit-12 t'Ottubru 1998, filwaqt li d-Draughtsmen bdew l-impjieg tagħhom ma' l-Awtorita' fis-26 t'Ottubru 1998. Ma' ġie mpjegat ħadd mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet.

Port Ħieles — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Port Ħieles ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li: Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ġew impjegati tliet ħaddiema mal-Freeport Terminal (Malta) plc.L-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi saru kollha mill-ETC, fis-17 ta' Ġunju 1997 u ma ġew impjegati ebda ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet. Mal-Malta Freeport Corporation Ltd ma ġew impjegati l-ebda ħaddiema fil- perjodu msemmi.

Maltacom plc — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Maltacom plc? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm min dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minħabba n-natura kummerċjali ta' Maltacom p.l.c., mhux fl-interess tal-kumpanija li tingħata l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #425 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ġew impjegati 15-il 'Assistant Planning Technician' u 4 'Data Capture Technicians' wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarġet fl-10 ta' Settembru 1998. Bejn Ottubru 1996 u Settembru 1998, dawn kienu qed jiġu mħarrġa mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u kienu mpjegati bħala 'Trainees' ma' l-istess Awtorita'. 04.11.98

Malta Ship Building — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Malta Shipbuilding? Jista' l-Ministeru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perjodu bejn is-6 ta` Settembru 1998 u t-28 ta` Ottubru 1998 ma ġew ingaġġati l-ebda impjegati ġodda mal-Malta Shipbuilding Co. Ltd.

PTA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 ma' l-Awtorita' dwar it-Tasport Pubbliku? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li mis-6 ta` Settembru sal-lum, ma` kien ingaġġat l-ebda mpjegat ġdid ma` l-Awtorita dwar it-Trasport Pubbliku.

WSC — Sholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata fżseduta oħra.

WSC — Chief Internal Auditor

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt taċ-Chief Internal Auditor tal-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jgħid taħt liema sejħa ta' applikazzjonijet saret din il-ħatra u jista' jgħid meta ġie ffirmat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qiegħed nippreżenta l-kuntratt taċ-'Chief Internal Auditor' tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif mgħoddi lili mill-Korporazzjoni.Dan il-kuntratt kien ġie ffirmat nhar is-26 ta' Marzu 1997 u emendat fil-31 ta' Lulju 1998. Dak iż-żmien il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ddeċidiet li ċ-'Chief Internal Auditor' għandu jiġi mpjegat għal żmien definit f'pożizzjoni meqjusa bħala 'Special Trust' taħt Sezzjoni 15, paragrafu 2(1) tal-att tal-1990 tas-Servizzi tal-Impjiegi u Taħriġ, ma kinitx inħarget sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #497 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'salarju kienet tieħu l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, bejn l-1996 u l-1998 meta kien jaħdem fil-Ministeru tas-Saħħa? Fuq kemm-il bord kien membru?X'allowances kien jieħu? X'benefiċċji oħra kellu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Persuna msemmija rċeviet dan li gej matul is-snin imsemmija: Basic Pay Novembru-Dicembru'96 Lm 759 Jannar-Marzu'97 Lm 1190 April-Diċembru'97 Lm 3579 Jannar-Awissu'98 Lm 3234 Allowances Qualification allowance wef. 1.1.96 - Lm150 per annum Novembru-Diċembru'96 Lm 25 1997 Lm150 1998 Lm100 Allowances in liue of overtime Novembru & Diċembru'96 Lm 80 Jannar to Diċembru'97 Lm490 Boards 1997 Lm208.34 1998 Lm 62.52 Overtime Jannar-Awissu'98 Lm587 Member of management Committee-Zammit Clapp Hospital Lm1000 per annum
Leg 9 PQ #498 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ward clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għamlu overtime il-Ward Clerks ġewwa l-iSptar San Luqa matul l-1997 u l-1998? Kemm ħadet overtime il-persuna li, isimha qed jintbagħat separatamenti, matul l-1997 u l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-ward clerks ġewwa l-isptar San Luqa għamlu Lm2030.05 f'overtime fl-1997 u Lm1995.42 fl-1998. Il-Persuna msemmija ma ħadmitx overtime fl-1997. Matul l-1998 hi għamlet Lm56.57 f'overtime.