Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #854 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Vannijiet bil-lifters

Question

Jista' l-Ministru jgħid: (a) Kemm għandu vannijiet bil-lifters li jagħtu servizz lill-pazjenti mid-dar tagħhom u jwassluhom fl-Isptar San Luqa? (b) Jekk dawn il-vannijiet humiex proprjeta' tad-Dipartiment tas-Saħħa jew mikrija minn terzi? (c) Jekk dawn huma mikrija, mingħand min, għaliex huma mikrija u b'liema rata ta' kera? (d) Jekk huma mikrija, kemm ilhom jiġu mikrija u kemm tħallset kera b'kollox minn meta bdew jinkrew? (e) Liema proċedura ġiet segwita sabiex dawn il-vannijiet jinkrew? (f) Kienx hemm iktar minn offerta waħda għall-kiri ta' dawn il-vannijiet, x'kien il-valur ta' dawn l-offerti? (g) Jekk id-Dipartiment tas-Saħħa huwiex beħsiebu jkompli b'dan l-istat ta' fatt? (h) Jekk kienx ikun iktar feasible li dawn il-vannijiet jinxtraw flok jinkrew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

a) Id-dipartiment għandu 6 vannijiet bil-lifter. b) Minn dawn is-sitta, tlieta huma tad-Dipartiment u t-tlieta l-oħra huma mikrija minn terzi. c) Dawn huma mikrija mingħand il-Garden of Eden Garage bir-rata ta' Lm22 kuljum. d) Wieħed minnhom ilu mikri minn April 1997 u t-tnejn l-oħra minn Ottubru 1997. Sa issa tħallset is-somma ta' Lm25,554. e) Saret tfittxija biex jinsatbu ditti li jikru dan it-tip ta' vannijiet u nstab il-garage hawm fuq imsemmi. f) Ma saret l-ebda sejħa għal offerti. g) Id-Dipartiment mhux bi ħsiebu jibqa b'dan l-istat ta' fatt. Tant hu hekk li ga nħarġu żewġ sejħiet għal offerti għax-xiri ta' vannijiet ġodda pero' sa issa għadhom ma nstabux dawk il-vannijiet li jaqdu l-bżonnijiet tad-Dipartiment. h) Il-probabilita' hi li kien ikun aktar `feasible' li dawn il-vannijiet jinxtraw flok jinkrew imma minħabba l-bżonn urġenti bilfors li d-Dipartiment ried jieħu xi azzjoni alternattiva sakemm jinxtraw il-vannijiet.
Leg 9 PQ #858 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Sannat - Triq il-Kbira

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li fuq Triq il-Kbira, Sannat, Għawdex tliet xhur ilu nbeda xogħol u sal-lum dan ix-xogħol għadu ma tlestiex; 2) x'inhi r-raġuni għaliex dan ix-xogħol jinsab wieqaf; 3) jekk tafx li l-istat li tinsab fih din it-triq qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti u anke għat-traffiku; u 4) meta hu mistenni li x-xogħol fuq l-imsemmija triq jitlesta?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li x­xogħlijiet imsemmija huma weqfin temporanjament minħabba nuqqas ta' fittings li għandha l­Korporazzjoni għas­Servizzi ta' l­Ilma peress li x­xogħol fuq din it­triq nbeda qabel iż­żmien li kien programmat. Sadattant se jsir xogħol temporanju għall­kisi tat­trinka prinċipali ta' l ­ilma
Leg 9 PQ #859 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Nadur - Triq Binġemma

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) jekk tafx li t-toroq ta' l-H.O.S., fin-Nadur, Għawdex speċjalment Triq Binġemma jinsabu fi stat ħażin; 2) x'inhuma l-possibilitajiet li x-xogħol tal-kisi bil-hot asphalt jinbeda bla dewmien fuq it-toroq imsemmija, speċjalment meta wieħed iqis li r-residenti kienu ordnati li jagħmlu l-electrodes u xogħol ieħor biex dan il-kisi jkun jista' jsir?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

It­toroq imsemmija ġa ġew imdaħħla fil­programm ta' xogħlijiet ta' kisi bit­tarmak u se jingħataw il­prijorita' li jixirqilhom.

MIA — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul iż-żmien li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, kien jokkupa l-kariga ta' Chairman ta' l-MIA kien ukoll jeżerċita n-negozju ta' importatur ta' perfumes, fosthom dawk li jinbiegħu mid-duty free shop tal-mitjar ta' Ħal-Luqa? Jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-istat ta' fatt jagħtix lok għal konflitt ta' interess, b'mod speċjali tenut kont tal-kodiċi ta' Etika għal chairman ta' kumpanniji parastatali? Jista' l-Ministru jagħti breakdown fi flus ta' perfumes mixtrija mill-Airport Supplies Limited biex jinbiegħu mid-duty free bejn l-1 ta' Jannar 1997 u t-3 ta' Ottubru 1998? Minn min sar dan ix-xiri?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Onor. Interpellant jaf li skond il-kodiċi tal-Etika għal Diretturi ta' Bordijiet fis-Settur Pubbliku, id-Diretturi huma mistennija jiidikjaraw minn qabel l-interessi tagħhom. Għaldaqstant huma mitluba jagħtu kull informazzjoni relevanti dwar: a) kull direttorat, sħubija f'soċjetajiet jew kumpanniji kummerċjali, aġenziji jew kontroll ta' ishma; b) kull interess li jista jkollhom f'attivita jew negozju li fihom tkun imdaħħla jew ikollha x'taqsam l-organizzazzjoni; c) kull interess f'oġġetti jew fżservizi rrakkomandati jew ipprovduti lill-organizzazzjoni. Rigward l-perfumes mixtrija bejn l-1 ta' Jannar 1997 u 3 a' Ottubru 1998 risposta tingħata f'seduta oħra peress li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.
Leg 9 PQ #876 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Reġistru ta' l-Artijiet — Land Survey Sheets

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Land Registry qiegħda tuża l-land survey sheets ta' l-1988 meta taf li hemm żbalji? Kemm qed tħallas ta' dan is-servizz talli qiegħda tuża dawn il-pjanti żbaljati mgħoddija mill-Planning Authority?

Response (BORG, TONIO)

Ir-Reġistru ta' l-Artijiet, bħala kull organizazzjoni oħra f'Malta, ma jistax ma jagħmilx użu mill-'base map' ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. F'Ġunju 1994 ir-Reġistru tal-Artijiet laħaq ftehim mal-'Mapping Unit' tal-Awtorita' tal-Ippjanar sabiex għal ħlas ta' Lm 1000 fis-sena isir użu mill-'base map'. Fl-1994 kien intlaħaq ftehim ukoll li wara tlett snin, iż-żewġ partijiet jerġgħu jiddiskutu l-ħlas. Fl-1997 skada l-ftehim u sa llum għadu ma ntlaħaqx ftehim ieħor. Minħabba f'hekk l-'Land Registry' ma bbenefikax mill-aġġornamenti li saru sa llum mill-Awtorita' tal-Ippjanar. S'issa għadhom għaddejjin d-diskussjonijiet biex jiġi stabillit il-ħlas. Fid-dawl tal-fatt li (i) dawn iż-żewġ entitajiet jaqgħu fid-dekasteru tal-istess Ministeru u (ii) l-insistenza ta' dan il-Ministeru għal integrazzjoni dejjem akbar fil-qasam tal-'land use management', wieħed jittama li tinstab soluzzjoni fl-iqsar żmien possibli. Tajjeb ukoll illi niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant, illi minkejja li l-'updating' u/jew korrezzjoni tal-'map base' ma jistgħux isiru mir-Reġistru ta' l-Artijiet, meta u jekk tiġi innutata xi ħaġa fil-'map base', dan ir-Reġistru normalment jgħaddi din l-informazzjoni lis-sezzjoni tal-GIS fi ħdan il-MITTS sabiex din tinforma lill-'Mapping Unit' tal-Awtorita' tal-Ippjanar. Sadanittant tajjeb ikun jaf l-Onor. Membru, anke kieku l-'base map' hija perfetta, t-titolu għall-propjeta' ma joħrogx biss mill-istat ta' x'hemm fuq l-art fil-ġurnata ta' l-applikazzjoni imma ukoll mill-provenjenza u dokumenti oħra. Il-periti u n-nutara huma notifikati permezz ta' ċirkolarijiet tad-Dipartiment tar-Reġistru tal-Artijiet, li fuqhom hemm qbil mal-kmamar rispettivi, sabiex jiġu megħluba problemi li jistgħu jinqalgħu fil-prattika. 09.11.98
Leg 9 PQ #879 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għal Għawdex

Mġarr/Ċirkewwa — Mollijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid: 1) fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini ta' mollijiet u terminals, kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa; 2) jekk ix-xogħol imsemmi hux qiegħed isir skond ix-schedule jew inkella waqa' lura; u 3) jekk ix-xogħol waqa' lura, bil-kemm-il ġurnata u x'kienu r-raġunijiet għaliex ġara dan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill­onor interpellant jirreferi l­Mistoqsija lill­Ministru konċernat.

Persun b'diżabilita' — Djar/Istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' djar u istituti eċċ f'pajjiżna li jħarrġu u jakkomodaw persuni b'diżabilita'? Liema etajiet huma catered għalihom dawn iċ-ċentri eċċ? Kemm minn dawn jinsabu f'Malta u hemm f'Għawdex? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-persuni li jattendu dawn iċ-ċentri, ċentru, ċentru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed nissottometti lista ta' djar u istituti f'Malta u Għawdex li jħarrġu u jakkomodaw persuni b'diżabilita' flimkien man-numru ta' persuni li jattendu dawn iċ-ċentri, u liema etajiet jaċċettaw f'kull ċentru: MALTA ----- Ċentri ta' Taħriġ tal-Adulti ____________________________ 1. Ċentru tal-Imtarfa 100 persuna 2. Ċentru ta' Fleur-de-Lys 110 persuna 3. Ċentru ta' l-Għomja f'Santa Venera 25 persuna 4. Ċentru ta' Ħal Far 81 persuna 5. Ċentru ta' Marsaskala 55 persuna L-Eta' ta' dawn il-persuni hija bejn id-19-il sena u sittin sena. 6. Dar il-Kaptan Dan iċ-ċentru jilqa' fiħ madwar 212 persuni b'diżabilita' u joffri servizzi ta' 'respite' matul il-ġurnata u bil-lejl, u sapport varju ieħor. L-eta' hija bejn 6 xhur sa 55 sena. 7. Dar il-Wens Dan iċ-Ċentru qed joffri servizz ta' residenza lil 13-il persuna b'diżabilita' ta' l-eta' bejn 35 u 60 sena. 8. Eden Foundation Din l-organizzazjoni toffri sapport varju u taħrig lil 94 persuni b'diżabilita' minn 16 il-sena '-fuq u lil madwar 255 tifel jew tifla mit-twelid sas-16-il sena. 9. Dar tal-Providenza Dan il-kumpless joffri residenza għal madwar 125 persuna b'diżabilita' fl-etajiet kollha. 10 Dar iż-Żernieq Dan iċ-Ċentru huwa komplimentari għad-Dar tal-Providenza u qed joffri servizz ta' residenza lil 5 persuni b'diżabilita' fl-etajiet kollha. 11. Dar Nazareth Din id-dar toffri servizz residenzjali lil madwar 9 persuni b'diżabilita' kemm fiżika kif ukoll mentali bejn l-eta' ta' 19 u 50. Minn dawn id-9 persuni hemm minn għandu impjieg u hemm minn qed jingħata taħriġ f'xi sengħa. GħAWDEX ------- Ċentru tat-Taħriġ tal-Adulti ta' Għajnsielem. Dan iċ-ċentru jilqa' fiħ persuni b'diżabilita' minn dsatax-il sena 'l-fuq. Kemm id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni joffru servizz lill-persuni b'diżabilita'. Id-Dipartiment tas-Saħħa jakkomoda numru ta' persuni b'diżabilita' mentali fl-isptar Monte Carmeli waqt li d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni joffri servizz ta' 'respite' lil tfal b'diżabilita' fl-iskejjel speċjali tiegħu: l-eta' tvarja minn ħames snin sa dsatax jew wieħed u għoxrin sena. L-informazzjoni dwar in-numru ta' dawn il-persuni tista' tintalab lill-Ministri tas-Saħħa u ta' l-Edukazzjoni. 4.11.98

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu t-talbiet pendenti quddiem l-Awtorita' tad-Djar u tad-Direttorat ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali, għall-akkomodazzjoni soċjali matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew onorati mill-imsemmija awtoritajiet f'kull sena matul l-istess perijodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma żżomx lista ta' talbiet pendenti għall-akkomodazzjoni soċjali. Meta l-Awtorita' tad-Djar ikollu postijiet għall-allokazzjoni tinħareg sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-lista ta' applikanti li jkollhom l-applikazzjoni valida tibqa valida għal sitt xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din il-lista. Jekk xi postijiet ma jkunux allokati f'dan il-perjodu, dawn jerġa jinħarġu f'harġa oħra. Dwar id-Dipartiment ta' Akkomodazzjoni Soċjali qed inpoġġi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba.

Sigurta' soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' rġiel miżżewġa u żgħażagħ li fil-mument jinsabu jieħdu l-għajnuna soċjali minħabba li qed jirreġistraw għax-xogħol? Kemm minn dawn qed jieħdu l-għajnuna tar-relief ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li 'r-relief' mhux ħlief Għajnuna Soċjali. In-numru ta' rġiel miżżewġa u żgħażagħ li fl-aħħar ta' Settembru 1998 kienu jinsabu jieħdu l-Għajnuna Soċjali minħabba li qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 3,871. 4.11.98

Sigurta Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' familji Maltin u Għawdxin li jibbenefikaw mill-għajnuna soċjali taċ-Children's Allowance? X'kien in-numru ta' dawn il-familji matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-benefiċċjarji ta' l-Allowance tat-Tfal għas-snin 1988 sa 1997 kienu kif jidher hawn taħt: Diċembru 1988 - 49,941 * Diċembru 1989 - 50,004 * Diċembru 1990 - 51,184 * Diċembru 1991 - 52,070 * Diċembru 1992 - 52,648 * Diċembru 1993 - 52,856 * Diċembru l994 - 52,731 * Diċembru 1995 - 52,440 * Diċembru 1996 - 47,864 ** Diċembru 1997 - 44,067 ** * L-ammonti hekk indikati jirreferu għall-benefiċċjarji taħt l-iskema li intużat l-aħħar fil-pagament ta'April 1996, jiġifieri mħallsa b'rata fissa. ** L-ammonti hekk indikati jirreferu għall-benefiċċjarji taħt l-iskema l-ġdida, jiġifieri b'rata li tirriżulta wara li jitqies id-dhul tal-ġenituri għas-sena preċedenti. 4.11.98

Sigurta Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' romol li f'pajjiżna jibbenefikaw mill-pensjoni tar-romol? Kemm minnhom huma taħt is-60 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor Interpellant, li n-numru ta' Romol li jirċievu pensjoni tas-sigurta' soċjali huwa ta' 12,927. Minn dawn, 1,917 huma romol li għadhom taħt is-sittin sena. 4.11.98

Sigurta' Soċjali — Benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l-benefiċċji soċjali ta' l-SKA? Kemm minn dawn huma nisa u kemm huma rġiel? Kemm minn dawn huma 'l fuq min 60 sena jekk nisa, u aktar minn 61 sena jekk irġiel?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni f'pajjiżna li jieħdu l-Għajnuna Medika, magħrufa bħala l-SKA huwa ta' 14,091. Minn dawn 7,300 huma nisa, filwaqt li 6,791 huma irġiel. In-numru ta' benefiċċjarji 'il fuq minn 60 sena huwa kif ġej: 6052 nisa 5046 irġiel Ma tinħassx il-ħtieġa li għandha tinżamm statistika separata ta' l-irġiel li għandhom aktar minn 61 sena. 4.11.98
Leg 9 PQ #90 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Dan il-Ministeru m`għandux kumpaniji li jaqgħu taħt it-treġija tiegħu u għalhekk it-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hi fin-negattiv. Madankollu, jekk l-Onor Membru qed jirreferi għal membri fuq Bordijiet u/jew organizzazzjonijiet statutorji, nirreferih għall-avviżi li dehru fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar il-Ġimgħa, 30 ta' Ottubru 1998. Dawn il-persuni nħatru a bażi ta' l-integrita` tagħhom u l-esperjenza li għandhom fil-qasam turistiku.

Ministeru għat-Trasport u Portijiet — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn, ma` nħatru l-ebda Diretturi fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Leg 9 PQ #92 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fid-dekasteru tiegħi nħatru: Fil-Malta International Airport: Mr. Lawrence Żammit B.A.(Hons) Econ., M.A. (Econ) Chairman Dr. Saviour P.Gauci M.A.,ACIS,CPA,ACIM,Ph.D Direttur Dr. Sandra Sladden ADV.TRIB.ECCL.MELIT.,LL.D. Direttur Mr. J.R. Darmanin Direttur Mr. Jean Depasquale Direttur Fil-Malta Drydocks: Fil-Malta Drydocks il-Gvern kkonferma lic-Chairman Profs. Noel Zarb Adami u ħatar żewġ Diretturi ġodda li huma: Mr. Lawrence Ciantar Direttur Mr.Carmel Baldacchino Direttur Fil-Bank of Valletta: Is-Sur Joseph F X Zahra B.A.(Hons) Econ.,M.A.(Econ) MICM ġie maħtur Chairman. Il-Bord tad-Diretturi tal-Air Malta ġie rikonfermat. Id-Diretturi ġodda kuif ukoll dawk li ġew rikonfermati ġew maħtura fuq il-kapċita personali tagħhom.
Leg 9 PQ #93 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta'Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (BORG, TONIO)

Mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, ma nħatar l-ebda Direttur fid-dekasteru tal-Ministru ta' l-Intern. 04.11.98
Leg 9 PQ #94 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Diretturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma nħatar ebda direttur fid-dekasteru li jaqa taħt il-Ministru għall-Agrikoltura u Sajd mill-5 ta Settembru 1998 il hawn.
Leg 9 PQ #95 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tagħha mill-5 ta' Settembru, 1998 'il hawn? Min huma? Xi kwalifiki għandhom? Fuq liemq kriterju ngħataw il-ħatra?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ma nħatar l­ebda Direttur fil­Ministeru għal Għawdex mill­5 ta' Settembru 'l hawn.
Leg 9 PQ #164 Sitting 7 1998-11-04 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati tal-Ġustizzja — Skrivani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm skrivani u/jew messaġġiera li jaħdmu fil-Qrati tal-Ġustizzja li huma seconded jew transfered ma' ministeri u/jew Dipartimenti tal-Gvern? Jista' jagħti breakdown tan-numru skond il-ministeri/dipartimenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nippreżumi li l-interpellant qed jirreferi għal uffiċjali li ġew trasferiti/seconded mill-Qorti minn wara l- elezzjoni tal-5 ta` Settembru 1998 'l hawn. F'dak il- każ, ninsab infurmat li kien hemm tlett impjegati tal- Qorti li ġew trasferiti: uffiċjal Prinċipali Anzjan li ġie trasferit fis-Segretarjat tal-Ministeru tal-Finanzi; Prinċipal fil-Ministeru ta` l-Affarijiet Barranin Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari u Court Recorder li ġie trasferit fl-Uffiċċju tal-Kabinet.

ETC — Gainfully occupied

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni għall-Impjiegi u Taħriġ (ETC) se tissoktax il-proċess ta' reviżjoni tal-gainfully occupied li ġiet mibdija mill-amministrazzjoni preċedenti fl-1997?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Korporazzjoni tax-xogħol u taħriġ ser tkompli l-process ta' reviżjoni tal-'gainfully occupied'. 4.11.98