Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

In vista tal-fatt li d-dar ta' l-anzjani ġewwa Bormla sfortunatament għadha m'hijiex lesta iżda l-kappella tagħha hija fi stat li tiġi wżata, jikkonsidra l-Ministru li din tiġi fi żmien qasir miftuħa għall-pubbliku u għall-użu reliġjuż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm id-dar ta' l-anzjani ġewwa Bormla għada m'hijiex lesta, l-kappella li qiegda ma' ġenbha se tinfetaħ kmieni s-sena d-dieħla biex tkun tista' tintuża mill-pubbliku għall-użu reliġjuż 9.11.98

Kalkara — Forti Rikasoli

Question

Jista' l-Ministru jgħid li ladarba partijiet kbar u sewwa tal-Forti Rikasoli ġewwa l-Kalkara ġew mnaddfa b'ħila u attenzjoni minn operaturi ta' film li se jinġibed f'dawn ix-xhur li: (1) l-ewwel jiġi ppreparat pjan ta' azzjoni sabiex dak li nbeda jkompli jsir u l-forti tiġi kompletament restawrata u salvata mill-elementi u; (2) li flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu dan jibda jinfetah fuq bażi regolari hekk kif jispiċċa l-ġbid tal-film imsemmi?

Response (GALEA, LOUIS)

Naqbel u napprezza li l-Forti Rikasoli fil-Kalkara bbenifika ħafna mill-ġbit ta' film li se jsir ġewwa dan il-post fix-xhur li ġejjin. Il-produtturi tal-film aċċettaw li jkopru l-ispiża għat-tindif u r-restawr ta' partijiet kbar ta' din il-fortizza. Dan ix-xogħol ta' restawr sar taħt id-direzzjoni tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet u bis-superviżjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Il-Forti Rikasoli għad għandu bżonn ħafna xogħol ta' restawr u jixraqlu jibqa' miftuħ għall-pubbliku fuq bażi permanenti. Għal dan l-iskop informat li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tlesti 'Development Brief' għall-Forti Rikasoli sabiex dan il-monument jista' jiġi użat b'mod aktar adattat għall-karattru storiku u kulturali.

Benefiċċji soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna jekk minħabba l-policy hekk imsejħa ta' għarbiel tas-servizzi soċjali u ta' kull forma oħra ta' benefiċċji l-gvern huwiex beħsiebu jillimita b'xi mod il-ħlas għal dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M'hemmx dubju li fil-qasam tal-Politika Soċjali, il-Politika ta' Gvern Nazzjonalista dejjem assigurat livell għoli ta' Benefiċċji Soċjali li jsostnu għixien diċenti lill kull min hu fil-bżonn. Kuntrarjament għal dak li sar mill-amministrazzjoni preċedenti, dan il-gvern jimxi fuq il-prinċipju ta' Gustizzja Soċjali, fejn min hu tassew fix-xifer tas-soċjeta, jirċievi l-għajnuna li jkollu bżonn biex jgħix b'mod diċenti. Għall-informazzjoni tal-Onor. Membru kull min qiegħed jirriġistra u jirċievi għajnuna sejjer jgawdi mir-roħs fir-rati tad-dawl u ilma li kien impona l-gvern preċedenti u għalhekk fi ftit ġranet oħra, effettivament, ser igawdu minn żieda u mhux tnaqqis. 9.11.98

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex se jittieħdu miżuri ġodda biex jinqabdu dawk li jkunu qegħdin jirreġistraw u fl-istess ħin jaħdmu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-Gvern huwa impenjat biex isaħħaħ dak kollu li hemm bżonn biex jinqata kull forma ta' abbuż. L-Onor. Membru japprezza li ma jkunx xieraq li nagħti dettalji ta' x'miżuri speċifiċi jkunu qed jittieħdu minn żmien għal żmien, għalkemm jiena lest li ngħaddi din l-informazzjoni privatament lill-Onor. Membru. 9.11.98

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbdew korsijiet ta' taħriġ fl-ETC mill-5 ta' Settembru? Kemm attendew nies għal dawn il-korsijiet? X'persentaġġ minn dawk li qegħdin jirreġistraw, sew fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-reġistru, qegħdin isegwu kors ta' taħriġ ta' l-ETC? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jkompli fuq dak li beda l-gvern preċedenti Laburista u jkompli l-inizjattiva tal-NIFTE?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Mill-5 ta' Settembru sa l-aħħar t'Ottubru, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ bdiet erbgħin programm ta' taħriġ li għalihom qed jattendu 622 persuna. Minn dawn 129 persuna kienu persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol. Il-gvern beħsiebu jkompli u jsaħħah il-programmi ta' taħriġ organiżżati bħala parti mill-inizjattiva tan-'Night Institute for Further Technical Education'. Fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi tal-ETC, li saret fit-3 ta' Novembru 1998, ġie deċiż li jiżdiedu l-programmi ta' taħriġ li qed jiġu offruti minn-NIFTE iżda dawn iridu jkunu relatati mal-bżonnijiet tal-pajjiż. Bħalissa qed isiru kuntatti mas-settur privat biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tat-taħriġ tal-ħaddiema f'oqsma tekniċi biex imbagħad dawn jiġu ndirizzati permezz ta' korsijiet speċjaliżżati.

Korpi Parastatali — Permessi għar-reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw permessi għar-reklamar ta' impjiegi fil-korpi parastatali u liema korpi kienu mill-5 ta' Settembru 'l hawn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li n-numru ta' permessi li ħarġet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ għal reklamar ta' impjiegi fil-Korpi Parastatali mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn huwa kif jidher hawn taħt: National Tourism Organisation - Malta 7 Tug Malta 1 Maritime Selmun 2 Żejtun Local Council 1 Sterling Travel and Tourism 2 Crowne Plaza Hotel 1 Fejda 1 Freeport Terminal 3 IPSE 1 Malta Maritime Authority 1 Maltacom plc 1 Zammit Clapp Hospital 2 Kunsill Lokali Pembroke 1 Broadcasting Authority 1 Central Bank of Malta 2 National Orchestra 1 9.11.98

Kumpanniji tat-tindif — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed isir biex il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu b'mod speċjali ma' kumpanniji tat-tindif ma jiġux mittiefsa, peress li wħud minn dawn il-kumpanniji qegħdin ftit ftit inaqqru d-drittijiet mogħtija bil-liġi lil dawn il-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema msemmija mill-Onor. Interpellant, huma regolati minn 'National Standard Order', peress li huma ma jaqgħu taħt ebda wieħed mill-'Wages Councils'. Id-Dipartiment tax-xogħol jintervjeni meta u jekk isiru rapporti li xi dritt stabbilit jiġi mittiefes. 9.11.98

Ħaddiema — Abbuż min employers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' servizzi qed jingħataw il-ħaddiema li jressqu każijiet ta' abbuż minn employers quddiem il-Labour Office minħabba li ma jkunux organizzati fi trade union? X'tip ta' taħriġ għandhom l-impjegati li jitrattaw każijiet bħal dawn f'dan id-dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-'Enforcement Secion' tad-Dipartiment tas-Xogħol ma tagħmel ebda distinzjoni bejn ħaddiema rappreżentati minn xi 'union' u oħrajn li m'humiex hekk rappreżentati. Kull ilment li tirċievi jiġi eżaminat fid-dawl tal-liġi, u fit-termini tal-ftehim kollettiv u/jew tal-ftehim bil-miktub fejn dawn japplikaw. L-uffiċċjali li jipprovdu dan is-servizz huma magħżula għal tal-apposta minn fost dawk li għandhom l-adattabilita' għal dan ix-xogħol u li għandhom l-esperjenza. 9.11.98

Koperattivi — Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna qed jagħti l-Gvern lill-Koperattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li: Il-Gvern jirrikonoxxi l-valur ekonomiku u l-kontribut soċjali tal-Koperattivi huwa marbut biex isaħħaħ dawk li jeżistu u li jkattar koperattivi ġodda. Permezz tal-Bord tal-Koperattivi, il-Gvern: 1. jirreġistra u jeżerċita kontroll; 2. iħeġġeġ it-twaqqif ta' koperattivi ġodda fis-setturi kollha ta' l-ekonomija, inklużi koperattivi soċjali, dawk tal-ħaddiema, produtturi u konsumaturi; 3. jipprovdi pariri u konsulenza lil dawk li jridu jwaqqfu koperattivi ġodda kif ukoll lill-koperattivi eżistenti fl-operat tagħhom. L-Gvern jaqbel i għandu jitkompla x-xogħol tar-reviżjoni tal-liġi u b'hekk tiġi aġġornata għall-ħtiġijiet soċjali u kummerċjali b'tiżwieqa akbar ta' koperattivi. Il-Gvern jemmen ukoll fit-tixrid tal-valuri li huma s-sisien ta' koperattivi u għalhekk qed ikompli jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Proġett 'Scoops' - esperjenzi koperattivi għall-studenti fil-livell sekondarju. 9.11.98

Għajnuna Soċjali — Ħlasijiet

Question

Jaf il-Ministru bid-dewmien f'każijiet ta' ħlasijiet ta' għajnuna soċjali bħal pensjonijiet tar-romol, injury fuq il-post tax-xogħol eċċ? X'qiegħed isir min-naħa tal-Gvern biex jinqata' dan id-dewmien?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena konxju li f'ċerti każijiet ta' ħlasijiet ta' Benefiċċju Soċjali jista' jkun hemm xi dewmien. Ħafna drabi, jirriżulta li dan id-dewmien ikun riżultat ta' diversi fatturi. M'hemmx dubju li l-liġi fiha nifsiha titlob ċerti verifiki li huma meħtieġa biex jiġi assigurat li l-ammont ta' benefiċċju li jitħallas jkun dak korret. Dan joħloq dewmien. B'dana kollu biex kemm jista' jkun il-Benefiċċji jinħarġu f'waqthom qed isir sforz biex jiġu komputerizzati mhux biss is-sistemi tal-pagamenti tal-Benefiċċji, iżda aktar importanti s-sistemi li bihom dawn jiġu assessjati. B'hekk id-dritt għall-Benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit kmieni kemm jista' jkun mingħajr dewmien. 9.11.98

Indafa Pubblika — Diffikultajiet finanzjarji

Question

Jaf il-Ministru li l-Koperattiva ta' l-Indafda Pubblika għaddejja minn diffikultajiet finanzjarji minħabba li għadd ta' Kunsilli Lokali għadhom ma ħallsux tas-servizz li tagħthom din il-koperattiva? Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jagħmel il-Gvern biex jara li l-Kunsilli Lokali li għandhom jagħtu lill-Koperattiva jagħmlu dan mill-aktar fis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-Mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru responabbli għall-Kunsilli Lokali. 9.11.98
Leg 9 PQ #617 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Qormi — Health Centre

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' l-istaff li kien hemm qabel l-elezzjoni u dak li hemm issa jaħdmu fil-Health Centre ta' Ħal Qormi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qabel l-Elezzjoni '98 Wara l-Elezzjoni '98 _____________________________________________ ____________________ Attard Anthony N.O. Attard Anthony N.O Axisa Saviour Supervisor Axisa Saviour Supervisor Azzopardi Maria P/T S.N. Azzopardi Maria P/T S.N. Azzopardi Rita P/T S.N. Azzopardi Rita P/T S.N. Briffa Emma E.N. Briffa Emma E.N. Baldacchino Michael H/Asst Baldacchino Michael H/Asst Bugeja Josephine Hosp/Aux Retired Bellizzi Doreen P/T E.N Bellizzi Doreen P/T E.N. Brincat Audrey Clerk Brincat Audrey Clerk Borg Jean Pierre Physio Therapist Borg jean Pierre Physio Therapist Cutajar Anabelle H/Aux Cutajar Anabella H/Aux Coleiro Theresa Hosp/Aux Coleiro Theresa Hosp/Aux Chircop Frankie H/Aux Chircop Frankie H/Aux Cachia Mangion Mary E.N. Cachia Mangion Mary E.N. Camilleri Mary Ann Radiographer Camilleri Mary Ann Radiographer Dr. Causon Carl Med Officer Dr. Causon Carl Med Officer Camilleri Francis Hosp/Aux Camilleri Francis Hosp/Aux Cila Margaret P/T S.N. Cilia Margaret P/T S.N. Cachia Joseph H/Asst Transfered (ambjent) Dr. Cilia Saviour Med Officer Dr. Cilia Saviour Med Officer Cutajar Jacqueline Podologist Cutajar Jacqueline Podologist Debono Carmen E.N. Debono Carmen E.N. Debono Doris E.N. Debono Doris E.N. Delicata Marco Podologist Delicata Marco Podologist Fenech Jane S.N. Fenech Jane S.N. Farrugia Jacqueline S.N. Farrugia Jacqueline S.N. Farrugia Carmelo H/Asst Farrugia Carmelo H/Asst Farrugia Mary Ann P/T E.N. Farrugia Mary Ann P/T E.N. Galea Joyce S.N. Galea Joyce S.N. Dr. Gauci John Med Officer Dr. Gauci John Med Officer Galea Tony H/Asst Galea Tony H/Asst Grima Nicolina Casual E.N. Grima Nicolina Casual E.N. Micallef Paul S.N. Suspended Mizzi Mariella H/Asst Mizzi Mariella H/Asst Mallo Lucia N. Aide Mallo Lucia N. Aide Mifsud Jane E.N. Mifsud Jane E.N. Dr. Attard Montaldo John D. Surgn Dr. Attard Montaldo John D. Surgn Dr. Mangion Mark Med Officer Dr. Mangion Mark Med Officer Dr. Pace Joe P/T Med Officer Dr. Pace Joe P/T Med Officer Sacco Alfred H/Asst Sacco Alfred H/Asst Shead Joanne H/Asst Shead Joanne H/Asst Scicluna Josette Dep. N.O. Scicluna Josette Dep. N.O. Dr. Sammut Alex Med Officer Dr.Sammut Alex Med Officer Dr. Schembri Marcell Med Officer Dr. Schembri Marcell Med Officer Sciberras Emanuel H/Asst Sciberras Emanuel H/Asst Dr. Sansone Pierre SMO Dr. Sansone Pierre SMO Dr. Scerri Eric Med Officer Dr. Scerri Eric Med Officer Schembri Pierre Dental Hygienist Schembri Pierre Dental Hygienist Vella Josephine S.N. Vella Josephine S.N. Vella Lydia S.N. Casual Vella Lydia S.N. Casual Zammit Charles H/Asst Zammit Chalres H/Asst Zahra Anthony E.N. Zahra Anthony E.N. Camilleri Franklin Pharm Camilleri Franklin Pharm Ebejer Huston Pharm Transfered Bajjada Michael Sen Pharm Tech Bajjada Michael Sen Pharm Tech Garritt Mark Sen Pharm Garritt Mark Sen Pharm Said Rita Pharm Tech. Said Rita Pharm Tech. Seguna Yevette Casual Pharm Saliba Loreen Pharm Tech. Saliba Loreen Pharm Tech.
Leg 9 PQ #620 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Buying of service

Question

Bejn l-1992 u l-1996, jista' l-Ministru jgħid dawk li ġew ingaġġati taħt l-iskema buying of service, taħt liema skema taċ-Ċivil ġew impjegati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-persuni li għalihom qed jirreferi l-Onor. interpellant qatt ma kienu ġew ingaġġati mal-Gvern.
Leg 9 PQ #623 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Palazzo Castellania — Riċeviment

Question

Fir-riċeviment li Sar Palazzo Castellania fl-okkażjoni tal-festa ta' San Luqa fis-17 ta' Ottubru, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mistiedna persuni? Fuq liema kriterju kienu mistiedna? Kemm ġew mistiedna persuni li m'humiex impjegati tad-Dipartiment tas-Saħħa? Kemm ġie jiswa dan ir-riċeviment? Kemm tħallas overtime biex sar dan ir-riċeviment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-riċeviment lit-tobba fil-festa ta' San Luqa ilu jiġi ċelebrat u sar parti mit-tradizzjoni tad-Dipartiment. Fl-1997 dan ir-riċeviment ma sarx. Kif inhi konswetudni stabbilita għal din l-attivita' ġew mistiedna persuni distinti, uffiċjali mediċi tad-Dipartiment tas-Saħħa, uffiċjali fi gradi maniġerjali, assoċjazzjonijiet u bordijiet li għandhom x'jaqsmu mad-Dipartiment tas-Saħħa, l-istaff tas-Segretarjat u mistiedna tagħhom. Din id-darba ma ġewx mistiedna t-tobba kollha li jidhru fuq ir-Reġistru Mediku. Ħargu madwar 400 invit u l-attendenza kienet ta' madwar 350 ruħ. Peress li għad jonqos xi kontijiet x'jaslu l-figura finali tingħata f'seduta oħra iżda mhux mistennija li taqbeż it-Lm300.
Leg 9 PQ #629 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

PSC — Talbiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm kienu t-talbiet li tressqu quddiem il-Public Service Commisson għal talbiet biex persuni jiġu ngaġġati taħt l-iskema "buying of service" mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Buying of Services mhux ingaġġ ta' mpjegati mal-gvern u għaldaqstant ma jitressqux quddiem il-Public Service Commission.
Leg 9 PQ #630 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Interim From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz "Buying of Service"

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1992 u l-1996 kemm ġew impjegati persuni taħt skema "Buying of service" fis-settur tas-saħħa? X'servizz kienu qed joffru? Minn liema belt jew raħal ġew dawk li kienu impjegati taħt din l-iskema? Min kien jiffirmalhom l-invoice li kienet tintbagħat kull xahar? X'kienu l-prezzijiet mitluba f'kull każ? Min approva d-dħul ta' dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant qed tinġabar.
Leg 9 PQ #631 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Zammit Clapp Hospital — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk mill-elezzjoni sal-lum daħlux impjegati f'Zammit Clapp Hospital? Jekk fl-affermattiv, kemm daħlu? F'liema grad? Minn liema lokalita' huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hija fin-negattiv.

INIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huwa d-direttur preżenti ta' l-Istitut Internazzjonali ta' l-Anzjani? X'inhu s-salarju tiegħu? Meta beda fl-inkarigu tiegħu? X'inhuma l-kwalifiki li għandu d-direttur u kif dawn jirrelataw mal-qasam ta' l-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati part-time ġewwa l-INIA? Kemm sigħat huma obbligati li jaħdmu fil-ġimgħa? Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98

INIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fiċ-ċentru ta' l-INIA qabel ma d-direttur preżenti ħa l-ħatra tiegħu? Kemm hemm impjegati llum u x'inhu l-grad, l-eta' u s-salarju tagħhom? Xi kwalifiki għandu kull wieħed mill-impjegati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsijiet Parlamentari numri 632, 633, 634, 635 u 636 l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar. 9.11.98