Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #531 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sistema ta' l-internet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm klassijiet/skejjel attrezzati bis-sistema ta' l-internet? X'inhuma l-pjani konkreti tal-gvern f'dan ir-rigward?

Response (GALEA, LOUIS)

Minn din is-sena, b'rizultat ta' ftehim milħuq mill-amministrazzjoni preċedenti bejn id-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Maltacom, se jingħata aċċess bla ħlas ta' l-Internet għal ħamsa u għoxrin skola. Dan se jservi bħala 'pilot project' biex b'hekk tinbena strateġija għall-iskejjel kollha ta' Malta. Huwa ppjanat, li kull sena, jiżdiedu ħamsin skola oħra f'dan il-proġett, sakemm kull skola f'Malta u Għawdex ikollha s-servizz ta' l-Internet.

Mediċini/prodotti ta' l-ikel

Question

Mill-elezzjoni 'il hawn, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm mediċini u prodotti ta' l-ikel li kellhom il-prezz tagħhom għall-konsumatur imnaqqas wara intervent li seta' sar mill-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta? Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata ta' dawn il-prodotti kif ukoll tat-tnaqqis li sar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-mediċini li raħas il-prezz tagħhom wara ntervent mill-Kompetizzjoni Ġusta wara l-5 ta' Settembru 1998 huma:- Minn Għal Feldene Gel 0.5% x 25gr Lm2.18 Lm2.08 Trimetabol Syrup x 150ml Lm1.93 Lm1.83 MMR II Vaccine Lm6.36 Lm5.60 Actal Tabs x 24 Lm0.89 Lm0.82 Ma kien hemm ebda intervent minn dan l-Uffiċċju fuq il-prezz ta' xi prodott tal-ikel.
Leg 9 PQ #534 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Disa' Parlament — Diskors mill-E.T. il-President ta' Malta

Question

Billi fid-diskors mill-E.T. il-President ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Disa' Parlament intqal li "irid jitfassal ukoll mudell ġdid ta' Ftehim Kollettiv", jista' l-Ministru jispjega x'inhu dan il-mudull ġdid ta' ftehim kollettiv?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.

Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant, il-valur ta' ġarr mill-Ministeru għat-Trasport u Kominikazzjoni kien jammonta għal-Lm 1,519 (elf, ħames mijja u dsatax) -il lira. Minħabba l-urġenza li kien hemm biex isir ċaqliq kemm tal-Ministeru, kif ukoll tad-Dipartiment, ġew imqabbda żewġ kuntratturi li huma magħrufa għal dan is-servizz li mhux l-ewwel darba li taw dan is-servizz lill-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern. Dawn iż-żewġ kuntratturi huma: Borg Brothers Garage ta' Triq id-Demmnuq, Siġġiewi għall-valur ta' Lm630 (sitt mija u tletin) lira, u F. Borġ & Sons ta' Frankate, Triq ir-Rebbiegħa, Siġġiewi għal-valur ta' Lm 889 (tminn mija u disa' u tmenin) lira. L-ordnijiet ġew maħruġa mid-Direttur għas-Servizzi korporattivi.
Leg 9 PQ #536 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perijodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għada qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #537 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul il-perijodu 10 ta' Settembru, 1998, sal-31 ta' Ottubru, 1998, ingħataw 2 ordnijiet għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini b' 'direct order'. i) ġarr ta' għamara tal-Ministeru, Segretarjat Parlamentari, mill-'House of the Four Winds', il-Belt għal-'Casa Leoni', Sta Venera, fit-8 u d-9 ta' Ottubru, 1998. ii) ġarr ta' għamara, 'stores' u 'equipment' mit-Taqsima ta' l-Intern fi Triq San Pawl, il-Belt għal 'Casa Leoni', Sta Venera, mill-5 sad-9 ta' Ottubru, 1998. Peress li l-ispiża f'kull każ ta' ġarr kienet fil-limiti stipulati fir-regolamenti finanzjarji, u minħabba l-urġenza sabiex dawn l-uffiċini jinġarru malajr kemm jista' jkun, ma kienx hemm żmien u lanqas ħtieġa biex wieħed jitlob 'quotations'. Ix-xogħol ingħata mid-Direttur tas-Servizzi Korporattivi wara li kellu l-approvazzjoni neċessarja lil Borg Bros tas-Siġġiewi. 09.11.98

Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għall-ġarr ta' għamara ta' għamara ta' uffiċini fid-dikasteru tal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd matul il-perjodu 10 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru 1998, intużaw b'emerġenza l-istess kuntratturi, jiġifieri Borg Brothers tas-Siġġiewi, li kienu ngħataw il-kuntratt mill-amministrazzjoni ta' qabel u bl-istess rata li biha kienu rebħu dak il-kuntratt, jiġifieri LM30 kull vjaġġ. B'kollox dan it-trasport laħaq is-somma ta' LM390. Barra minn hekk, kien jinħtieġ ukoll ġarr kemm ta' għamara kif ukoll kwantitajiet kbar ta' files u oġġetti anċillari bħalhom minn sular għall-ieħor u minn kamra għall-oħra u dan dam sejjer mill-24 ta' Settembru sa' l-1 ta'Ottubru, 1998. Għal dan is-servizz, il-kuntratturi ngħataw is-somma ta' LM270.
Leg 9 PQ #539 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul il-perjodu msemmi jiġifieri bejn 10 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru ingħataw diversi ordnijiet għall-ġarr ta' għamara (skrivaniji, filing cabinets, cupboards, siggijiet, computers, mwejjed, photocopy, eċċ) u stores (kaxex bil-files u dokumenti ohra eċċ) li jammontaw għal Lm1,603. Dawn kienu jinkludu: a) ġarr ta' għamara u stores mis-sezzjoni tas-Supplies mid-Dipartiment tas-Saħħa, Triq Merkanti l-Belt għall-Isptar San Luqa u kien jinkludi l-uzu ta' crane; (05/10/98) b) ġarr ta' għamara tal-Permanent Secretary u l-istaff tiegħu minn Casa Leoni għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt; (13 u 14/10/98) c) ġarr ta' għamara u stores miċ-ċentru Ħidma Socjali, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt (20/10/98) d) ġarr ta' kaxxi bil-files mid-Dipartiment tas-Saħħa għal Home Affairs Office, Triq San Pawl, il-Belt; (2 u 13/10/98) e) ġarr ta' għamara u stores minn sular għal iehor fid-dipartiment tas-Saħħa; (12/10/98) f) ġarr ta' għamara u stores mill-Uffiċċju tal-Health Inspectors, fl-Imsida għall-Uffiċċju f'San Pawl il-Bahar; (23/10/98) g) ġarr ta' għamara u stores tad-Direttur tal-Corporate Services u l-istaff tiegħu minn Casa Leoni, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa l-Belt; (8 u 9/10/98) h) ġarr ta' għamara mir-Registry, Ċentru Ħidma Soċjali għar-Registry tad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt u mtellgħin fis-sular tal-bejt; (9/10/98) i) ġarr ta' għamara u stores mill-uffiċċju tal-Ministru tas-Saħħa u l-istaff tas-Segretarjat minn Casa Leoni, Santa Venera għad-Dipartiment tas-Saħħa, l-Belt; (2u 6/10/98) Minħabba l-fatt li l-ispiża f'kull każ kienet fil-limiti permessi mir-Regolamenti Finanzjarji ma kienx hemm il-ħtiega li jintalbu kwotazzjonijiet u barra minn hekk l-urġenza sabiex it-trasferimenti tal-uffiċini jsir mill-aktar fis possibli, ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinhareġ xi sejha għall-offerti. Ix-xogħol kollu għalhekk ingħata mis-Segretarjat u mid-Direttur tal-Finanzi lill-kumpanija Borg Bros tas-Siġġiewi.

Households — Użu ta' solar water heaters

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' households li għamlu użu mill-offerta fil-budget tal-gvern preċedenti dwar użu ta' solar water heaters?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-inċentivi favur l-użu tal-enerġija solari li tħabbru fid-diskors tal-Budget 1998 huma forma ta' self b'rati baxxi ta' imgħax mill-banek. Il-Korporazzjoni Enemalta m'għandha l-ebda tagħrif dwar min ibbenifika minn din l-iskema.

Maltacom — Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-inizjattivi li għaddejjin bħalissa biex jiġu upgraded is-servizzi li tagħti l-Maltacom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Cellular telephones

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-politika tal-Gvern dwar il-monopolju li jeżisti bħalissa f'pajjiżna fil-qasam tas-cellular telephones (mobile phones)? Kemm iqis il-Gvern li dan il-monopolju jservi tajjeb jew ħażin lill-konsumatur kemm fil-kwalita' u anke fir-rati li jitħallsu? Jaf il-Ministru li dawn ir-rati huma ogħla sew mill-istess rati f'pajjiżi Ewropej? Kemm hu konformi dan il-monopolju mat-talba tal-Gvern preżenti li applika biex pajjiżna jsir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li permezz ta' ftehim li kien sar bejn il-Korporazzjoni Telemalta (illum Maltacom plc) u t-Telecell Ltd., (illum Vodafone Malta Ltd.,) it-telecell, kienet inagħtat liċenzja biex topera it-telefon ċellulari taħt monopolju għal għoxrin (20) sena. Dan jiskadi fis-sena 2010. Il-liċenzja msemmija hawn fuq bħal kull liċenzja maħruġa taħt l-Att dwar il-Korporazzjoni Telemalta baqgħet fis-seħħ taħt l-Att ta' l-1997 biex jirregola t-Telekomunikazzjoni u jirrikonoxxi ċerti esklusivita' sa mhux aktar tard mis-sena 2010. Jien infurmat illi t-Telecell kienet żiedet tariffi oħra barra dik li hemm fil-ftehim u għalhekk il-konsumatur illum għandu xelta ta' 4 tariffi x'jista' jagħżel.

WSC — Provvista ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' liema kienu t-toroq u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ ta' ilma matul ix-xahar ta' Ottubru? Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

WSC — Unaccounted for water

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jippjana ġdid l-Ministeru biex il-proporzjon ta' ilma li m'hemmx kont tiegħu (unaccounted for water) jitnaqqas? X'qiegħed isir fil-preżent?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata fżseduta oħra.

Enemalta — Sistema elettrika

Question

Jista' l-Ministru jespandi b'mod iżjed konkret dak li qal dan l-aħħar kif rapportat fil-Media li għandu ħsieb u tama li s-sistema elettrika f'pajjiżna xi darba tingħaqad mal-grid Ewropew?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jkun opportun wieħed jesprimi ruħu f'aktar dettal.

Bormla — Knisja tal-Madonna tas-Sokkors

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jsir it-tindif tal-partijiet prinċipali interni u esterni tal-Knisja tal-Madonna tas-Sokkors f'Bormla u tal-Mina ta' Santa Liena li kienet ġiet restawrata sew minn Gvern Nazzjonalista preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Tlabt lid-Dipartiment tal-Mużewijiet biex jinsisti ma' min hu responsabbli mill-Programm tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera biex jieħu ħsieb dan it-tindif. Fil-fatt id-Dipartiment tal-Mużewijiet ma hux responsabbli direttament għal dan it-tindif, u jekk l-Onor. Membru jibqa' ma jiġix sodisfatt napprezza li jirrivolġi ruħu lejn il-Ministru konċernat.

Skejjel — Kotba bil-lingwa Franċiża

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Franċiża tul dawn l-aħħar ħames snin għal-libreriji pubbliċi u jekk kemm-il darba kienx bord ad hoc li ħa d-deċiżjoni liema kotba partikolari jinxtraw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dawn l-aħħar ħames snin inxtraw madwar 312 ktieb bil-lingwa Franċiża għall-użu fil-Libreriji Pubbliċi. Dawn intagħżlu permezz ta' Kumitat apposta (Book Selection Committee) imwaqqaf mill-Librerija Pubblika għas-selezzjoni tal-kotba. L-għażla saret ukoll fuq pariri ta' nies midħla fis-suġġett tal-Franċiż filwaqt li ġiet ikkonsidrata d-domanda tal-pubbliku inġenerali.

Xgħajra — Tiswija ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta hu ppjanat li t-toroq: Triq Tumbrel, Triq Orlando, Triq Ħaż-Żabbar u Triq Mahoney li għandhom mhux żviluppati fir-raħal tax-Xgħajra jsiru?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li minħabba xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, l-asfaltar ta' dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, sintendi wara li jkun zgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti.
Leg 9 PQ #559 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini out of stock bħalissa? Liema huma?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` neqsin huwa ta` 16. Din il-lista tinkludi: (1) Mediċini li għalkemm waslu ma jistgħux jitqassmu minħabba li jkun għadu ma wasalx ir-riżultat tal-analiżi (jiġifieri dawn il-mediċini jkunu kwarantina) Senna 7.5mg tablets (2) Mediċini li qegħdin jiġu diskussi mid-Drug and Therapeutics Committee (DTC) biex jiġu maqtugħa mill-Formolarju: Atropinic Sulphate 0.6mg tablet Azlocillin Sodium 500mg injections Cefotaxime Sodium 0.5mg injections Ephedrine Nasal Drops 1% Fosfestrol Tetrasodium 100mg tablets Stilboestrol 5mg tablets (3) Mediċini li s-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu problema biex jixtrihom minħabba li ħadd ma qiegħed jikkwota għalihom: Hydroxychloroquine 200mg tablets Ketamine 10mg/ml injections Methylergometrine 0.125mg tablets Neostigmine 0.5mg/ml injections Oxytocin 10 units x 1ml injections Phenytoin sodium 25mg capsules Procainamide injctions Procaine Penicillin with Benzyl Penicillin injections Stilboestrol 1mg tablets

Cruise liners — Żjajjar f'pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siegħa damu l-170 cruise liner li żaru Malta minn Jannar sa Ottubru, 1998?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li bejn Jannar u Otubru da' din is-sena ġew Malta 191, Cruise Liner li damu fil-port għal 1,815 (elf, tminn mija u ħmistax) -il siegħa. Cruise Liners Siegħat Jannar 1 11 Frar 1 9 Marzu 1 9 April 21 206 Mejju 35 332 Ġunju 22 199 Lulju 22 196 Awissu 20 181 Settembru 31 285 Ottubru 37 387 Total 191 1,815