Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #388 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-Proġett tal-Kottonera? Meta hemm il-ħsieb li jiġu finalizzati d-diskussjoniiet mal-consortia?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Id-diskussjonijiet dwar il-proġett tal-Kottonera għadhom qegħdin isiru u kif dawn ikunu waslu fi stadju avvanzat il-Gvern ikun jista' jagħti l-informazzjoni kollha dwar l-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet.
Leg 9 PQ #389 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' Manoel Island? Meta se jiġu mitmuma d-diskussjonijiet mal-consortium MIDI? Meta hu ppjanat li jinbeda l-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant jieħu pjaċir jinnota illi n-negozjati bejn il-Gvern u l-MIDI Consortium għaddejin fuq bażi regolari u sa issa sar progress sostanzjali. Madankollu għad hemm xi proċeduri li għad irid isir ftehim fuqhom fosthom il-każi tal-'vacant possesion'. Madankollu l-Gvern għadu ottimist li n-negozjati jiġu konklużi sa tmiem din is-sena. Il-bidu tal-proġett huwa kkundizzjonat mill-approvazzjoni neċessarja ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar filwaqt li nawgura li nkunu nistgħu naraw il-bidu tal-proġett fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #390 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Cruise Passenger Terminal — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Cruise Passenger Terminal? Meta se jiġu mitmuma d-diskussjonijiet mal-consortia konċernati? Meta hu ppjanat li jinbeda x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat miċ-Chairman tal-Valletta Cruise Terminal Development Steering Committee, li l-Consortia li kienu ġew short-listed kellhom jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom sa' l-aħħar ta' Ottubru 1998, kif fil-fatt għamlu. Issa l-kumitat se jibda l-proċess ta' evalutazzjoni biex ikun jista' jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Gvern.
Leg 9 PQ #391 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Opera House — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett ta' l-Opera House? Jista' jgħid kif se jipproċedi l-gvern fuq dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kif diġa tħabbar, il-Gvern huwa mpenjat illi s-sit ta' l-Opera House jiġi żviluppat primarjament għall-użu ta' kultura u kif ukoll diġa' tħabbar l-ewwel li se jsir huwa li tiġi formulata l-masterplan ghal dik l-area tal-Belt kollha inkluż ukoll l-entratura prinċipali li jistħoqqilha li tieħu dehra u xejra oħra.

MIA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma'l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma ġew mpjegati l-ebda ħaddiema ġodda mal-Malta International Airport PLC.
Leg 9 PQ #429 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Malta Financial Services Centre? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien impjegat ebda ħaddiem ġdid mal-Malta Financial Services Centre mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #430 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Public Broadcasting Service? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk li ġew ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Public Broadcasting Services ma ġie ngaġġat ħadd mis-6 ta' Settembru 'l hawn.

WSC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat 28 ta' Ottubru, 1998 mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma mpjegatx ħaddiema ġodda mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 ta` Ottubru 1998.

MDC — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta'Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-perjodu msemmi ma ġew impjegati ebda ħaddiema mal-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta.

Tarzna ta' Malta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mat-Tarzna ta' Malta? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-Malta Drydocks bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 ġew impjegati sebgħa Welders każwali għal tmien ġimgħat u 'Chief Executive'. L-applikazzjoni għall-'Welders' każwali ħarġet mill-ETC bid-data tal-14 ta' Awwissu 1998.
Leg 9 PQ #511 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jingħataw iċ-ċertifikati tan-Nursing Aides li temmew il-kors f'dawn l-aħħar xhur? Għalfejn dawn għadhom ma ngħatawx iċ-ċertifikat? Hemm il-ħsieb li tiġi organizzata ċerimonja ta' l-għoti taċ-ċertifikati biex dawn l-istudenti jiġu ppremjati għall-ħidma li wettqu tul il-kors?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-istudenti li temmew il-kors ta' sena tan-Nursing Aides ngħataw certifikat mit-taqsima ta' l-Institute of Health Care sabiex ikunu jistgħu japplikaw għall-postijiet ta' Nursing Aide fuq bazi permanenti skond is-sejħa għall-applikazzjonijiet li ħarget fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 t'Awissu 1998.
Leg 9 PQ #512 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjoni Ġenerali 1998

Question

Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, ġiet tiswa l-Elezzjoni Ġenerali 1998? Kemm ġiet tiswa l-Elezzjoni Ġenerali 1996?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat mill-Kummissarju Elettorali Prinipali li huwa stmat li l-Elezzjoni Ġenerali 1998 ġiet tiswa madwar Lm1,000,000. L-Elezzjoni Ġenerali 1996 ġiet tiswa Lm963,670.
Leg 9 PQ #513 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul mit-turiżmu ras għal ras fl-1992, fl-1993, fl-1994, fl-1995, fl-1996, fl-1997 u fl-1998?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li d-dħul mit-turiżmu ras għal ras bejn is-snin 1992 u 1997 kien kif ġej: 1992 Lm180.07 1993 Lm218.42 1994 Lm205.64 1995 Lm208.61 1996 Lm217.19 1997 Lm224.84 Jien infurmat ukoll li, fil-waqt li bejn Jannar u Ġunju 1997 id-dħul per capita kien ta' Lm218.49, dak għall-istess xhur fl-1998 kien ta' Lm209.01.

MIA — Ajruplani

Question

Fuq bażi ta' sena sħiħa, jista' l-Ministru jagħti l-medja ta' kull ajruplan li jinżel u jitla' mill-Ajruport tal-Gudja f'kull xahar tas-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-medja ta' kull ajruplan li niżel u tela' fl-ajruport tal-Gudja xahar b'xahar matul is-sena 1997 huwa kif ġej: Tluq Inżul Jannar 805 803 Frar 764 765 Marzu 1047 1052 April 1276 1283 Mejju 1459 1470 Ġunju 1276 1286 Lulju 1512 1516 Awissu 1713 1732 Settembru 1426 1433 Ottubru 1317 1317 Novembru 944 959 Diċembru 856 858 Total 14395 14474

Enemalta — Twaħħil ta' bozoz

Question

Billi jidher li hemm domanda biex jitwaħħlu street lighting f'toroq mudlama, jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm twaħħlu bozoz matul Lulju, Awissu u sal-5 ta' Settembru ta'l-1997 u l-1998? Kemm hi l-waiting list/domanda bħalissa u x'inhi l-proċedura biex jitwaħħal street lighting ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' bozoz imwaħħla matul Lulju, Awissu u sal-5 ta' Settembru 1997 u 1998 hu kif ġej: 1/7/97 - 5/9/97 - 79 lampa 1/1/98 - 3/9/98 - 519 lampa Għat-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talbiet għal bozoz ġodda jmorru għand il-Kunsilli Lokali. Dawn jgħadduhom lill-Korporazzjoni Enemalta. Wara li l-uffiċjali mill-Korporazzjoni jeżaminaw dawn it-talbiet, dawn imorru għand il-Ministeru għall-approvazzjoni. Ladarba t-talbiet jintlaqgħu mill-Ministeru, il-Korporazzjoni Enemalta tieħu ħsieb li jsir ix-xogħol meħtieg.

Banek — Bank of Valletta

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Bank of Valletta minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa ta' ċertu valur kummerċjali li jista jkun ta' detriment għall-istrateġija ta' l-istess Kumpanija fil-konfront ta' kompetituri tagħha. Għaldaqstant inħoss li ma jkunx prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #527 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' proprjeta' mill-barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi follow-up action min-naħa tal-gvern dwar l-istudju li kien tlesta minn kummissjoni li jiena kont ħtart biex tissuġġerixxi metodi kif jista' jitqajjem l-interess tax-xiri tal-proprjeta' mill-barranin wara t-tnaqqis radikali ta' bejgħ li kien hemm mill-1993 'il quddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 326 u nżid ngħid li għadu kmieni wisq biex ikun hemm riżultati.

Awtorita' għall-Kummerċ Ġust

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu l-gvern dwar it-twaqqif ta' Awtorita' għall-Kummerċ Ġust u l-affarijiet tal-konsumatur li ħejja fuq livell ta' abbozz ta' liġi l-gvern preċedenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-gvern qed jikkunsidra l-abbozz ta' Liġi dwar it-twaqqif ta' Awtorita u fil-ħin opportun jesprimi l-opinjonijiet tiegħu dwar dan l-abbozz.
Leg 9 PQ #529 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti/entitajiet finanzjarji — Information sharing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm differenti bejn in-networking elettroniku li l-gvern beħsiebu jdaħħal bejn diversi dipartimenti finanzjarji u entitajiet finanzjarji u data li kellu maħsub Gvern Laburista dwar information sharing f'dan ir-rigward, kif rifless fl-abbozz ta' liġi li kien ġie mgħoddi lil allura Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-konsultazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

In-networking elettroniku li qed naħsbu li s-sistema ta` kommunikazzjoni li biha accounts tal-Gvern jista` jgħaddi bejn dipartimenti u għal post ċentrali bħat-Teżor b`mod elettroniku. M`għandu xejn x`jaqsam ma dak li kien rifless fl-abbozz ta` liġi li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant. L-opinjoni tiegħi dwar l-abbozz imsemmi għadhom validi sal-lum.
Leg 9 PQ #530 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Il-gvern qed jikkollabora ma' gvernijiet oħrajn barranin dwar il-problema dejjem tikber ta' traffikar ta' mmigranti llegali minn pajjiżna? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji lill-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

B'mod ġenerali l-Gvern jikkollabora ma' pajjiżi oħra dwar il-problema tat-traffikar ta' immigranti llegali bis-saħħa ta' kuntatti u bdil ta' nformazzjoni magħmula mill-Pulizija permezz ta' l-Interpol. Intlaħaq ukoll ftehim bilaterli dwar kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' drogi u kriminalita' organizzata ma' diversi pajjiżi fosthom ma' Franza u l-Eġittu li jikkontemplaw kooperazzjoni fil-kamp tal-ġlieda kontra t-traffikar illegali ta' immigranti. Trattati oħra simili qed jiġu negozjati ma' pajjiżi oħra. Għaddejjin ukoll negozjati mal-Gvern Taljan dwar ftehim bilaterali li jittratta speċifikament dwar re-ammissjoni ta' immigranti llegali. 09.11.98