Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #540 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li bejn l-10 ta' Settembru 1998 u l-31 ta' Ottubru 1998 ingħataw dawn id-direct orders għal ġarr ta' għamara fid-dikasteru tiegħi. UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Segretarjat Privat Lm145 Borg Bros Uffiċċju tal-Kabinett Lm 15 Borg Bros Dipartiment tat-Tiftix għaż- Lm 250 Borg Bros Żejt DIVIŻJONI TAL-ĠUSTIZZJA Dipartiment għas-Servizzi Lm2100 Borg Bros Korporattivi Billi kien hemm ċerta urġenza ma ntalbu ebda quotations oħra ħlief fil-każ tad-Dipartiment tat-Tiftix għaż-Żejt fejn intalbet quotation lil Schembri Bros (Zambaret) li ma weġibx. L-ispiża totali kienet kif tidher hawn fuq u ma ngħataw ebda extensions.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ma ngħatat ebda ordni għall-ġarr ta' għamara ta' uffiċini fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin għall-perjodu indikat mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru għall-Politika Soċjali — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li, fid-dekasteru tiegħi u fil-perjodu msemmi mill-Onor. Membru, l-kuntratturi li tqabbdu b'mod dirett sabiex iġorru xi għamara ta' uffiċini huma dawk li jidhru hawn taħt: (i) F. Borg & Sons li tqabbdu mill-Awtorita' tad-Djar f'okkażjoni waħda. L-ispiża kienet waħda minima (Lm60) u għalhekk ma kienx il-każ li joħroġ 'tender' jew jintalbu 'quotations'; (ii) Schembri Brothers (Żambaret) li tqabbdu mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali sabiex iġorru l-għamara għall-uffiċji ġodda tad-Dipartiment fil-Furjana. Dan ix-xogħol ingħata taħt kuntratt eżistenti li kien ġie ffirmat mall-Ministeru tal-Ħarsien Soċjali fit-22 t'Ottubru, 1996. F'dan il-każ, l-ispiża laħqet is-somma ta' Lm504. 10.11.98
Leg 9 PQ #543 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 għad-dikasteru li għalih jien responsabbli, ma saru ebda kuntratti ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order.
Leg 9 PQ #544 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ma ngħata l-ebda kuntratt jew Direct Order għal ġarr ta` għamara fid-dikasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Leg 9 PQ #545 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma sar l-ebda kuntratt jew 'Direct Order' ta' ġarr ta' għamara fil-perjodu bejn l-10 ta' Settembru sal-31 ta' Ottubru 1998 fid-dekasteru li għalih responsabbli jiena.

Enemalta — Provvista ta' elettriku

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu t-toroq u l-irħula relattivi li sofrew minn qtugħ ta' dawl elettriku matul ix-xahar ta' Ottubru? Liema kienet ir-raġuni f'kull każ partikolari? Kemm dam dan il-qtugħ f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #564 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Passi dixxiplinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ittieħdux passi dixxiplinarji kontra dawk il-pulizija li b'għemilhom urew li kienu ħallew il-passjoni politika tiġri bihom waqt li kienu on duty fil-jiem ta' wara l-elezzjoni ġenerali?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant u li ġew għall-attenzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija, qed jiġu mistħarrġa u jittieħdu l-passi opportuni skond l-eżitu ta' dan l-istħarriġ. 10.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, se tiġi allokata fond alternattiv peress li din il-persuna tgħix f'kantina b'ħafna umdita' u m'għandha faċilitajiet sanitarji ta' xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 10.11.98
Leg 9 PQ #584 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Stock Exchange

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien li kkawża s-sospensjoni fl-Istock Exchange dan l-aħħar? Jikkonferma l-Ministru li r-raġuni kienet għaliex is-sistema komputerizzata akkwistata mill-Alberta Stock Exchange kienet antikwata jew inkella li s-sistema m'għandhiex il-kapaċita' tkopri adegwatament id-daily trading?

Response (DALLI, JOHN)

Jien informat li l-kawża tas-sospensjoni waqt it-trading fuq il-Borża li ġrat dan l-aħħar kella x`taqsam mas-software magħruf bħala MQ Series li jmexi il-messaggi mill-AS 400 mill-OS 2 server għat-trading engine, jiġifieri li l-kawża tas-sospensjoni ma kienitx fit-trading software imma fis-software li tmexxi l-componenti li jikkomunikaw bejniethom. Is-sistema komputerizzat li tintuża fuq il-Borża ta` Malta ma ġietx akkwistata mill-Alberta Stock Exchange. L-Alberta Stock Exchange iħaddem sistema simili u hi l-iktar verżjoni moderna li kienet teżisti meta ġiet installata fuq il-Borża ta` Malta. Is-sistema għandha kapaċita tkopri għall-ġurnata waħda bil-bosta aktar minn kemm wieħed jantiċipa li jsir negozzju fuq il-Borża ta` Malta f`sena.
Leg 9 PQ #585 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Companies Act 1995 — Compliance

Question

Jista' l-Ministru jgħid rigward il-compliance rikjesti bil-Companies Act 1995, jista' l-Ministru jgħid kemm-il compliance ġiet pproċessata mill-Malta Financial Services Centre u kemm baqa' pendenti? Jista' l-Ministru jispjega dan id-dewmien? Jaqbel l-Ministru li, tenendo kont ż-żieda ta' responsabbilta' mogħtija lill-Malta Financial Services Centre, li hemm nuqqas ta' personnel, speċjalment kwalifikati?

Response (DALLI, JOHN)

S`issa ġew proċessati 4710 dokumenti ta` compliance u fadal ftit anqas minn 3000 dokument pendenti. Id-dewmien kien kawżat prinċipalment għal żewġ raġunijiet bażiċi: L-ewwel raġuni hija li matul iż-żmien transitorju ta` sentejn li fih il-kumpanniji kellhom jattemporaw ruħhom mad-dispożizzjoni ta` l-Att ta` l-1995 dwar il-Kumpanniji għadd kbir minnhom ħallew għall-aħħar mument biex jagħmlu dan. Tant huwa hekk, li l-predeċessur tiegħi kellu jtawwal iż-żmien transitorju, li kellu jagħlaq fil-31 ta` Diċembru, 1997 b`xahrejn. Filwaqt li matul l-1996, l-ewwel sena taż-żmien transitorju, 63 kumpannija biss bagħtu d-dokumenti ta` compliance, fl-aħħar sitt xhur, bejn l-1 ta` Settembru, 1997 sa` l-aħħar ta` Frar, 1998 in-numru ta` compliance documents li ġew konsenjati għar-reġistrazzjoni kien ta` 7093 minn numru totali kollu ta` 7697 compliance documents. It-tieni raġuni għad-dewmien huwa dovut għan-numru straordinarju (85% u aktar) ta` dokumenti li jkollhom jintbagħtu lura lill-kumpanniji biex jiġu emendati. Ma jinħassx li hemm nuqqas ta` personnel fid-diviżjoni tar-Reġistru tal-Kumpanniji. Jekk u meta jinħass li hemm xi nuqqas, iċ-Ċentru tas-Servizzi Finanzjarji ma jonqosx li jimla dan il-vojt fl-iqsar żmien possibbli. Fl-aħħarnett, nassigura lill-Onor. Membru li ma hemmx nuqqas ta` personnel kwalifikati. l-Uffiċjali li ċ-Ċentru mpjega, wara sejħa pubblika, sabiex jaħdmu direttament fuq ir-reġistrazzjoni ta` kumpanniji u dokumenti konessi magħhom, huma kollha gradwati.
Leg 9 PQ #586 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

ITC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ITC jutilizzaw nominee companies? Jista' l-Ministru jispjega kif l-awtoritajiet jassiguraw li l-actual shareholders huma fil-fatt il-beneficiary owners jew le, peress illi qabel, meta kien għad hemm l-Offshore Companies, din kienet responsabbilta' tan-nominee companies?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-maġġoranza kbira tagħhom, l-International Trading Companies jutilizzaw nominee companies; fil-fatt, in-numru ta` ITC`s li ma jutilizzawx nominee companies huwa insinifikanti. Bħalma kien jiġri fi żmien ta` meta kienu jiġu reġistrati l-offshore companies, l-istess għadu jiġri llum; jiġifieri in-nominee companies għandhom l-obbligu bil-liġi (MFSC Act sec. 51A(2)(e)) li jkollhom sistemi sabiex jgħinuhom jistabbilixxu l-identita` tal-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, qabel ma kumpannija tiġi reġistrata u liċenzjata bħala nominee company miċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji, trid tiddikjara u tobbliga ruħha, bil-miktub, li ma taċċetta ebda klijent qabel ma tkun tafu tajjeb wara li tkun għamlet dawk l-indaġini neċessarji kif jirriżulta mill-kopja ta` `Declaration \ Undertaking by a Licensed Nominee Company` li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #587 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Companies Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji kienu tardivi li jaġġornaw ruħhom (complying) mar-rekwiżiti tal-Companies Act? Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji għażlu li ma jaderux ruħhom u għalhekk ġew imneħħija mir-Reġistru? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien l-introjtu mill-impożizzjoni ta' multi minħabba f'dawk il-kumpanniji li aderaw ruħhom tard?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` kumpanniji li bejn l-1 ta` Marzu, 1998 u l-aħħar t`Ottubru 1998 kienu tardivi biex jaġġornaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet ta` l-Att ta` l-1995 dwar il-kumpanniji kien ta` 125. S`issa, 990 kumpannija m`aderietx ruħha. Dawn għadhom ma ġewx imneħħija minn fuq ir-Reġistru peress li skond id-dispożizzjonijiet ta` l-Att Nru. XXX ta` l-1997 dawn jistgħu jiġu hekk imneħħija meta l-Ministru b`ordni fil-Gazetta jistabbilixxi data, li tkun data wara l-31 ta` Diċembru 1998. Il-multi miġburin minn kumpanniji li s`issa aderew ruħhom tard kienu jammontaw għal Lm23,307.
Leg 9 PQ #588 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru tal-Finanzi

Offshore Company

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Offshore Company iddeċidiet li ma ġġedditx il-liċenzja tagħha wara l-introduzzjoni tal-Malta Financial Services Centre Act?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` kumpanniji `offshore` li ma ġeddewx il-liċenzja tagħhom mill-introduzzjoni tal-Malta Financial Services Centre Act sal-31 t`Ottubru 1998 kien ta` 956.
Leg 9 PQ #596 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Tindif — Maċina, Senglea

Question

Jista' l-Ministru jara li fi żmien qasir fil-Maċina ġewwa l-belt Senglea, li għamel żmien użat bħala ċentru Laburista jsir: (1) tindif ġenerali billi dan għadu mimli b'imbarazz varju ta' l-istess partit Laburista fosthom statuti antiki, ritratti u kartelluni ta' varji mexxejja; (2) li jinqalgħu bil-galbu s-suffetti, partitions varji u oġġetti oħra simili li l-kreattivita' ta' l-istess irnexxilha toħloq sabiex tisnatura l-karattru tal-post u; (3) sabiex il-fireplaces kollha li kien hemm u li għal xi raġuni tul dak iż-żmien inqalgħu jerġgħu jitqiegħdu f'posthom minn fejn ttieħdu u dan kollu sabiex fil-futur qasir il-bini jkun jista' jingħata ħajja aktar dinjituża?

Response (BORG, TONIO)

S'issa l-Gvern għadu ma ddeċidiex l-użu li għandu jsir mill-Maċina. Id-Dipartiment tal-Artijiet ħa jieħu l-passi neċessarji ma' l-aħħar inkwilini sabiex il-proprjeta' tiġi mnaddfa u mħollija fi stat tajjeb. 10.11.98

Kottonera — Job centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se titwettaq il-proposta li kienet saret oriġinarjament fi żmien il-Gvern Nazzjonalista ta' qabel u li Gvern Laburista kien wiegħed li jwettaq iżda li wara ma wettaqx li jinfetah job centre biex iservi għal parti t'isfel ta' Malta, preferibbilment ġewwa l-Kottonera fejn hemm numru sewwa ta' nies ifittxu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Instab post fiċ-ċentru ta' Bormla fejn fi żmien qasir ser jinfetaħ 'Job Centre' biex jaqdi l-bżonnijiet tan-naħa ta' isfl ta' Malta w aktar speċifikament dawk tal-Kottonera. 10.11.98

ETC — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies li fl-aħħar ta' Ottubru kienu qed jirreġistraw fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet parti tar-reġistru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar ta' Settembru 1998, in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel, fit-tieni u tielet parti tar-reġistru kien ta' 7,184; 464 u 440 rispettivament. L-aħħar ċifri ppublikati huma ta' Awissu 1998. Iċ-ċifri għal Ottubru għad iridu jinġabru. 10.11.98

Impiegi ġewwa l-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-istaff complement tal-Ministeru tiegħu? Kemm ġew impjegati nies minn barra? Kemm ġew sekondati minn kumpanniji parastatali u liema kumpanniji huma? Kemm kienu trasferiti minn ħdan dipartimenti oħra tal-gvern? Kemm ingħataw transfers lill-individwi li kienu jaħdmu fid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu llum jaħdmu ġo dipartimenti oħra jew sempliċement ġew trasferiti minn sezzjoni għall-oħra fl-istess dipartiment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija li għandha x'taqsam mal-impjegati fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Nru. 81 kif ukoll għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 291. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija dwar trasferimenti ta' mpjegati fid-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 281. 10.11.98

Karozzi mal-Ministeru

Question

Jista' l-Ministru jelenka għax-xahar ta' Ottubru: (1) in-numru ta' impressed drivers; (2) in-numru ta' karozzi tal-kiri; (3) Min qiegħed juża dawn il-karozzi mikrija u x'inhu l-grad tagħhom; u (4) Mingħand liema kumpannija jew individwu huma mikrija l-karozzi? Tista' l-informazzjoni tiġi maqsuma dipartiment b'dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Ministru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 11.11.98