Pulizija — Persuni convicted of a criminal offence
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni convicted of a criminal offence din is-sena? Kemm ġew mibgħuta l-ħabs, kemm ingħataw sentenza sospiża u kemm tpoġġew fuq probation?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena, sas-26 ta' Ottubru, in-numru ta' persuni li nstabu ħatja mill-Qorti ta' offiża kriminali kien ta' 2133. Minn dawn, 111 intbagħtu l-ħabs, 226 ingħataw sentenza sospiża, filwaqt li 697 ġew imqiegħda fuq 'probation'. Dawn iċ-ċifri jirreferu biss għal delitti ('crimes').
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tajr ibbalzmat li ġie rreġistrat s'issa? Kemm kien in-numru ta' persuni li rreġistraw it-tajr? X'tip ta' tajr ġie rreġistrat?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal l-istudju ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar il-golf courses?
Response (BORG, TONIO)
Jien nfurmat li l-ewwel fażi ta' l-istudju dwar l-Iżvilupp ta' 'golf courses' ġie finalizzat fl-1997. Dan wassal għat-tfassil ta' 'policy paper' fir-rigward ta' dan l-Iżvilupp, flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu u d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent, li ġiet approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar f'Awissu tal-1997.
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħol qiegħed jagħmel id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Kunvent ta' l-Ursolini fil-Belt? Kif ġie kkummissjonat dan ix-xogħol u x'inhu stmat li hu l-valur tiegħu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol li qiegħed jiġi ffinalizzat mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-kunvent ta' l-Ursolini fil-Belt huwa ta' manutenzjoni normali, inkluż dak ta' madum. Ix-xogħol ġie kkummissjonat mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni. Ix-xogħol huwa stmat li jiswa, mingħajr l-element tal-pagi, madwar LM385.00.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Pixxina Nazzjonali? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ġew ingaġġati ebda ħaddiema fil-Pixxina Nazzjonali mis-6 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 man-National Tourism Organisation of Malta? Jista' l-Ministru jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda persuna li ġiet impjegata b'kuntratt indefinit min-National Tourism Organisation - Malta bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati postijiet mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalitajiet ġew allokati dawn il-postijiet? Jista' f'numri jgħid mil-liema lokalitajiet huma dawk li gawdew mill-allokazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi saru 5 allokazzjonijiet imqassma kif ġej:-
APPLIKANT MINN ALLOKATI
Gzira Gzira
Qormi Qormi
Rabat Rabat
Cospicua Cospicua
M'Scala Valletta
10.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati bħalha Casual Social Assistants ingħataw transfer mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 u kemm min dawk trasferiti rriżenjaw mill-impjieg tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru totali ta' trasferimenti ta' Assistenti Soċjali Każwali bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 t'Ottubru 1998 kien 46 li jfisser li 26 ħarġu jaħdmu fil-komunita' u l-20 l-oħra ddaħħlu jaħdmu ġod-Djar ta' l-Anzjani jew 'Day Centres'. Ħadd minn dawn ma rreżenja.
10.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il metru kien tħaffer mill-kumpannija Saipem fis-Sit il-Madonna taż-Żejt, f'Kerċem, Għawdex sal-4 ta' Settembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid f'dak l-istudju x'kienu l-indikazzjonijiet li jinstab iż-żejt dejjem skond dak li kienu qed jgħidu lill-Gvern l-esperti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fl-4 ta' Settembru 1998, it-tħaffir tal-bir
f'Kerċem kien wasal fond ta' 4502 metri. L-esperti tal-Gvern
taw parir li skond l-indikazzjonijiet li kellhom kien hemm il-
possibbilta li jista jinstab iż-żejt aktar fil-fond.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew installati linji ġodda tat-telephones mill-Maltacom f'Malta u f'Għawdex, lokalita' b'lokalita' mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998? Kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod temporanju u kemm min dawn il-linji kienu nstallati b'mod permanenti? Kemm min dawn il-linji ġew installati f'postijiet residenzjali?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Mid-Med Bank minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għal reklami f'dan il-perjodu?
Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa ta' ċertu valur kummerċjali li jista jkun ta' detriment għall-istrateġija tal-istess Kumpanija fil-Konfront ta' Kompetituri tagħha. Għaldaqstant inħoss li ma jkunx prudenti li nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Air Malta minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998? Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu? Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm ingħataw reklami mill-Maltacom minn Novembru 1996 sa l-aħħar ta' Awissu 1998?
Kemm kien il-valur totali ta' l-ispiża għar-reklami f'dan il-perjodu?
Jista' l-Ministru ġentilment jagħti breakdown ta' kif inqasmu u kemm intnefaq f'kull sezzjoni tal-Media?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru ġentilment jagħti lista ta' kull coverage li kellu l-ġurnalista tal-PBS, li ismu qed jintbagħat separatament, tul il-kampanja elettorali ta' l-Elezzjoni Ġenerali ta' l-1998?
Jista' l-Ministru jgħid kull coverage x'kien?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru ġentilment jagħti lista ta' kull coverage li kellu l-cameraman tal-PBS, li ismu qed jintbagħat separatament, tul il-kampanja elettorali ta' l-Elezzjoni Ġenerali ta' l-1998?
Jista' l-Ministru jgħid kull coverage x'kien?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom hux beħsiebha timpjega technicians fuq l-electronics li kienu segwew kors ta' l-ESTS u li kienu sponsored mill-istess Maltacom għal tliet snin sħaħ?
Billi kien hemm technician wieħed li spiċċa l-kors ta' l-ESTS u li kien ir-repair centre u li kien jaħdem u mħarreġ għal tliet snin sħaħ mill-Maltacom u billi dan kien jagħmel xogħol utli, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dan jiġi impjegat jew ta' lanqas toħroġlu call for application għal grad tiegħu?
Jaħseb il-Ministru li hu fil-vantaġġ tal-Maltacom li jekk ikun hemm vacancies timpjega l-istess technicians li tkun ħarrġet hi stess?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bank Ċentrali għandux xi talbiet pendenti bħalissa għall-ħruġ ta' banking licence minn xi banek barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-Bank Ċentrali ta` Malta perjodikament jeżamina u jevalwa talbiet għal ħruġ ta` `banking licences` li joriġinaw minn banek barranin. L-Onorevoli Membru japprezza wkoll li jkun prematur li jingħataw dettalji fl-istadju ta` negozjar. Il-Bank Ċentrali ta` Malta joħroġ stqarrija għall-istampa hekk kif tkun ingħatat liċenzja taħt l-Att Dwar il-Kummerċ Bankarju ta` l-1994 lil xi bank.