Jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq l-Ipoġew? Meta se jinfetaħ għall-pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fl-Ipoġew mistenni jitlesta fil-bidu tas-sena d-dieħla. It-tiġdid tas-servizzi ta' l-ilma u d-drenaġġ fi Triq Ħal Luqa, li fil-preżent huwa sospiż sabiex ma jtellifx ix-xogħol tal-ħwienet ma tul il-Milied, ser jitkompla fil-bidu ta' Jannar. Informat li b'hekk l-Ipoġew mistenni jkun f'qagħda li jerġa' jinfetaħ għall-viżitaturi f'April ta' l-1998.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jistenna l-Ministeru biex iqiegħed għall-bejgħ kopji tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4, 5 u 6 tal-primarja?
Tista' ssir pubbliċita' qawwija li dawn il-kopji jinsabu għall-bejgħ biex il-ġenituri jkunu jistgħu jixtruhom? Meta se jkunu għall-bejgħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Kopji tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4,5 u 6 tal-primarja se jkunu għall-bejgħ ma jdumux.
Il-ġenituri se jkunu mgħarrfin b'kull pubblikazzjoni li tagħmel id-Diviżjoni.
Il-konsultazzjoni msemmija minnek fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 181 dwar il-Kurrikulu Nazzjonali ġdid ma' min saret?
Kemm il-laqgħa ta' konsultazzjoni saret u min attenda għaliha?
Min qed jagħmel l-analizi tal-feedback li daħal diġa' u li rriferejt għalih ukoll fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 181?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa nbdiet konsultazzjoni dwar:
a) il-kapitlu 'Il-Kurrikulu u l-Ilsna Uffiċjali' u saret laqgħa li għaliha attendew għalliema, Education Officers, membri ta' l-Institute of Linguistics u tal-Fakulta' ta' l-Edukazzjoni.
b) is-settur privat u saret laqgħa għall-membri kollha tal-PSA
c) il-kapitli 14 u 15 u saru diversi laqgħat ma'għalliema fuq bażi individwali jew bħala team fi skola, skond is-settur u s-suġġett li fihom l-għalliema jkollhom l-iżjed esperjenza. Ix-xogħol fuq dawn il-kapitli jsir l-aktar fqu dawn il-linji.
S'issa x-xogħol fuq il-feedback sar mid-Dipartiment tal-Kurrikulu. Inġabar l-akbar numru possibbli tar-reazzjonijiet li kien hemm; dawn ġew iklassifikati skond it-tema li jittrattaw u saret l-ewwel identifikazzjoni ta' l-opinjonijiet differenti.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru bozoz ġodda f'dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar: i) Triq Ġanni Bonavia (bozza waħda); ii) Triq il-Kapuċċini (bozza waħda); iii) Triq il-Karmnu (tarf ma' Triq iz-Zingla) u fix-Xgħajra, f'Dawret ix-Xatt (fejn il-Ġorf tat-Tafal)?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba għad-dawl fit-toroq indikati mill-Onor. Membru qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li ex-deputat Nazzjonalista, li ismu qed jintbagħat separatament, ingħata xi inkarigu fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? Jekk fl-affermattiv, x'inhu dan l-inkarigu u b'liema remunerazzjoni?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinfetaħ triq billi jitwaqqa' parti minn bini fi triq San Vinċenz, Marsa (26/27 Triq San Vinċenz)? Jekk le, jista' jibgħat nota lir-residenti biex il-proprjeta' tagħhom tkun tista' tiġi żviluppata? (Kopja ta' requisition order konnessa ma' din il-mistoqsija parlamentari qed tintbagħat separatament)
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li ma' hemm l-ebda' pjan mid-Dipartiment tat-Toroq biex parti mill-bini msemmi mill-Onor. Interpellant jitwaqqa. Id-Dipartiment kien informa lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex issir 'release' ta' din il-propjeta fl- 1991 u għalhekk kwalunkwe' korrespondenza lir-residenti trid toħroġ mid-Dipartiment ta' l-artijiet.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
B'riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6, ninsab
infurmat li ma ngħataw ebda allowances ġodda mill-5 ta'
Settembru 1998 'il hawn lill-impjegati fid-dekasteru
tiegħi.
Kemm kien in-numru ta' każijiet li l-pulizija kellha tintervjeni sabiex tikkontrolla nirien matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm kien hemm inċidenti gravi jew fatali matul l-istess perijodu kawża ta' dan id-dannu? Matul dawn l-aħħar għaxar snin meta nbidlu sabiex ġew modernizzati l-inġenji u l-apparat neċessarju kontra tifi tan-nar?
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-produzzjoni lokali tal-ħalib f'Malta u Għawdex bejn l-1996 u 1997? Xi prodotti ġodda ġew introdotti fl-istess perijodu magħmula mill-ħalib frisk? Min kienu r-rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Bord tal-Malta Dairy Products għall-istess perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
L-ammont ta' ħalib meħud il-magna mir-raħħala għall-ipproċessar fil-fabbrika kien hekk:
1996 7,954,341 gallun (36,160,434 litru)
1997 8,411,014 gallun (38,236,470 litru)
Dawn l-ammonti ma jinkludux produzzjoni ta' ħalib(l-iktar tal-mogħoż u nagħaġ) miżmum mir-raħħala għall-produzzjoni ta' ġbejniet fuq il-farms.
Prodotti ġodda li ġew introdotti fl-istess perjodu kienu:
1996 Lemon and Honey Yoghurt u Creme de Menthe Yoghurt
1996 Pizza mozzarella f'pakketti ta' 250g u 1kg.
1996 Ħalib frisk xkumat(skimmed milk) fil-kartuna ta' pinta (568c.c)
1997 Ħalib frisk pasturizzat fil-kartuna ta' pinta(568c.c)
1997 Ħalib frisk "flavoured" fil-kartuna ta' litru.
Ir-rappreżentanti tal-Gvern fuq il-Bord tal-Malta Dairy Products Ltd. kienu:-
1996 Is-Sur Joseph Galea u s-Sur Frank Gatt
Sa 31/03/97 Is-Sur Joseph Galea u s-Sur Frank Gatt
Minn 01/04/97 Is-Sur George Carbone u s-Sur Charles Mizzi.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-programm edukattiv "Ngħożżu l-Biedja u Sajd" huwiex se jitkompla? Jekk iva, min huma l-membri tal-bord il-ġdid? Inżammet l-istess kordinazzjoni, ċioe' li l-bord ikun kordinat minn rappreżentanza tal-ġenituri, tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u ta' l-Edukazzjoni flimkien ma' l-istituti ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita'? Kemm huwa n-numru ta' studenti li diġa' attendew għal dan il-programm?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jiena nfurmat li l-programm edukattiv li permezz tiegħu studenti jżuru l-Għammieri ilu sejjer għal dawn l-aħħar 20 sena. Matul l-aħħar sentejn dan il-programm ġie mlibbes libsa ġdida billi nfetħet "potting shed" u ġew miżjuda numru ta' annimali waqt li ġie mogħti propaganda kbira. Dan il-programm qed jiġi evalwat għall-valur edukattiv tiegħu.
Minn din is-sena sejrin jibdew żjajjar għall-istudenti tax-xjenza(Form IV) b'kontenut edukattiv iktar għoli, b'koperazzjoni mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Il-Bord li kien imexxi dawn il-programmi ma ġiex xolt u għaldaqstant għandu jibqa' jiffunzjona sakemm jinħatar Bord ġdid jew jiġi xolt, skond kif jiġi deċiż wara li jkunu evalwati il-programmi li qed imexxi.
Mis-6 t'Ottubru sas-27 ta' Ottubru ta' din is-sena, 298 student minn ħames skejjel differenti ipparteċipaw fil-programmi edukattivi. Ipparteċipaw ukoll studenti mis-Seminarju ta' Għawdex u grupp ta' studenti Ġermaniżi.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jitkompla l-proġett ta' Wied il-Qlejgħa?
Response (ZAMMIT, NINU)
Minkejja li l-proġett sallum għadu ma ġiex approvat mill-Gvern Taljan u għaldaqstant ix-xogħol li sar taħt l-amministrazzjoni Laburista ġie iffinanzjat minn flus il-poplu Malti, naċċerta lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi għandu l-intenzjoni li jkompli bir-riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa u jekk jista' jkun widien oħra li mhux neċessarjament ikunu fid-distrett tar-Rabat.
Ta' min ifakkar lill-Onor. Interpellant li x-xogħol kien beda fl-1996 mill-amministrazzjoni Nazzjonalista u jien ċert li l-Onor. Interpellant jieħu pjaċir jiġi mgħarraf li hemm indikazzjonijiet tajba li l-ispejjeż li għamel il-Gvern Laburista fl-1998 ser jiġu ISSA inklużi wkoll fil-protokoll finanzjarju ma' l-Italja.
Jista' l-Ministru jinformani bil-programm ta' manutenzjoni tat-toroq li l-Ministeru tiegħu approva biex isiru fit-12-il distrett fil-ġimgħat u xhur li ġejjien? Jista' l-Ministru jinformani liema huma dawk it-toroq li jinsabu għaddejjin ix-xogħlijiet fuqhom u hux se jiġu ffinalizzati sa l-aħħar ta' din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħolijiet ta' manutenzjoni ikunu għaddejjin il-ħin kollu u mhux f'xi distrett partikolari. Dan ix-xogħol ta' manutenzjoni m'għandux programm partikolari iżda x-xogħol isir skond fejn jinqala l-bżonn.
Billi l-Housing Estate ta' l-Imġarr, Mellieħa, Għar-Barka, Għajn Qajjed fir-Rabat u oħrajn jenħtieġu li jiġu mogħtija l-asfaltar, jista' l-Ministru jinformani x'kordinament qed isir bejnu u bejn il-Kunsilli Lokali rispettivi sabiex din il-problema tiġi ndirizzata fl-affermattiv?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant huwa ta' żewġ tipi dak ta' resurfacing li jrid isir Għar Barka u Għajn Qajjed ir-Rabat, u li dan jieħu ħsiebu l-Kunsill Lokali u l-asfalting ta' toroq ġodda fil-Housing Estates ta' l-Imġarr u l-Mellieħa.
Ix-xogħol fl-Imġarr se jsir issa peress li s-servizzi kollha lest, filwaqt li xogħol fil-Mellieħa isir hekk kif jitlestew is-servizzi kollha neċessarji. Kull Kunsill li għandna fil-pajjiż, għandu ċ-ċans li jressaq is-suġġerimenti tiegħu dwar dan il-punt u punti oħra fil-lokal.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (REFALO, MICHAEL)
Mill-5 ta' Settembru 'il hawn, jien kont barra minn Malta fuq xogħol ta' promozzjoni tat-turiżmu darbtejn: darba Londra u darb'oħra Frankfurt. Fiż-żewġ okkażjonijiet, kont akkumpanjat miċ-Chief Executive ta' l-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu għal laqgħat ma' Malta. Infurmat li ż-żewġ safriet ma qamux aktar minn dawk li kienu jsiru mill-predeċessuri tiegħi għall-istess skop. Għall-eżattezza l-mawra f'Londra swiet Lm1913 u dik ġo Frankfurt Lm1737.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fil-perjodu msemmi llum sifirt darba waħda bejn l-14 u l-20 ta' Ottubru għas-sessjoni plenarja ta' l-'International Telecommunications Union', liema safra kienet ukoll diġa ppjanata mill-istess Onor. Interpellant. Il-laqgħa saret f'Minneapolis U.S.A.
Fit-triq lura lejn Malta waqaft ukoll Londra fejn kelli taħdidiet mas-Segratarju Ġenerali ta' l-I.M.O. Għal dawn il-laqgħat kont akkompanjat mis-Sur Joe Vella. Il-Ministeru ħasslas is-somma ta' Lm 1272 (elf, mitejn u tnejn u sebgħin) lira, għal dawn il-laqgħat.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (BONNICI, JOSEF)
Mill-5 ta` Settembru 1998 `l hawn saret safra ministerjali waħda li fiha attendejt għat-tieni konferenza Ewro-Mediterranja tal-Ministri responsabbli mill-Industrija tal-pajjiżi nvoluti fil-Proċess ta` Barċellona.
Din il-konferenza saret ġewwa Klagenfurt, l-Awstrija u jakkumpanjawni kelli lis-Segretarju Permanenti tiegħi, il-Konsulent tiegħi fil-Ministeru, u ċ-Chairman u l-General Manager tal-Korporazzjoni Maltija tal-Iżvilupp.
L-ispejjeż involuti kienu jammontaw għal Lm 3352.
Matul il-Konferenza d-delegazzjoni Maltija ltaqgħet ma' numru ta' ministri b'mod partikolari mal-Kummissarji ta' l-Unjoni Ewropea Martin Bangemann u Mario Monti.
Għal aktar dettalji nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija għall-istampa li l-Ministeru tiegħi ħareġ fl-1 t'Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il safar diġa' siefer mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma għamilt l-ebda safra mill-5 ta' Settembru s'issa.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm-il safra diġa' siefret mill-5 ta' Settembru 1998 s'issa?
Liema bliet żaret u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanja għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellmet u fuq xiex tkellmet?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lillOnor Interpellant li ma għamilt lebda żjara uffċċjali barra minn Malta mill5 ta' Settembru 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew milqugħa talbiet għal xiri ta' armi tan-nar mill-pulizija din is-sena u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti? X'kienu t-tip ta' armi li għalihom saru dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-28 ta' Ottubru, 1998, ġew approvati 2,908 talba għal xiri ta' armi tan-nar, filwaqt li hemm 529 applikazzjonijiet pendenti. Il-maġġoranza ta' dawn it-talbiet huma għall-xiri ta' snieter, 'air pistols' u 'air rifles'.
10.11.98