Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Chairman

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' impjieg taċ-Chairman tal-Housing Authority flimkien mas-CV tal-persuna konċernata?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif mitlub, il-'Curriculum Vitae'ta' Ms Marisa Micallef Leyson li għadha kif inħatret bħala 'Chairman' tal-'Housing Authority'. Il-ħatra ta' 'Chairman' tal-'Housing Authority' issir skond id-dispożiżżjonijiet ta' Sezzjoni 5 (i) ta' l-Att dwar l-Awtorita' tad-Djar u ma tinvolvi l-ebda kuntratt ta' mpjieg. 11.11.98
Leg 9 PQ #688 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann — Triq ir-Rummien/Vjal in-Naspli

Question

Jista' jsir xi ħaġa dwar iż-żewġ ħofor kbar li hemm bejn Triq ir-Rummien u Vjal in-Naspli, f'San Ġwann?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #689 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kumpannija Texaco - Xiri ta' ishma

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet li kienu għaddejjin mal-Kumpannija Texaco biex din tixtri ishma fil-kumpannija sussidjarja tal-Korporazzjoni Enemalta l-M.O.B.C.? Kien hemm xi żviluppi mill-elezzjoni ġenerali 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq nonforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #690 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Tax payers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bħall-pajjiżi oħra (New Zealand) fejn taxpayers jkunu ntitolati għal tnaqqis xieraq biex jikkumpensahom għall-ispejjeż konnessi mal-problema tas-sena 2000, f'dik li hi nefqa fuq diagnosing, correcting or testing of software?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li beħsiebni nkompli miexi fuq il-politika li kien miexi biha hu sa ftit ġimgħat ilu.

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se tibbenefika mill-miżura dwar il-pensjonijiet tas-servizzi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi l-persuna minnhu ndikata ġiet infurmata bil-miktub dwar ir-rata ta' pensjoni tas-Sigurta' Soċjali li qed tirċievi. Saret stima mill-ġdid bl-aħħar emendi li kien hemm f'Ottubru tan-1997 (Miżura dwar il-pensjonijiet tas-servizz). 11.11.98

Zabbar — Triq Papa Alessandru - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Papa Alessandru, f'Ħaż-Żabbar tingħata kisja tarmak għaliex tinsab fi stat verament diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li din it-triq għadha qatt ma' ġiet asfaltata u għalhekk minħabba l-ħafna xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment sintendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti.

Impjiegi — Kors ta' social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu jinċentiva studenti biex: 1) jattendu għall-kors ta' social workers fl-Universita; 2) jinkoraġixxi lil dawn l-istudenti biex jispiċċaw il-kors?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Sa mill-1996, id-Dipartiment tal-Familja u Ħarsien Soċjali beda jdaħħal numru ta' studenti tas-'social work' mill-Universita' taħt is-'Social Support Workers' Scheme'. Taħt din l-iskema filwaqt li l-istudenti jistudjaw it-teorija l-Universita', ikollhom l-opportunita' biex jitħarrġu fil-qasam tas-'social work'. Madanakollu, d-dipartiment joħroġ applikazzjonijiet għall-post ta' 'Registered Social Worker I' u dawk l-istudenti li jtemmu jew li ser ikunu jtemmu l-'course' b'suċċess fil-futur qarib, ikunu eliġibbli sabiex japplikaw għal dan il-post. 11.11.98

Sigurta' Soċjali — Children's allowance

Question

Jikkonsidra l-Ministru li fil-budget li ġej isiru emendi biex jipprovdu għall-każ fejn kap tal-familja, li minkejja li jkun qed jaqla' aktar minn Lm10,000 fis-sena, ma jkunx qed isostni l-familja u l-omm xorta waħda ma tieħux iċ-children's allowance? Jaħseb il-Ministru li jeżistu każi bħal dawn fejn l-omm u t-tfal qed jiġu diskriminati mhux biss mill-kap tal-familja iżda wkoll mil-liġi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-obbligu ta' manteniment f'każ ta' persuna miżżewġa lil parti l-oħra fiż-żwieġ hu fondat fil-Liġi. Dan ifisser li fejn mara miżżewġa tipprova għas-sodisfazzjon tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali li qiegħda tieħu passi legali għall-infurzar tal-manteniment, din il-persuna tkun intitolata għall-Allowance tat-Tfal jekk tissodisfa t-test tal-mezzi. 11.11.98
Leg 9 PQ #732 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni saret fil-main operating theatre u f'Karen Grech operating theatre fl-Isptar San Luqa tul l-1996, l-1997 u l-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li fl-Isptar San Luqa u fl-Isptar Karen Grech saru 22,708 operazzjonijiet matul l-1996,23,316-17-operazzjoni matul l-1997, u 14,513-il operazzjoni minn Jannar sa Lulju ta' din is-sena. L-operazzjonijiet kienu mqassma kif jidher f'din l-iskeda: Operating Theatre 1996 1997 Jannar-Lulju 1998 ____________________________________________ ________________ SLH Main Theatre 6628 7092 4286 SLH Orthopaedic Theatre 2415 2517 1582 SLH A&E Theatre 479 386 151 SLH Endoscopy Theatre 4619 4854 3139 SLH Burns Theatre * * 370 KGH Paediatric Theatre 745 817 502 KGH Gynae Theatre 1388 1395 853 KGH Opthalmic Theatre 1501 1562 892 KGH ENT Theatre 1497 1411 849 KGH Labour Ward Theatre 740 774 408 KGH Gynae Ward Theatre 2696 2508 1481 *: It-tagħrif minn dan it-theatre beda jintbaghat fl-1998. SLH=St.Luke's Hospital, KGH=Karen Grech Hospital
Leg 9 PQ #738 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Uffiċjali

Question

Riferibbilment għat-transfers li ngħataw lill-84 uffiċjal tal-pulizija fit-2 ta' Novembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-esiġenzi tas-servizz li minħabba fihom ingħataw dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn it-transfers kienux biss parti minn proċess akbar ta' transfers oħrajn li se jiġu effettwati fil-jiem li ġejjin u jekk iva, jista' l-Ministru jindika x'inhuma r-raġunijiet?

Response (BORG, TONIO)

Kienu l-istess esiġenzi li kienu jipprevalu qabel il-5 ta` Settembru, 1998. 11.11.98
Leg 9 PQ #739 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fost il-membri tal-Korp tal-Pulizija li ġew trasferiti għall-SAG u għas-Security Branch fit-2 ta' Novembru, 1998 hemmx minnhom li bħalissa qegħdin jiġu nvestigati għal xi irregolarita' fil-qadi ta' dmirijiethom u/jew inħareġ charge fil-konfront tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 131 membru tal-Korp tal-Pulizija li għandhom proċeduri dixxiplinarji pendenti kontrihom, li minnhom erba` (4) ġew assenjati xogħol l-SAG dan ix-xahar. L-ebda wieħed minn dawn l-erba` (4) charges, ma jammonta għal delitt. 11.11.98
Leg 9 PQ #740 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mar-regolamenti dwar is-seat belt mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998? Riferibbilment għall-istess perjodu, jista' l-Ministru jindika kemm vetturi ġew clamped u towed, l-ammont totali tal-multi li ġew imħallsa qabel il-vetturi ġew rilaxxati u kemm minnhom ġew ikkontestati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għall-perjodu 6 ta' Settembru, 1998, sal-31 t'Ottubru, 1998, hu kif ġej:- Ċitazzjonijiet maħruġa minħabba n-nuqqas tal-ħarsien tar-regolamenti dwar is- "seat belts" 1,575 Vetturi kklampjati 72 Vetturi ttowjati 391 Ninsab infurmat ukoll li l-ammont totali tal-multi li ġie mħallas qabel il-vetturi ġew rilaxxati mill-Pulizija kien ta' Lm2,075, filwaqt li n-numru ta' każijiet li ġew kkontestati kien sitta (6). 11.11.98
Leg 9 PQ #741 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Snieter konfiskati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati snieter li nqabad isir użu minnhom b'mod illegali mill-1 ta' Jannar, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998, xahar b'xahar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta` Jannar, 1998 u l-31 t`Ottubru, 1998, xahar b`xahar, in-numru ta` snieter konfiskati minħabba li sar użu minnhom b`mod illegali, kien kif ġej:- XAHAR NUMRU ----- ----- Jannar xejn Frar 3 Marzu 6 April 20 Mejju 7 Ġunju xejn Lulju 1 Awissu 2 Settembru 12 Ottubru 1 11.11.98
Leg 9 PQ #742 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qrati — Proċeduri kriminali għal abbużi sesswali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta hu maħsub li jiġi konkluż ix-xogħol tal-Kummissjoni nkarigata sabiex tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar proċeduri ġodda kif il-minuri jixhdu fi proċeduri kriminali għal abbużi sesswali, liema kummissjoni twaqqfet aktar kmieni din is-sena taħt iċ-chairmanship ta' l-Onor. Imħallef Carmelo Agius?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Kummissjoni twaqqfet fis-27 ta` Mejju 1998 u kellha tippreżenta r-rapport tagħha fi żmien tliet xhur jew fi żmien ieħor itwal kif estiz mill-Ministru tal-Gustizzja. Ninsab infurmat li dan ir-rapport ma tlestiex u li l- Kummissjoni reġgħet ġiet rikostitwita fit-28 ta` Ottubru 1998 bl-istess membri u ntalbet biex tippreżenta r- rapport tagħha fi żmien tliet xhur oħra.
Leg 9 PQ #757 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Nofsinhar ta' Malta — Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-proġetti ta' upgrading tas-South, jiġifieri Wied il-Għajn, Marsaxlokk u Birżebbugia, humiex se jitkomplew is-sena d-dieħla? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawk il-proġetti li se jitwettqu s-sena d-dieħla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda xogħol li kien inbeda m'huwa se jitwaqqaf u proġetti ġodda jitħabbru meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #758 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Masterplan

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inkarigu ġdid li ngħata l-perit Richard England għall-preparazzjoni ta' masterplan għal Bieb il-Belt huwiex kuntratt ġdid? Kemm hu l-valur ta' dan il-kuntratt?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol li qiegħed jagħmel il-Perit Richard England huwa abbażi ta' l-istess kuntratt li kellu qabel meta kien maħtur bħala l-Perit responsabbli għall-Proġett taċ-Ċentru ta' l-Arti fl-1995, liema kuntratt huwa bbażat fuq skala ta' tariffi simili għal Tariffa K.

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet it-tiswija tas-saqaf tad-djar ta' l-anzjani tal-Furjana taħt l-Amministrazzjoni Nazzjonalista ta' qabel Ottubru 1996? Kemm kien ippjanat oriġinarjament li jdum jissewwa dan is-saqaf u kemm effettivament dam? Kemm sewa lill-Gvern Nazzjonalista t-trasferiment ta' l-anzjani konċernati f'hotels privati matul dan il-perjodu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid la kemm ġiet tiswa t-tiswija tas-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana qabel Ottubru 1996 u lanqas kemm sewa t-trasferiment ta' l-anzjani konċernati sakemm tlesta x-xogħol. Wara stħarriġ sar magħruf li x-xogħol fuq is-soqfa sar bejn l-1991 u l-1992 u dam madwar tmin xhur. X'uħud mill-anzjani ġew trasferiti fis-Sa Maison Hotel, Pieta'għall-perjodu qasir, oħrajn f'xi lukanda fil-Gżira, u oħrajn imqassmin fid-Djar ta' l-Anzjani l-oħra. 11.11.98

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew biex inbnew dawn id-djar ta' l-anzjani: 1) id-dar ta' l-Imsida; u 2) id-dar ta' l-Imtarfa (iż-żewġ fażijiet f'daqqa)? X'inhuma l-bed capacities għal dawn iż-żewġt idjar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Id-Dar ta' l-Imsida ġiet tiwsa Lm720,000 u tesa' 50 persuna. 2. Id-Dar ta' l-Imtarfa li tinkludi 'Day Centre', kappella u parkeġġ taħt l-art ġiet tiswa' Lm1,450,082 u tesa' 106 persuna. 11.11.98
Leg 9 PQ #776 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

MIA — Persuna b'rekord kriminali

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex se jiġi permess li persuna magħrufa b'rekord kriminali titħalla ddur fil-grounds u fil-bini tal-Malta International Airport biex tissorvelja xi xogħol ta' tindif li tkun qed tagħmel kumpannija tiegħu, meta permezz tal-preżenza tiegħu hemmhekk dan jikkostitwixxi security risk?

Response (BORG, TONIO)

Biex persuna tidħol f`żona ristretta ta` l-Ajruport irid ikollha Airport Security Pass. Dan il-Pass ma jingħatax lill-persuna li jkollha rekord kriminali jew li tista` tkun ta` riskju għas-sigurta` ta` l-avjazzjoni. 11.11.98
Leg 9 PQ #778 Sitting 10 1998-11-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ex-Segretarju tal-Kabinett — Sur Joe Zammit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'xogħol ingħata s-Sur Joe Zammit ex-Segretarju tal-Kabinett, 1996-98, mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? X'uffiċċju ngħata biex ikun jista' jaħdem? Fuq liema kriterji ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet? Kienu ispirati mill-kliem fid-diskors tal-President li int qed tmexxi gvern "ta' djalogu miftuħ għal kulħadd mingħajr l-esklużjoni ta' ħadd"?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-Sur Joe Zammit li serva bħala Segretarju tal-Kabinett għal 22 xahar bejn l-1996 u l-1998 u li kien ingħata promotion fil-21 ta' Awissu 1998 minn Grade 4 għal Grade 2, għadu mhux kuntent bil-kariga li ngħata.