Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' mard infettiv din is-sena? X'tip ta' każi kienu u kemm kien in-numru ta' persuni li mietu b'mard infettiv din is-sena u x'tip ta' marda kienet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-ewwel tas-sena 1998 sa l-aħħar ta' Ottubru 1998 in-numru totali ta' każijiet ta' mard infettiv kien ta' 1542. Dawn il-każijiet jinqasmu kif ġej:-
-------------------------------------
TI P TA' MARD INFETTIV TOTAL
-------------------------------------
Acut e Flaccid Paralysis 8
AIDS 6
Brucellosis 3
Chicken Pox 492
Shingles, Herpes Zoster 31
Food Poisoning, Campylobacter 23
Food Poisoning, Salmonella 402
Food Poisoning, Unspecified 378
Food Poisoning, Toxic 3
Food Poisoning, E. Coli 3
Hepatitis A 14
Hepatitis B 4
Hepatitis C 1
Leishmaniasis, Visceral 3
Leishmaniasis, Cutaneous 23
Measles 3
Mumps 8
Rubella 7
Meningitis, (Other Bacterial) 14
Meningitis, Meningococcal 11
Septicaemia, Meningococcal 16
Encephalitis Acute 2
Pneumonia 4
Tuberculosis, Non-Pulmonary 1
Tubercolosis, Pulmonary 12
Typhus 59
Erysipelas 4
Whooping Cough 4
Creutzfeld Jacob Disease 1
Tetanus 1
Malaria 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni kull xahar illi marru l-isptar jew ġo ċentri tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena? Jista' l-Ministru jgħid jekk jinżamx rekord ta' kemm-il persuna ma nqdietx mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn għax il-mediċini li riedu kienu out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' persuni li kull xahar marru l-isptar jew ġewwa xi ċentru tas-saħħa għall-mediċini b'xejn din is-sena kien:
Jannar 52387
Frar 47974
Marzu 48353
April 50234
Mejju 49920
Gunju 48980
Lulju 51261
Awissu 48837
Settembru 52840
Id-dipart iment ma jżommx rekord ta' kemm persuni ma nqdewx għax il-mediċini kienu out of stock.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru 1998 sat-28 ta' Ottubru 1998 fid-Dipartiment tad-Djar? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Forzi Armati ta' Malta? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-ewwelnett il-postings kollha fil-Forzi Armati jsiru
skond il-kundizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari u
jieħdu in kunsiderazzjoni l-effiċjenza u l-effettivita
ta' l-Armata kif ukoll l-aħjar interess tas-Servizz.
Ninsab infurmat li kien hemm tlett postings ta'
individwi bejn Reġimenti fl-Armata fil-perjodu msemmi.
It-tlieta kienu biex jimtlew postijiet vakanti fl-aħjar
interess tas-Servizz.
Kien hemm ukoll tmien postings oħra bejn Kumpaniji fl-
istess Reġimenti. Dawn kienu jinkludu tnejn li skond
roster li ilu sejjer kien imisshom jinbidlu għal xogħol
ta' supervizjoni fi truppa f'Għawdex.
Ta min jgħid li f'armata ta' kważi elfejn ruħ
trasferimenti jsiru fuq bażi regolari.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Informazzjoni?
Jista' l-Prim Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi matul il-perjodu msemmi kien hemm
trasferiment wieħed mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Dan it-trasferiment kien ta' skrivana li marret id-
Dipartiment tas-Sigurta Soċjali biex tieħu taħriġ bħala
parti mill-eżerċizzju biex ix-Short Term Benefits
Section tad-Dipartiment tiġi trasferita għal Għawdex.
Għalkemm it-transfer għat-taħriġ sar qabel is-6 ta'
Settembru, l-iskrivana ġiet trasferita uffiċjalment għal
Għawdex b'effett mill-20 ta' Ottubru 1998.
Hemm tlett impjegati fid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni
li talbu transfer għal xi dipartiment ieħor u t-talba
tagħhom qed tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imdaħħla anzjani ġodda bħala residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule u fid-djar lokali ta' l-anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Gvern mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament min xi sptar ieħor governattiv u kemm minn dawn ġew imdaħħla direttament mid-dar tagħhom privata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998, fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule ġew ammessi 43 anzjan. Dawn ġew ammessi kif imsemmi hawn taħt:
Mill-Isptar San Luqa 26 anzjan
Mill-Isptar Żammit Clapp 5 anzjani
Mill-Gżira Home 1 anzjan
Mill-Komunita' 11 anzjan
Fl-istess perjodu, fid-Djar ta' l-Anzjani li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tal-Gvern, daħlu sitt anzjani ġodda. Dawn kollha ġew ammessi ġewwa d-Djar ta'l-Anzjani direttament mid-Dar tagħhom privata.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 ma' l-Awtorita' tad-Djar?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżigenzi tas-Servizz.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li pulizija li ġew trasferiti fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti jerġgħu lura f'posthom?
Jaħseb il-Ministru li f'każi fejn dawn it-trasferimenti li saru mill-Amministrazzjoni Laburista kienu ta' detriment kemm għall-individwu trasferit kif ukoll għall-korp innifsu, għandhom jintbagħtu lura fl-iqsar żmien possibbli?
Response (BORG, TONIO)
It-trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija jsiru meta u kif ikun il-bżonn fl-aħjar interessi ta` l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Kif espremejt diversi drabi, anke mill-oppożizzjoni, uħud mit-trasferiment li saru fiż-żmien il-gvern preċedenti kienu ta` detriment għall-Korp, speċjalment fejn l-individwi trasferiti kienu nies li kellhom esperjenza kbira jew li għamlu taħriġ speċjaliżżat fuq xogħol partikolari konness mas-sezzjoni jew taqsima fejn kienu jaħdmu. Ta` min ifakkar ukoll li f`każijiet ta` taħriġ, il-gvern jagħmel investiment billi jipprovdi fil-maġġor parti tal-każijiet flus biex jiġi ffinanzjat il-kors relatat.
11.11.98
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta hu maħsub li jsiru tal-post numru ta' nurses kwalifikati li tħallew fuq bażi casual mill-gvern preċedenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għadhom kif ġew ippublikati r-riżultati ta' l-intervisti għall-mili ta'postijiet ta'Enrolled Nurse u Staff Nurse.
Barra minn dan sejħa oħra għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' Staff Nurse ħierga fil-Gażżetta tal-Gvern tas-6 ta' Novembru 1998 u oħra għall-postijiet ta'Enrolled Nurse ħierga fil-futur qarib.
B'riżultat tal-ħidma msemmija hawn fuq in-numru ta' nfermiera kwalifikati li tħallew fuq bażi każwali mill-Gvern preċedenti ser isiru tal-post fil-futur qarib.
Billi familja li naf jien ilha snin titħabat biex tiċċekkja jekk is-sit Nru 25, Mills Lane, Żejtun, hux qiegħed f'idejn il-Joint Office jew le u billi din il-persuna, minkejja diversi ġiri u ittra, baqgħet bla risposta definittiva, jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk fil-fatt dan is-sit hux f'idejn il-Joint Office jew le?
Billi dan il-post qed jaqa' biċċiet jaħseb, il-Ministru li għallinqas għandu jiġi stabilit jekk dan is-sit hux f'idejn il-Joint Office jew le?
Possibbli li din l-informazzjoni tingħata għaliex dan l-individwu ilu ta' l-inqas mill-1994 jitħabat biex jistabbilixxi f'idejn min qiegħed dan is-sit?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-fond li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant hu amministrat mill-Uffiċċju Konġunt.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-muturi tal-pulizija tat-traffic ma jibqgħux jisselfu kif kien introduċa l-prattika l-gvern preċedenti?
Jikkonferma l-Ministru li b'din il-prattika għadd ta' muturi spiċċaw bil-ħsara għax ma baqgħux b'sid wieħed?
Kemm fil-fatt hemm muturi tat-traffic bil-ħsara?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 851 f`Seduta 8.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li fil-preżent hemm tnax (12) il-mutur bil-ħsara.
11.11.98
B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-uniku kuntratt li sar b'direct order ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini bejn l-10 ta' Settembru u l-31 ta' Ottubru, 1998 sar bl-awtorizzazzjoni tas-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi lill-Borg Brothers għall-prezz ta' Lm1,400.
L-award sar skond id-dispożizzjonijiet ta' Regolament 11 (a)(iii) tal-Public Service (Procurements) Regulations, 1996 (A.L. Numru 70 ta' l-1996).
Jista' l-Ministru jgħid, mill-esperjenza ta' dawn l-aħħar sentejn li ilhom jeżistu l-ITCs, bħala medja kemm idum biex jitħallas rebate fuq profitti mqassma lil non-residents?
Response (DALLI, JOHN)
L-Att Dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, 1994, jagħti perjodu ta` żmien ta` bejn ġimgħatejn u sitt ġimgħat, jiddependi meta ssir it-talba għar-`refund`, biex jitħallsu `refunds` ta` taxxa mħallsa mill-ITC`s fuq profitti mqassma lil `non-residents`. Mill-esperjenza ta` dawn l-aħħar snin, dawn ir-refunds qed jitħallsu, bħala medja, fi żmien għaxart` ijiem minn meta ssir it-talba għar-`refund`.
Jaqbel il-Ministru li kien jagħmel aktar sens finanzjarjament li kieku żammejna s-sistema antika ta' l-Offshore sakemm almenu Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Iċ-ċentri `offshore` huma l-mira ta` attakki mill-pajjiżi kollha; fosthom wieħed jista` jsemmi l-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development) u l-pajjiżi magħrufa bħala l-G7.
Tant huwa hekk li ħafna miċ-ċentri `offshore` qegħdin ibiddlu l-liġijiet tagħhom sabiex jottemporaw ruħhom mal-ħtiġiet ġodda li wieħed jistenna li jsib f`ġurisdizzjonijiet finanzjarji.
Irrispettivament mill-applikazzjoni ta` Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja, aħna kburin li ħadna l-passi meħtieġa biex ngħollu l-livell tal-qafas legislattiv u regolatorju tagħna sabiex b`hekk inkabbru r-reputazzjoni tajba li ngawdu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offshore company ġiet reġistrata Malta fl-aħħar sentejn qabel l-introduzzjoni tal-MFSC?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern f'dak li jirrigwarda renewal fees u taxxa minn dawn is-soċjetajiet offshore?
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm-il ITC (International Trading Company) ġew ifformati u kemm-il offshore company għażlet li tittrasforma l-istatus tagħha f'ITC?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern s'issa mill-ITCs f'renewal fees u taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn l-1 ta` Jannar 1993 sat-23 ta` Settembru 1994 ġew reġistrati 811 kumpaniji `offshore`.
L-introjtu f`dak li jirrigwarda `renewal fees` kien ta` Lm1,043,950. L-introjtu minn taxxa minn kumpaniji `offshore` fl-1993 u 1994 kien ta` Lm817,002.
Mit-23 ta` Settembru 1994 sal-31 t`Ottubru 1998 in-numru totali ta` International Trading Companies li ġew reġistrati kien ta 700 li minnhom 106 kienu trasformati minn kumpanniji `offshore`.
Mit-23 ta` Settembru 1994 sal-31 t`Ottubru 1998 l-introjtu tal-gvern mill-International Trading Companies f`taxxa (jiġifieri l-flus li għaddew fil-Public Account wara li tħallsu r-refunds dovuti lill-azzjonisti li huma `non-resident`) kien ta` Lm664,500. L-International Trading Companies ma jħallsux `renewal fees`.
Peress li r-reġistrar ta' kumpanniji lokali kif ukoll ITCs huma f'idejn l-MFSC, jaqbel il-Ministru li jagħmel aktar sens sabiex tiġi evitata burokrazija żejda li l-kwestjonijiet ta' reġistrar ta' soċjetajiet lokali li jkollhom foreign shareholding, tibqa' solament f'idejn l-MFSC u mhux ukoll f'idejn il-Bank Centrali minflok is-sistema kif inhi, fejn hemm l-intervent ukoll tal-Bank Ċentrali flimkien ukoll mal-MFSC?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Membru, biex persuna barranija tissottoskrivi azzjonijiet f`soċjeta Maltija jrid ikollha l-permess tal-Bank Ċentrali taħt il-provvedimenti ta` l-Exchange Control Act 1972.
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li ma teżisti ebda burokrazija fil-ħruġ ta` permessi mid-Diviżżjoni tal-Exchange Control lill-kumpanniji ITC`s.
Malta Maritime Authority — Reġistrazzjoni ta' vapuri
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vapuri reġistrati b'bandiera Maltija ġew miżmuma minn l-awtorita' tal-portijiet esteri minħabba nuqqas ta' International Safety Standards u nuqqasijiet simili fl-aħħar erba' snin?
Jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li l-istandards Maltin f'dan is-sens għandhom jogħlew biex titneħħa l-impressjoni negattiva li talvolta jkun hemm fuq il-Malta Maritime Authority?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li minn informazzjoni maħruġa mill-Organizazzjoni Internazzjonali Marittima, l-medja annwali ta' numru ta' bastimenti li ġew detenuti f'portijiet esteri taħt is-sistema tal-Port State Contol għas-snin 1995 - 1997 kienet ta' 210. Jidher li dan l-istess numru se jkun ukoll dak għall-1998.
Il-livelli meħtieġa għall-bastimenti Maltin huma dawk stabbiliti taħt id-diversi konvenzjonijiet internazzjonali. Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili ta' l-Awtorita' Marittima ta' Malta f'dawn l-aħħar snin introduċa diversi miżuri biex jiġi żgurat li dawn qed jinżammu.
Jidher li dawn il-miżuri qegħdin iħallu l-effett tagħhom. Tant hu hekk li minkejja li s-sistema ta' Port State Control qiegħda dejjem tiġi estiża konsiderevolment mad-dinja kollha, l-ispezzjonijiet qed ikunu iktar stretti, u n-numru ta' bastimenti Maltin żdied ukoll, il-mejda ta' detenzjonijiet baqgħet l-istess jew pjuttost qed tonos. Fl-1995 kien hemm 218 id-detenzjoni waqt li s-sena l-oħra kien hemm 201.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Housing Authority għall-akkomodazzjoni alternattiva sat-30 ta' Ottubru? Minn liema lokalitajiet ġejjien? X'inhuma r-raġunijiet għalfejn qed tintalab akkomodazzjoni alternattiva: eżempju mard, nuqqas ta' spazju, kondizzjonijiet substandard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda l-informazzjoni mitluba.
11.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm beħsiebu jipprovdi housing units id-Dipartiment tal-Housing din is-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma jistax ikun jaf minn qabel kemm ser ikollu 'Housing Units' għax dan jiddependi minn kemm jitbattlu postijiet tal-Gvern jew taħt rekwiżizzjoni matul is-sena.
11.11.98