Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1016 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dental Out-Patients — XRay machine

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha out of order l-X-Ray machine fid-Dental Out-patients? Tista' tiġi rimedjata s-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-apparat radjografiku Orthpantomograph ilu bil-ħsara mill-aħħar ġimgħa ta` Settembru 1998. Fil-5 ta` Novembru 1998 id-Dipartiment Dentali ġie mgħarraf li l-part meħtieġa m'għadhiex tiġi manifattura u li għaldaqstant l-apparat ikollu jiġi skrappjat. Id-Dipartiment Dentali għarraf lid-Dipartiment konċernat b'din is-sitwazzjoni biex jibda l-proċess meħtieġ biex jinxtara apparat ġdid.

Furjana — Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali

Question

Peress li fil-Furjana joqogħdu ħafna anzjani, jista' l-Ministru jara li jinfetah uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali f'din il-lokalita' fejn il-gvern għandu ħafna uffiċini, imqar darbtejn fil-ġimgħa f'ħinijiet ristretti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Napprezza l-interess ta' l-Onor. Membru u nifhem li jista' jkun hemm inkonvenjent għall-anzjani mill-Furjana li jkollhom jinqdew mill-Uffiċċju Distrettwali tal-Belt, bħal ma jista' jkun hemm f'distretti oħra fejn m'hemmx Uffiċċju Distrettwali. Il-Politika tal-Gvern il-ġdid hi waħda li fejn hu possibli jiżdied is-servizz tal-'Customer Care' li jingħata mill-Ufficcju Distrettwali sew bħala numru ta' lokalitajiet, u aktar importanti, fil-livel li jingħata f'dan is-servizz. Inħoss li din il-problema trid tiġi studjata sew biex jiġu stabiliti l-prioritajiet skond in-numru tar-residenti u d-distanza li dawn għandhom biex jaslu sa l-Uffiċċju Distrettwali li jservi dik il-lokalita'. F'dan l-istudju naħseb li jkun xieraq li fiħ jieħdu sehem il-Kunsilli Lokali biex b'hekk wieħed ikun jista' jara wkoll, jekk dawn jistgħux, jagħtu servizz f'dan il-qasam. 16.11.98
Leg 9 PQ #1018 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-saħħa — Mediċina ISTIN

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji mediċini ma jitqassmux minn spiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa tal-gvern iżda mill-OPD fl-Isptar San Luqa biss? Jista' l-Ministru jara li l-mediċina ISTIN tibda titqassam mill-ispiżerija tal-Floriana Health Centre biex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-pazjenti anzjani li f'dan il-każ ibatu bl-anġina?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm numru ta` mediċini li mhumiex 'stock items' u b'hekk mhumiex inklużi fuq il-formularju tal-Gvern. Dawn il-mediċini li jinxtraw fuq bażi individwali wara li ssir domanda mill-konsulent ta` l-Isptar. Dawn il-mediċini jiġu mqassma mill-'Out Patients Dispensary' ta` l-Isptar San Luqa biss, minħabba li jesiġi li jkun hemm kontroll ta` kif jitqassmu. Il-mediċina Amlodopine (Istin) hi waħda mill-mediċini li jaqaw f'din il-kategorija u għalhekk titqassam biss mill-'Out Patients Dispensary' ta` Luqa. Din il-mediċina, fost l-oħrajn, ġiet irrakkomandata mid-Drugs & Therapeutic Committee' biex tkun inkluża fil-formularju tal-Gvern meta dan ġie irrevedut. Appena dan jiġi approvat jittieħdu l-passi meħtieġa biex Amlodopine u mediċini oħra jkunu jistgħu jitqassmu mill-ispiżeriji fiċ-ċentri tas-saħħa.
Leg 9 PQ #1019 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Valletta - Skola Primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-iskola primarja tal-Belt Valletta jirriżulta li hemm nuqqasijiet serji għal dak li jirrigwarda tindif?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat mill-Kap ta' l-Iskola li l-Istaff jiġi mogħti kull tip ta' stationery li jitlob inkluż, blue tack, imqassijiet, gem markers, transparent tape, foolscaps, drawing pins, rubber bands etċ. Kull membru ta' l-istaff għandu għażla ta' biros ta' erba' kuluri differenti kif ukoll ta' ħxuna differenti. B'kollox l-iskola tipprovdi sitt tipi differenti ta' biros, li minnhom kull membru ta' l-istaff jista jieħu kemm ikollu bżonn. Hemm 4 caretakers fl-iskola tal-Belt li normalment ilaħħqu sewwa max-xogħol ta' tindif. Fil-preżent għaddej xi xogħol ta' manutenzjoni li jitlob aktar xogħol ta' tindif. Hu maħsub li meta jitlesta x-xogħol ta' manutenzjoni jsir it-tindif li normalment isir wara kull manutenzjoni.

WSC — Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm boreholes reġistrati f'Malta u kemm hemm f'Għawdex? Kemm minn dawn ġew reġistrati minn meta ħarġu r-regolamenti ġodda tal-Water Services Corporation?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' boreholes reġistrati bejn l-1995 u l-1997 kien ta' 4648 f'Malta u 2731 f'Għawdex. In-numru ta' boreholes ġodda li ġew reġistrati wara li ħarġu r-regolamenti ġodda tal-Korporazzjoni kien ta' 1632 f'Malta u 898 f'Għawdex.

WSC — Self mingħand banek kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Water Services Corporation tissellef mill-banek kummerċjali din is-sena finanzjarja? X'inhuma r-rati ta' interess li se tissellef bihom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minhiex f'pożizzjoni li nagħti l-figuri sakemm jiġi finalizzat il-Budget Kapitali tal-Korporazzjoni għas-sena 1997-1998.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol qiegħed isir bħalissa fid-dar il-ġdida ta' l-anzjani f'Bormla? Jista'l-Ministru jgħid lill-Kamra meta hemm il-ħsieb li din titlesta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa fid-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla hemm kuntratturi li qed jaħdmu fuq il-'mechanical and electrical services', fuq xogħol tal-bjut, fuq xogħol ta' titjib u tikħil u fuq xogħol ta' main ta' l-ilma u dranaġġ. Huwa ppjanat li din id-dar titlesta f'nofs is-sena d-dieħla. 16.11.98

Enemalta — Mains

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inbidlu jew saru ġodda distribution mains u trunk mains sena b'sena mill-1995 sas-sena preżenti, l-1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

WSC — Serq ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-Korporazzjoni ta' l-Ilma biex jaraw li ma jsirx serq ta' ilma b'dannu għall-Korporazzjoni fl-1997 u fl-1998? Kemm kien hemm każi ta' serq ta' ilma suspettat jew provat fil-perjodu imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul l-1997 saru 4899 spezzjoni filwaqt li matul l-1998 in-numru kien ta' 2192. In-numru ta' każijiet ta' serq kien ta' 13 matul l-1997 u 17 fl-1998.
Leg 9 PQ #1046 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Intern

Uffiċċju Konġunt — File Nru.JO/P/877/95

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn fiex wasal il-każ b'file No. JO/P/877/95 għar-rigward ta' fidi ta' ċens?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt ma jistax jiffinalizza l-applikazzjoni għal fidwa taċ-ċens li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qabel ma' l-imsemmi uffiċċju jirċievi l-informazzjoni meħtieġa u mitluba minn terzi. 16.11.98
Leg 9 PQ #1047 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — B'Kara

Question

Fid-dawl ta' l-avviżi li dehru fil-ġurnali ta' nhar is-Sibt 6 ta' Novembru, 1998 rigward ħruġ ta' tender mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara, jista' l-Prim Ministru jgħid liema tender hu ntiż biex isiru xogħlijiet fi Triq Anthony Sammut, tal-Qattus, B'Kara? Jikkonferma li dan imur kontra l-liġi li tirregola l-Kunsilli Lokali? Jekk le, fuq liema kriterji ntgħażlet din it-triq?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ix-xogħlijiet fi Triq Anthony Sammut, Tal-Qattus, B'Kara, se jsiru minħabba xi ħsara li kienet saret waqt il-bini ta' blokk flats tal-Gvern. L-ispejjeż għal dan ix-xogħol se jitħallsu mill-Ministeru responsabbli għad-Djar. Ninsab infurmat li t-tender li ħareġ il-Kunsill Lokali ta' B'Kara ma jiksirx il-liġi li tirregola l-Kunsilli Lokali.

Persuni b'diżabilita — Reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi sodisfatta l-applikazzjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għal keep clear/reserved parking bay quddiem ir-residenza tiegħu peress li għandu diżabilita' (sieq waħda) u jsuq karozza u qatt ma jsib post fejn ikun jista' jipparkja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-persuna applikat għall-'Keep Clear' fit-13 ta' Jannar 1998. Fis-16 t'Ottubru 1998 saritilha żjara fid-dar tagħha. Fil-21 t'Ottubru ktibnilha biex ninfurmawha li l-każ tagħha jiġi deċiż meta l-bord li jieħu ħsieb dan is-servizz jerġa jiġi ri-appuntat. 16.11.98
Leg 9 PQ #1049 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Triq il-Kandlora - Esproprjazzjoni ta' art

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 568, jista' l-Ministru jgħid kif jista' jiġi spjegat li s-sidien ta' l-art għadhom ma ġewx stabbiliti meta qabel ittieħdet l-art kemm id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u d-Dipartiment ta' l-Art ġew avviċinati u ntlaħaq xi forma ta' ftehim mas-sidien direttament? It-tieni paragrafu tar-risposta huwa korrett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm jista' jkun li diġa' ġew identifikati l-'apparent owners', xorta waħda jridu jsiru r-riċerki neċessarji sabiex jiġi aċċertat li dawn huma s-sidien proprji tal-art li qegħdha tiġi esproprjata. Fi żmien qasir għandha tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern l-esproprjazzjoni ta' l-art u d-Dipartiment ta' l-Artijiet jkun jista' jibda r-riċerki biex jiġi stabbilit min huma s-sidien attwali. Wara dan id-Dipartiment ikun jista' jinfurmahom bil-prezz. Jiena nfurmat li mill-'file' tad-Dipartiment ta' l-Artijiet ma jirriżultax li l-'apparent owners' ġew avviċinati u ntlaħaq xi forma ta' ftehim. 16.11.98
Leg 9 PQ #1050 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kemm-il ċimiterju li jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa hemm watchmen? X'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu dawn il-watchmen? Għand min tinżamm iċ-ċavetta tal-katnazz taċ-Ċimiterju ta' Sant Andrija, Ħaż-Żebbuġ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li erba` ċimiterji li jaqgħu taħt id-Dipartiment tas-Saħħa għandhom il-watchmen. Dawn huma: iċ-ċimiterju ta` Santa Marija Addolorata - Paola; iċ-ċimiterju Ta` Braxia - Pieta`; iċ-ċimiterju ta` u ċ-ċimiterju ta` Santa Marija - Għawdex. Il-ħinijiet li jaħdmu dawn il-watchmen huma: Ċimiterju Ħin ________________________________________________ __________________________ Santa Marija Addolorata, Paola 7.00am u l-5.00pm (xift ta` bil-lejl 5.00pm sa 7.00am) Ta` 7.00am sal-500pm Santa Margerita, Rabat (Malta) 7.00am sa 2.00pm Santa Marija, Għawdex 6.30pm sa 1.10 pm Ċavetta tal-katnazz taċ-ċimiteju ta` Santa Andrija Ħaż-Żebbug tinżamm fl-uffiċċju amministrattiv tad-dfin fiċ-ċimiterju ta` Santa Marija Addolorata u kopja taċ-ċavetta tinżamm għand persuna ta` fiducja tal-Arċipriet tal-paroċċa ta` Ħaż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #1051 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 572, jista' l-Ministru jgħidli minn min qiegħed jitħallas dan il-watchman, mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet jew mid-Dipartiment tas-Saħħa? Jaf il-Ministru li dan iċ-ċimitrju jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa? Dan il-watchman iżomm ċavetta tal-katnazz ta' dan iċ-ċimiterju? Jista' l-Ministru jirrispondi l-kumplament tal-mistoqsija jiġifieri numri 2 u 3?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li dan il-watchman qed jitħallas mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet. Iċ-ċimiterju jaqa' taħt id-Dipartiment tas-Saħħa. Dan il-watchman iżomm ċavetta tal-katnazz ta' dan iċ-ċimiterju minħabba li waħda mill-funzjonijiet tax-xogħol tiegħu hija li jiftaħ u jagħlaq l-istess ċimiterju. Fiż-żewġ ġonna msemmija ma hemm ħadd jaħdem ma' l-Uffiċju Ċentrali tad-Distretti fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #1052 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Servizz ta' l-Internet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-Gvern hemm is-servizz ta' l-Internet? Għal liema kategoriji ta' uffiċjali/ħaddiema qiegħed jingħata dan is-servizz? Kemm kienet is-somma ta' flus li ħallas il-Gvern fis-snin 1996-1997 għal dan is-servizz?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li d-Dipartimenti tal-Gvern kollha għandhom is-servizz ta' l-Internet. Ħaddiema tal-Gvern li għandhom aċċess għan-Network tal- Gvern ta' Malta u li jutilizzaw is-sistema ta' l-E-Mail tal-Gvern, huma eliġibbli awtomatikament għall-użu ta' l- Internet. Persuni oħra li għandhom bżonn Internet account biex ikunu jistgħu jużaw l-Internet,irid ikollhom il-permess meħtieġ, mingħand il-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat. Minħabba li dan is-servizz għall-użu tal-Internet fid- Dipartimenti tal-Gvern huwa parti minn pakkett ta'servizzi oħra li jingħataw lill-istess dipartimenti, ma hemmx figura eżatta ta' somma li tħallset għal dan is- servizz partikolari. Madankollu, huwa stmat li dan is-servizz sewa lill-Gvern is-somma ta' Lm76,861 fl-1996 u Lm81,633 fl-1997. Hija l-intenzjoni tal-MITTS li mill-1999 il-quddiem jinżamm kont speċifiku għal dan is-servizz ta' l-użu tal- Internet fid-Dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #1053 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex se jsir xi tibdil fix-xogħol li qegħdin jagħmlu r-Revenue Security Corps? Kemm hu l-complement ta' dawn il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pjan preżenti huwa li r-rwol u t-tasks tar-Revenue Security Corps jibqgħu skond dawk li huma issa. Iżda ta' min iffakkar li l-aspetti kollha tal-Forzi Armati huma dejjem taħt review. Il-complement tal-RSC huwa ta' fizzjal wieħed u mija u sebgħa u ħamsin suldat (157).
Leg 9 PQ #1058 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Mġarr - Art

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex l-art li tiġi wara l-Iskola ta' l-Imġarr tingħata lura lis-sidien billi jidher biċ-ċar li mhix meħtieġa għall-użu pubbliku u dan minħabba li l-estensjoni ta' l-iskola ssir billi jinbena sular ieħor? Dan ġie dikjarat mill-President ta' Malta stess f'memo ta' l-1990 meta hu kien Ministru ta' l-Edukazzjoni. (Vide acknowledgement 18836 Lands)

Response (BORG, TONIO)

It-talba għall-esproprjazzjoni ta' l-art li qed jirreri għaliha l-Onor. Interpellant, ġiet magħmula mill-Ministru tal-Edukazzjoni fit-8 ta' Awissu, 1994. Id-dikjarazzjoni ġiet ippublikata fit-8 ta' Ottubru, 1996 (Avviż Nru. 651). Peress li dan huwa proġett tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni, niltob l-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat. 16.11.98
Leg 9 PQ #1059 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Interim From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — File No. PA 4817/96

Question

Jista' l-Ministru jispjega kif ħareġ permess tal-bini fuq File No. PA 4187/96 li jinkorpora fih li jinqala' t-taraġ tal-Gvern li mit-Triq tal-Vecca jinżel sa fuq il-moll u fejn se jintuża taħt it-taraġ u dan meta l-bini mhux proprjeta' tal-persuna li applikat imma li hu mikri u liema sidien ma ġiex riferut lilhom u lanqas hemm il-kunsens ta' l-amministratur ta' l-eredita'? Oltre dan, jaħseb il-Ministru li l-mod kif inħareġ il-permess ma kienx regolari u li bil-mod kif ħareġ se jkun diskriminatorju u ta' detriment għad-drittijiet tas-sidien tal-bini sovrapost u viċin? Oltre dan ukoll, se jingħalaq sqaq pubbliku.

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 16.11.98
Leg 9 PQ #1060 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Dibenyline

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra liema nies jikkwalifikaw biex jieħdu b'xejn il-pilloli Dibenyline tat-10 mg.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-pilloli tad-Dibenyline huma indikati f'każi ta` 'bladder outflow obstruction' kaġun ta` 'enlarged prostate'. Jittieħdu b'xejn minn nies li, skond Schedule V, juru sintomi ta` 'chronic renal failure'.