Legislature:
Category:
Reset
Active:

WSC — Stock ta' fittings

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li hemm nuqqas kbir fl-istock ta' fittings li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa veru li minn żmien għal żmien ikun hemm nuqqas ta' fittings fl-istorijiet tal-Korporazzjoni għas-Servizzi taż l-ilma , speċjalment fuq dawk li jintużaw ħafna (fast moving). Matul l-aħħar ftit xhur kien hemm xi diffikultajiet dwar l-ispecifications taż dawn il-fittings. Dan wassal biex il-materjal ma kienx ordnat fil-ħin. Ittieħdu l-passi meħtieġa biex dawn id-diffikultajiet jingħelbu u s-sitwazzjoni tiġi għan-normal. Sakemm isir dan, il-Korporazzjoni ħadet il-passi biex tordna il-fittings u dawn mistennija jibdew jaslu qabel l-aħħar ta' dan ix-xahar.

Kulleġġ ta' l-Agrikoltura — Instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-instructors fil-Kulleġġ ta' l-Agrikoltura u x'inhi l-funzjoni ta' kull wieħed minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

nitlob l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Gudja — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir l-asfaltar li ormai huwa neċessarju għall-ħarsien ta'l-inkolumita' tal-ħajja, tat-toroq f'Ta Xlejli fil-Gudja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li t-toroq imsemmija huma diġa' asfaltati u l-'maintenance' tagħhom biex jitneħħa kull periklu għall-pubbliku huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.

Enemalta — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport rigward il-ħidma ta' l-aħħar sena ta' training centre li għandha l-Enemalta? Min huma l-ħaddiema konnessi, f'liema grad, meta tpoġġew u xi programm ta' ħidma qed isegwu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #929 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Marsa — Triq is-Sajjieda - Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinbeda proġett sabiex fi Triq is-Sajjieda, l-Marsa u l-madwar ma jakkumulax dak l-ilma kollu kull meta tagħmel xita bil-qawwi tant li jinġarru n-nies b'periklu manifest għall-ħajja min barra d-drennaġġ li jfur u jidħol fid-djar privati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 855 (Seduta numru 10).
Leg 9 PQ #930 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Ambjent

Gudja — Ġnien Ta Xlejli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet għal ġnien f'Ta Xlejli fil-Gudja? Meta huwa maħsub li dan il-ġnien jitlesta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #931 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Spetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' dawk li qed isegwu l-kors ta' Spetturi ta' Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija? Kemm minnhom se jispiċċaw il-kors s-sena d-dieħla (1999)?

Response (BORG, TONIO)

Fl-Akkademja tal-Gustizzja Kriminali, hemm 24 l-Uffiċċjal Kadett li qed jattendu kors ta' taħriġ għal grad ta' Spettur tal-Pulizija. Dan il-kors ta' mhux anqas minn tnax-il xahar, beda fl-20 ta' April, 1998. 16.11.98
Leg 9 PQ #932 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Rapport Muscat Azzopardi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li r-rapport Muscat Azzopardi dwar każijiet ta' frame-ups ta' qabel l-1987, liema rapport kien tlesta qabel l-1996, ma jistax jinstab? Kemm-il kopja ta' dan ir-rapport kien hemm u fejn tpoġġew? X'passi ħa l-Kummissarju tal-Pulizija sabiex jinstab dan ir-rapport u meta ġie kkonstatat li dan ir-rapport intilef? Jekk ma ttieħdux ebda passi mill-Kummissarju, għaliex u jekk hemmx il-ħsieb li jinbdew l-investigazzjonijiet neċessarji?

Response (BORG, TONIO)

Fit-8 ta' Ġunju 1998, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien, kien stqarr li l-kopja tar-rapport ta' l-ex imħallef Muscat Azzopardi, dwar każijiet ta' 'frame-ups' qabel 1987, li kienet tinstab Kastilja kienet tidher li ġiet 'mislaid' u li ma kienet saret l-ebda inkjesta dwar dan. Ma sar l-ebda rapport lill-pulizija biex jinvestigaw dan il-każ. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat. 16.11.98
Leg 9 PQ #934 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Isla — Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru, bħala l-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, jinforma f'liema stadju waslet it-talba tal-Kunsill Lokali ta' l-Isla għall-uffiċċju adegwat fi Triq San Gużepp l-Isla?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-24 ta' Diċembru 1997, il-Kunsill Lokali Isla kien għamel talba formali lid-Dipartiment responsabbli biex post pubbliku fi Triq San Ġuzepp, Isla jiġi wżat bħala l-uffiċċji amministrattivi tal-Kunsill. Ma jidhirx li sar wisq progress dwar it-talba mill- amministrazzjoni preċedenti. Sa nara kif it-talba tiġi mistħarrġa f'qasir żmien.

Isla — Binja Dockyard Terrace

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qed tinġabar informazzjoni dwar l-interess ta' residenti tal-binja Dockyard Terrace fl-Isla, fejn qed jiġu mitluba jekk humiex lesti li joħorġu mill-post tagħhom għal somma ta' flus jew tpartit ta' bini bil-għan aħħari li din tkun trasformata f'lukanda? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru, fl-eventwalita' li jkun hemm talba formali minn xi persuna li tkun trid tagħmel użu kummerċjali minn dan il-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali ma kellu x'jaqsam xejn ma xi inizjattiva tat-tip indikata mill-Onor. Membru fil-Mistoqsija tiegħu. Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninforma lill-Onor. Membru li l-Ministeru tiegħi ma jħossx li għandu jieħu pożizzjoni fuq sitwazzjoni ipotetika. 16.11.98
Leg 9 PQ #936 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Kottonera — Knis tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jsemmi għal-liema raġunijiet id-Dipartiment għall-Immaniġġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija qed jitfa' offerti għoljin fil-Kunsilli tal-Kottonera għal kuntratti tal-knis tat-toroq u l-latrini pubbliċi? Jista' l-Ministru jagħti l-figuri għal kull offerta mitfugħa bejn l-1995 u l-1998 minn dan id-Dipartiment għal kuntratti maħruġa mill-Kunsilli tal-Kottonera? Jista' l-Ministru jsemmi n-numru ta' impjegati ta' dan id-Dipartiment li kienu jaħdmu fil-Kottonera fl-1994 u x'inhi l-pożizzjoni llum u kemm-il kuntratt kellu f'idejh fl-1995 u kemm għandu llum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #937 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Isla — Tindif ta' ġonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għalfejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura tefa' offerta ta' 320% għola fl-offerta għall-kuntratt tat-tindif u l-manutenzjoni tal-ġonna pubbliċi maħruġa mill-Kunsill Lokali ta' l-Isla? L-offerta ttieħdet minn dan id-Dipartiment? U jekk le, hemm xi raġuni oħra minbarra ż-żieda fil-prezz?

Response (ZAMMIT, NINU)

Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura tefa' offerta wara li saret evalwazzjoni tax-xogħol involut kif titlob is-sengħa. L-offerta ma ġietx mirbuħa mid-Dipartiment. Il-kunsill ħass li l-offerta tad-Dipartiment kellha tiġi miċhuda għax id-Dipartiment għamel xi korrezzjonijiet fid-dettalji tal-offerta kif ħarġet. Ma nistgħax ngħid jekk kienx hemm xi raġunijiet oħra.

Isla — Triq San Filippu - Appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jsemmi f'liema stadju jinsab il-proġett għall-bini ta' appartamenti fi Triq San Filippu, l-Isla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proġett fi Triq San Filippu l-Isla qiegħed fl-istadju li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qed tipproċessa l-applikazzjoni għal permess tat-twaqqiegħ u rikostruzzjoni ta' dan il-bini. 16.11.98
Leg 9 PQ #939 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Isla — Triq Santa Katerina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li post magħluq fil-pussess tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fi Triq Santa Katerina, l-Isla, hux se jinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku wara li dan kien ingħalaq fl-1993 u jekk fl-affermattiv, meta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Huwa l-ħsieb ta` l-post indikat mill-Onorevoli Interpellant jinfetaħ bħala Uffiċċju Distrettwali tas-Saħħa kemm jista` jkun possibbli fil-viċin futur. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-29 t'Ottubru 1998, dan il-Ministeru tramite id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, kien informa lis-Segretarju tal-Kunsill ta` l-Isla li l-post Nru. 2, Triq Santa Katerina, Senglea, għandu jiġi utilizzat bħala Uffiċċju Distrettwali tas-Saħħa għall-popolazzjoni ta` l-Isla. Kopja ta` l-ittra bid-data tad-29 t'Ottubru 1998 mibgħuta lis-Segratarju tal-Kunsill Lokali ta` l-Isla qiegħda titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #945 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsijia parlamentari numru 572, huwa aċċettabbli għad-dipartiment li jħalli individwu bħala watchman fiċ-ċimiterju ta' Sant'Andrija meta din il-kategorija taqa' taħt skala anqas minn dik l-iskala li għandu dan il-ħaddiem? Ma jidihirlux il-Ministru li dan huwa ħela ta' man-power?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed ninvestiga dan il-każ partikulari.
Leg 9 PQ #946 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Mili ta' postijiet

Question

Billi riċentement intqal minn Uffiċjali għolja tal-Gvern li dawk li applikaw biex jimlew karigi għoljin fiċ-Ċivil m'għandhomx il-kwalifiki meħtieġa, jista' l-Prim Ministru jgħid: (a) Kemm hemm postijiet (posts) ta' segretarji permanenti, diretturi ġenerali u diretturi fis-Servizz Pubbliku; (b) Kemm minn dawn il-postijiet huma mimlija b'mod permanenti u kemm huma vakati u liema huma f'kull każ; (c) X'inhuma l-kwalifiki li qed jistenna u l-kriterji li beħsiebu japplika fl-għażla tagħhom f'kull kariga u f'kull każ; (d) X'inhuma l-kwalifiki li, fl-opinjoni tal-Gvern, dawk li applikaw għal headship positions fl-aħħar ta' Marzu li għadda jonqoshom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li n-numru ta Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali u Diretturi fis-Servizz Pubbliku huwa ta' 14, 14 u 108 rispettivament - total ta' 136. In-numru ta' postijiet li mhumiex mimlija huma: Segretarju Permanenti - 1, Diretturi Ġenerali - 2, u Diretturi - 31. Dawn il-postijiet qed jiġu riveduti biex jirriflettu l- ħtiġijiet tal-Ministeri tal-lum. Is-sejħa għal 21 minn dawn il-postijiet battala kienet saret permess taċ- Ċirkulari OPM 13/98 li ħarġet fit-30 ta' Marzu 1998 u għalqet fl-24 ta' April 1998. Saru 343 l-applikazzjoni minn 165 l-applikant għal dawn il-21 postijiet. Kopja tal-lista tal-vakanzi li kien hemm maċ-Ċirkulari hija annessa ma' din it-tweġiba bħala Anness A. Lista tal- postijiet l-oħra hija annessa bħala Anness B. Il-ħatriet għal dawn il-postijiet isiru skond u fuq il- kriterji li hemm fil-provedimenti tal-Kostituzzjoni u fir- Regoli tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi l-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 194 fit-2 ta' Novembru 1998.
Leg 9 PQ #947 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ingaġġ ta' impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhija l-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ ta' impjegati mas-settur pubbliku, kemm maċ-ċivil u kemm mal-korporazzjonijiet u kumpanniji parastatali u tal-Gvern u kemm mal-Korpi statutorji indipendenti?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif weġibt għall-mistoqsija numru 286 fit-2 ta' Novembru, il-politika tal-Gvern rigward l-ingaġġ fis-Settur Pubbliku kollu hija li dan l-ingaġġ jiġi ristrett għal dak biss li hu essenzjali għax-xogħol tal-Gvern u l- funzjonijiet strateġiċi.
Leg 9 PQ #948 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kabinett — Segretarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm segretarji tal-kabinett mill-Indipendenza 'l hawn, x'responsabbiltajiet oħra kellhom fis-servizz pubbliku u xi kwalifiki kellhom f'kull każ?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm ħdax l-uffiċjal pubbliku li serva bħala Segretarju tal-Kabinett mill-Indipendenza l hawn. Qiegħed nagħti l-ismijiet u l-kwalifiċi akkademiċi tagħhom kif ukoll ir-responsabbiltajiet uffiċjali oħra li wħud minnhom kellhom waqt li okkupaw din il-kariga: Hon Edgar Cuschieri CBE u Official Secretary u wara Segretarju Amministrattiv Chev Edgar Cassar Mr Maurice Abela BSc Econ MBE Mr Joseph Camilleri BPharm u Segretarju Privat tal-Prim Ministru Mr Albert Agius Ferrante LP u Segretarju Amministrattiv Mr Edmond Micallef u Segretarju Amministrattiv Mr Joseph Sammut BA (Hons) Econ u Segretarju Amministrattiv DPA Mr George W Borg u Segretarju Ġenerali u wkoll Segretarju Amministrattiv Mr Joseph R Grima u għal xi żmien Segretarju Permanenti u Segretarju Amministrattiv Mr Alfred Fiorini Lowell Mr Joseph Zammit MA BA(Hons) Econ ACISA DInst M HCN CPAA
Leg 9 PQ #949 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Triq San Gwakkin

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba l-istat perikoluż li tinsab fih bħalissa Triq San Ġwakkin, f'Wied il-Għajn, meta se jitkompla x-xogħol fiha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant mistenni li jitkompla fil-ġranet li ġejjin.

Politika Soċjali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-persuni li hemm jaħdmu fil-ministeru tiegħu, il-grad tagħhom, ix-xogħol li qegħdin jagħmlu, u fejn kienu jaħdmu? Jista' jgħid ukoll kemm minnhom huma seconded u min minnhom ġie impjegat b'kuntratt? Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-kuntratt ta' impjieg kull fejn hu l-każ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li diġa' tajt għall-Mistoqsija Nru. 291.