Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1216 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tiftix għaż-żejt

Question

Billi f'daqqa waħda fil-media waqa' skiet perfett fuq it-tiftix għaż-żejt, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra fuq l-iżviluppi kollha importanti li kien hemm dan l-aħħar f'dan ir-rigward?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għall-Press Release tas-6 ta' Novembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l- Informazzjoni, li kien fiha tagħrif dwar l-aħħar żviluppi mportanti rigward it-tiftix għaż-żejt u t-tħaffir f'Għawdex. Is-sitwazzjoni attwali hija li t-tħaffir wasal għal-livel ta' 6,500 metru u miexi skond kif maħsub. Ma nifhimx xi jrid jgħid l-Onor Interpellant dwar skiet!

WSC/Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-proporzjon ta' konsumaturi tal-Water Services Corporation u ta'l-Enemalta rispettivament, li minkejja il-miżuri fil-Budget ta' l-1998 irriżultalhom li ma kellhom l-ebda żieda fil-kontijiet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

WSC/Enemalta

Question

Jista'l-Ministru jgħid kemm pensjonanti ibbenfikaw minn roħs fil-kontijiet tad-dawl u ilma minn l-aħħar budget 'l hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1223 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xgħajra — Sqaq ta' Musulin - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir bozza (street lighting) fi Sqaq Ta' Musulin, (viċin dar bl-isem Celeste) fix-Xgħajra, liema triq tinsab totalment mudlama?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Sigurta' Soċjali — Ħlas ta' għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma jippermettix li ħlas (b'cheques) ta' għajnuna soċjali lill-ħandikappati ma jkunux jistgħu jiġu ddepożitati direttament fil-Bank ta' l-għażla tar-riċevitur?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li effettivament id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qiegħed f'kuntatti mal-Banek kummerċjali biex tiġi implimentata sistema li biha l-benefiċċjarju jkun jista' jkollu depożitat il-benefiċċju tiegħu direttament fil-kont li jindika hu. F'każ ta' persuna li għandha diżabilita' mentali fejn il-Bord Mediku jindika li din il-persuna ma tistax taġixxi, il-proċess ta' hawn fuq se jkun jista' jsir fuq talba tal-Amministratur ta' dik il-persuna. 17.11.98
Leg 9 PQ #1306 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Preskrizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kienu saru xi rapporti dwar abbużi minn preskrizzjonijiet minn tabib li kien jokkupa kariga għolja fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, saru investigazzjonijiet mill-awtoritajiet in konnessi ma' dawn l-abbużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li dwar każ partikulari qed jittieħdu passi dixxiplinari kontra numru ta' tobba wara li nstab li mpjegata kienet tagħmel użu abbużiv mill-kartuna tal-mediċini b'xejn li kienet intitolata għalihom. Sadattant qed isiru investigazzjonijiet fuq każ ieħor.
Leg 9 PQ #1307 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Transport Section

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma allegazzjonijiet li l-konsum tal-fuel mit-Transport Section ta' l-Isptar Monte Carmeli irdoppja bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 meta mqabbel ma' l-istess perjodu taż-żmien ta' qabel? Jekk dan hu minnu, jista' l-Ministru jikkonferma li din iż-żieda kienet reġistrata meta x-xogħol kien naqas drastikament? Jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1320 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Sillabu rivedut

Question

Jista' l -Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sillabu rivedut tal-klassijiet 4, 5, u 6 ta' l-iskejjel primarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-dokument mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1321 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kumplessi sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu jew huma l-persuni li se jagħmlu l-istudji u analiżi dwar il-bini ta' 3 kumplessi sportivi li l-gvern qal li se jibni fi tliet reġjuni ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiġu ffinanzjati anke mis-settur privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Ser jitwaqqaf kumitat li ser jagħmel analiżi tal-faċilitajiet sportivi eżistenti sabiex ikunu identifikati l-ħtiġijiet fid-diversi dixxiplini sportivi. Il-Gvern lest jikkonsidra l-proposti li jsirulu.
Leg 9 PQ #1322 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Impjant tar-Riċiklaġġ — Ilmenti

Question

Jista' l -Ministru jgħid mill-bidu ta' din is-sena 'l hawn kemm irċieva lmenti l-ministeru jew id-dipartiment dwar l-impjant tar-Riċiklaġġ ta' Sant'Antnin, mill-Kunsill Lokali ta' Marsascala u mir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ta' l-istess impjant?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mill-bidu tas-sena 'l hawn l-uffiċju tal-'Planning, Policy and Regulation' fi ħdan il-Waste Management laqa' ftit li xejn ilmenti minn għand il-Kunsill Lokali ta' Marsascala. Dan seħħ l-iżjed fix-xhur ta' Mejju u Awissu. Iżda, ma rridux ninsew li dawn ma ġewx irrapurtati direttament lid-Direttur tal-Waste Management Strategy Implementation Department. Min-naħa l-oħra n-numru ta' ilmenti mir-residenti li joqogħdu fil-viċinanzi ta' l-istess impjant kien hekk: Xahar % ----- --- Jannar 0.90 Frar 1.33 Marzu 3.50 April 7.91 Mejju 9.67 Ġunju 8.75 Lulju 8.33 Awissu 29.03 Settembru 5.55 Ottubru 0.40
Leg 9 PQ #1323 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Korsa taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif titmexxa u minn min il-korsa taż-żwiemel f'Għawdex? B'riferenza għad-dejn li għandha l-korsa tal-Marsa, xi pjanijiet għandu l-kumitat il-ġdid sabiex jitħallas dan id-dejn jew parti minnu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Interpellan huwa mitlub jagħmel l-ewwel parti tal-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti informat li l-problema tad-dejn tal-Marsa Racing Club kibret tant li l-Kumitat sab ruħu f'pożizzjoni fejn ma jistax jagħmel programm dwar kif jistgħu jsiru ħlasijiet tal-pagamenti lill-kredituri tiegħu. Madankollu, il-Kumitat se jimpenja ruħu biex jara li jkun hemm żieda fid-dħul u jikkontrolla l-infieq biex, barra li jagħmel tajjeb għat-telf li sofra l-Club is-sena l-oħra, ikun jista' jħallas lura parti mid-dejn.
Leg 9 PQ #1324 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programm Comenius

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm skejjel primarji u sekondarji lokali li ħadu sehem fil-programm Comenius? ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta bdiet tieħu sehem f'dan il-programm?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1325 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Unjoni Ewropea — Programm Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti Maltin li ħadu sehem fil-programm Leonardo ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta bdiet tieħu sehem f'dan il-programm?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li x-xogħol meħtieġ għall-parteċipazzjoni f'dan il-programm safa' fix-xejn bl-iffriżar ta' l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-UE, ma jirriżultalix li Malta kellha sehem kif jipprovdi l-istess programm.

Persuni b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' persuni għomja fis-soċjeta' tagħna? Kemm minn dawn huma taħt il-35 sena? Kemm minn dawn għandhom xi diżabilita' jew mard ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

1. Skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita', in-numru ta' persuni li għandhom nuqqas fil-viżta huwa: 435. 2. Skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita', in-numru ta' persuni b'nuqqas ta' viżta, taħt il-35 sena huwa: 88. 3. Skond ir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita', in-numru ta' persuni li, minbarra n-nuqqas ta'viżta, għandhom diżabilita', jew mard iehor huwa: 221. 4. Skond statistika miġbura mid-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali, n-numru ta' persuni li jbatu minn nuqqas ta' dawl huwa: 112. 16.11.98

Fabbriki/kumpanniji — Faċilitajiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' fabbriki/kumpanniji li ntalbu mid-Dipartiment tax-Xogħol sabiex itejbu l-faċilitajiet tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena? Kemm kien hemm każijiet fejn id-dipartiment konċernat kellu jieħu passi legali biex isostni d-drittijiet tal-ħaddiema?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Matul is-snin 1995 - 1997 saru numru ta' spezzjonijiet dwar saħħa u sigurta' fuq postijiet tax-xogħol. Fil-parti l-kbira ta' dawn l-ispezzjonijiet instabu xi nuqqasijiet li il-prinċipali ġew mitluba jirrimedjaw. Qiegħed nagħti hawWn taħt skeda li turi sena b'sena in-numru ta'spezzjonijiet kif ukoll in-numru ta' każijiet fejn id-Dipartiment talab lill-Pulizija jieħdu passi kontra prinċipali li ma obdewx l-ordnijiet mogħtija lilhom. Sena Numru ta' Talbiet spezzjonijiet lill-Pulizija biex jitressqu il-Qorti 1995 487 24 1996 489 18 1997 650 12 16.11.98

Postijiet tax-xogħol — Inċidenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li ġew irrapportati li weġġgħu fuq il-post tax-xogħol matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? F'liema industriji kien hemm l-aktar inċidenti rrapportati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' talbiet li saru lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali għal benefiċċju wara korriment fuq il-post tax-xogħol huwa kif jidher hawn taħt: 1993 - 7,184 1994 - 7,157 1995 - 6,991 1996 - 6,134 1997 - 5,723 L-akbar numru ta' korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa fl-industrija tal-manifattura. 16.11.98

Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali — Pagamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' kumpanniji li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali qed jittratta fil-qrati sabiex jiġu rimedjati l-pagamenti pendenti tas-sigurta' soċjali ta' l-impjegati tagħhom? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ħaddiema nvoluti u ċioe' li minkejja li l-ħlas dovut għal bolli tas-sigurta' soċjali ikun tnaqqas mill-paga tagħhom, dan il-ħlas ma jkunx ġie mgħoddi lid-dipartiment mill-kumpannija rispettiva?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skond Artiklu 116(2) ta' l-Att tas-Sigurta' Soċjali (Kap. 318) meta prinċipal jew persuni oħra jonqsu li jħallsu il-kontribuzzjonijiet dovuti minnhom flimkien mal-kontribuzzjoni addizzjonali fi żmien tliet xhur miż-żmien imsemmi aktar il-quddiem fl-istess artikolu, id-Direttur joħroġ ittra uffiċjali, li tiġi notifikata lill-persuna konċernata u jekk fi żmien għaxart ijiem din ma tiġix kkontestata it-talba tad-direttur tikkostitwixxi titolu eżekuttiv. Bħalissa hemm 7 każijiet ta' kontestazzjoni pendenti fil-Qrati. Dan in-numru ma jinkludix dawk il-każijiet fejn id-dipartiment ħareġ ittri uffiċjali jew mandati. F'dawn il-każijiet, iċ-ċifri huma kif ġejjin: Sena Ittri Uffiċjali Mandati 1996 717 481 1997 471 260 1998 123 100 In-numru ta' impjegati involuti ma jistghax jiġi stabbilit peress li l-kumpaniji konċernati naqsu li jissottomettu id-dokumenti relattivi u għaldaqstant mhux magħruf in-numru ta' impjegati f'kull kumpanija. 16.11.98

Tribunal Industrijali — Każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' każijiet li qed jiġu trattati quddiem it-Tribunal Industrijali? Kemm kien in-numru ta' każijiet li ġew trattati sena b'sena matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' każi li qegħdin jiġu tratti quddiem it-Tribunal Industrijali sallum huwa 117. In-numru ta' każijiet li ġew trattati dawn l-aħħar ħames snin huma hekk: 1993 - 75 1994 - 79 1995 - 73 1996 - 110 1997 - 131 16.11.98

Anzjani — Djar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' anzjani li fil-mument għandhom applikazzjonijiet pendenti sabiex jidħlu fid-dar ta' l-anzjani f'Malta u f'Għawdex? X'inhija l-policy tal-gvern dwar il-bini ta' dar għall-anzjani fil-Mellieħa li kien qed jipproġetta li jiżviluppa Gvern Laburista preċedenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' Anzjani li għandhom applikazzjoni pendenti sabiex jidħlu fid-djar ta' l-Anzjani f'Malta fl-1 t'Ottubru 1998 kien 564. Hemm ukoll 45 applikazzjonijiet oħra għad-dar ta' Bormla. Għar-Residenza San Vinċenz, hemm ukoll 672 applikazzjonijiet pendenti. Kif jirriżulta mit-tweġiba li l-Ministru konċernat kien ta għad-domanda parlamentari tal-Onor. Ċensu Galea, Nru. 15188 tas-16 ta' Ġunju 1998, fejn intqal 'Għalissa m'hemm l-ebda ħsieb li tinbena Dar Għall-Anzjani fil-Mellieħa, kif għedna u weġibna f'Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 92 u 9081', l-Gvern Laburista preċendenti ma kienx qed jipproġetta li jiżviluppa ebda Dar tal-Anzjani fil-Mellieha. Il-Gvern ġdid Nazzjonalista qed jerġa' jikkonsidra il-proġett biex tinbena Dar tal-Anzjani fil-Mellieha. Ta min jgħid li f'Għawdex għad ma għandniex dar ta' l-Anzjani pero ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex jinsabu żewġ taqsimiet ddedikati lil irġiel u lin-nisa anzjani. Ġewwa it-taqsima tal-irġiel hemm 38 sodda li minnhom hemm 28 okkupati waqt li ġewwa it-taqsima tan-nisa hemm 60 sodda li huma mimlija kollha. Fil-'waiting list' hemm 7 nisa li qed jistennew biex jidhlu f'din it-taqsima. 16.11.98
Leg 9 PQ #114 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Intervisti fil-bullettini ta' l-aħbarijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba kienu intervistati fil-bullettini ta' l-aħbarijiet tat-8.00 p.m. tal-Public Broadcasting Services mill-5 ta' Settembru sal-lum: (a) il-Prim Ministru u kull ministru; u (b) il-Kap ta' l-Oppożizzjoni u kull membru tal-Grupp Parlamentari Laburista?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta oħra.