Legislature:
Category:
Reset
Active:

Djar — Sussidju fuq xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jindika x'tip ta' sussidji qed jingħataw u x'miljoramenti qegħdin jiġu proposti għall-futur bħala inizjattiva għall-privat sabiex jikri l-proprjeta' tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-preżent qed jingħata sussidju fuq il-kera sa massimu ta' Lm215 biex tħajjar nies jikru mingħand il-privat. Tlabt lill-Awtorita' tad-Djar biex isir studju kif dan jista' jiġi mtejjeb b'mod li jibbenefikaw dawk il-familji li l-aktar għandhom bżonn. Bħalissa għaddej studju fuq skema biex tħajjar sidien ta' postijiet vojta tal-privat jikru dawn il-postijiet lill-Maltin. 17.11.98

Djar

Question

In vista tad-dikjarazzjoni magħmula mill-Ministru fis-sens li l-problema tal-housing hija tant kbira li l-Gvern lanqas għandu djar biex jospita dawk il-każi fil-bżonn, jista' l-Ministru jgħid: (1) Kif sejjer il-Gvern jirrisolvi din il-problema; (2) X'se jkunu l-kriterji li bihom dawk il-units disponibbli jitqassmu; (3) Fejn huwa maħsub li jiġu mibnija u allokati units ġodda; (4) Jekk din l-allokazzjoni hijiex se tkun waħda assoluta jew inkella b'kera jew b'enfitewsi temporanja; (5) Kemm, jekk se jkun hemm, se jkun hemm units allokati lil nies bi bżonnijiet speċjali; (6) Kemm, jekk se jkun hemm, se jkunu allokati għal single parents; (7) Kemm, jekk se jkun hemm, allokati lil ġuvintur u xebbiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-problema ta' l-akkomodazzjoni soċjali f'pajjiżna mhux se ssolvi ruħha sempliċiment bl-iżvilupp ta' aktar 'units', għalkemm dan l-iżvilupp jibqa' element importanti. Kif diġa' għidt drabi oħra, hemm bżonn reviżjoni ntelliġenti tal-liġijiet tal-kera u inizjattivi oħra. B'danakollu rrid ngħid li l-Awtorita' tad-Djar għandha program ta' bini biex tgħin tittaffa din l-problema. Dan il-bini jinstab f'diversi lokalitajiet f'Malta u Għawdex. S'issa l-intenzjoni hi li l-allokazzjonijiet isiru kemm b'titolu ta' kera kif ukoll taħt titolu ta' bejgħ assolut. Kif tagħmel f'kull sejħa għall-applikazzjonijiet għal postijiet ġodda, l-Awtorita' tad-Djar tirriserva ammont minnhom kemm għal persuni b'disabilita' kif ukoll 'single parents', oltre kategoriji oħra. Fir-rigward ta' allokazzjoni lill-guvintur u xebbiet, il-Board il-ġdid ta' l-Awtorita' tad-Djar ser jikkonsidra dan il-fatt. 17.11.98

Radios — VHF

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hijiex se tiġi regolata l-pożizzjoni ta' dawk li għandhom bżonn u jagħmlu użu minn radios VHF li preżentement huma projbiti mil-liġi? Hemm ħsieb dwar jekk is-sajjieda humiex se jitħallew jużaw dawn il-mezzi li jistgħu jkunu ta' ħajja jew mewt għalihom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lil l-Onor Interpellant jindika liema tip ta` apparat qed jirreferi ghalih.
Leg 9 PQ #1149 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Delegazzjonijiet/istituzzjonijiet finanzjari barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni 'l hawn? X'kienet in-natura taż-żjara tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

L-unika żjara f`pajjiżna minn delegazzjonijiet ta` istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni `l hawn kienet dik ta` delegazzjoni teknika mill-Financial Action Task Force (FATF) għar-rigward ta` liġijiet u proċeduri kontra l-money laundering. Fuq talba tiegħi, intbagħtu żewġ individwi mill-World Bank u l-IMF biex niddiskuti magħhom is-sitwazzjoni finanzjarja f`pajjiżna u ir-ri-introduzzjoni tal-VAT.
Leg 9 PQ #1150 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tassazzjoni doppja

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom bħalissa għaddejjin negozjati dwar ftehim prospettiv dwar ħelsien minn tassazzjoni doppja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Talbiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu talbiet pendenti quddiemu bħalissa d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm minnhom jikkonċernaw single parents?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 1151 l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra. 17.11.98
Leg 9 PQ #1152 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Esportaturi Maltin — Ħlasijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar ħlasijiet pendenti lill-esportaturi Maltin permezz tal-LIMSUK mill-elezzjoni ġenerali sal-lum? Hemm xi ħsieb biex titlaqqa' l-Kummissjoni mħallta bejn Malta u l-Libja? Jekk iva, meta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1153 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ministri/Segretarji Parlamentari — Cellular telephones

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b'kollox kemm hemm cellular telephones għand il-ministri u segretarji parlamentari flimkien ma' l-istaff tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Fil-każ ta' l-Uffiċċju tiegħi, hemm tlett cellular telephones li tnejn minnhom, jiġifieri tiegħi u tad- designate Assistent Personali tiegħi, huma proprjeta personali imma li l-kera tagħhom u t-telefonati li jsiru minnhom, jitħallsu mill-uffiċċju. Barra minhekk, hemm cellular telephone ieħor għand is- Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tiegħi. Rigward il-bqija tad-domanda, nitlob lill-Onor Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill- Ministri ndividwalment.
Leg 9 PQ #1163 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk t-toroq u rampa li kienu jeżistu għall-persuni b'diżabilita' fid-daħla tat-triq iċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid u nqalgħu mal-proġett li sar, humwiex se jergġħu jsiru peress li qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Diskors ta' l-ET President

Question

Billi fid-diskors ta' l-ET il-President ta' Malta fil-ftuħ tad-Disa' Leġislatura intqal li jenħtieġ li jiġi mfassal mudell ġdid ta' ftehim kollettiv, jista' l-Ministru jispjega fiex jikkonsisti dan il-mudell ġdid?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-aħħar mudell ta' ftehim kollettiv kien ġie negozjat bejn il-GWU u l-Malta Employers' Association fis-snin sittin. Dan il-mudell kien użat mill-'unions' bħala bażi li fuqu jiġu negozjati ftehim ma ditti partikulari. F'Diċembru 1990 fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku kien intlaħaq ftehim għal tlet snin dwar relazzjonijiet industrijali li kien jipprovdi għal zjediet għal għoli tal-ħajja (COLA). Dan il-ftehim ma ġiex imġedded meta skada. Il-Ministeru lest li jgħin lill-partijiet interessati biex ikomplu jitkellmu bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq mudelli ġodda ta' relazzjonijiet industrijali. 17.11.98
Leg 9 PQ #1205 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' investigazzjonijiet li saru jew qegħdin isiru matul din is-sena fuq il-kunsilli lokali? Min huma l-membri tal-Bord ta' Investigazzjoni? X'kien l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għad trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1206 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

TV — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati settijiet tat-television tal-kulur xahar b'xahar mill-1996 sa Ottubru 1998? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi ġew impurtati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1207 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

TV — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji ġodda għat-televisions tal-kulur xahar b'xahar mill-1996 sa Ottubru 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1208 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Consultancy services

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu dawk il-persuni li taw servizz ta' Consultancy Services lil kull kunsill lokali matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998? Għal liema proġetti taw is-servizz tagħhom dawn il-konsulenti u kemm tħallsu għal kull proġett?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nagħti tweġiba f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni għad trid tinġabar.
Leg 9 PQ #1209 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Kampanja ta' tindif

Question

Bħala parti mill-kampanja ta' tindif madwar Malta, jista' l-Ministru jgħid: (a) jekk inbdietx din il-kampanja ta' tindif u x'konsultazzjoni saret mal-kunsilli lokali; (b) jekk fl-affermattiv, f'liema rħula beda jsir xi xogħol u minn min qed isir dan ix-xogħol; (c) jekk fin-negattiv xi pjanijiet hemm, u minn liema bliet u rħula għandu jinbeda x-xogħol ta' tindif?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Mill-21 sat-28 ta' Novembru 1998, ser tinżamm il-kampanja ta' kull sena 'Clean up the World', fejn id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent jgħin u jikkordina inizjattivi volontari ta' tindif minn għaqdiet u individwi. Din is-sena, il-Ministeru għall-Ambjent qed jaħseb biex, fl-istess żmien iniedi kampanja parallela ta' tindif, minn ħaddiema ta' l-istess gvern, liema tindif ikompli anki fil-ġimgħat ta' wara. Bħalissa l-Ministeru għall-Ambjent għaddej b'laqgħat mal-Kunsilli Lokali dwar diversi materji li jolqtuhom. Fost affarijiet oħra qed jissemmew postijiet speċifiċi li jinħtieġu interventi partikolari ta' tindif. Diġa' nbeda x-xogħol madwar Santa Margherita Lines fil-Kottonera.

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tkun lesta d-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Id-Dipartiment għandu ħsieb li jwaqqaf djar simili f'lokalitajiet oħra? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn hemm priorita' li jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla hija ppjanata li tkun lesta f'nofs is-sena d-dieħla. Id-Dipartiment għall-Anzjani qiegħed jikkonsidra f'liema lokalitajiet hemm l-akbar priorita' għal djar oħra ta' l-Anzjani. 17.11.98
Leg 9 PQ #1212 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-Gvern mingħand: (1) individwi; (2) kumpanniji f'dak li huwa income tax? Kemm għandu jagħti lura f'tax refunds il-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-Gvern fuq assessments maħruġa sal-11 ta` Novembru 1998 hu ta` Lm166 miljun lira. Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi. Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u mistennija jonqsu sew meta l-oġġezzjonjiet jiġu likwidati. L-ammont ta` Lm166 miljun jidher dovut hekk: Lm91 miljun minn Individwi Lm75 minn Kumpanniji u Assoċjazzjonijiet Kontra dan il-bilanċ hemm ammont ta` Lm199 miljun f`taxxa li tħallset għal snin li għad ma ħarġux assessments. Din it-taxxa tiġi ikkreditata lit-taxpayer meta jinħareġ l-assessment għas-sena ta` stima relattiva. Ir-riżultat jista` jkun bilanċ dovut lill-Gvern jew bilanċ dovut lit-taxpayer. L-ammont ta` tax refund hu ta` Lm17 il-miljun. Jiena tajt struzzjonijiet biex dawn il-bilanċi fl-aħħar jiġu eżaminati biex inkunu nafu kemm fil-fatt il-gvern għandu jieħu u għandu jagħti.
Leg 9 PQ #1213 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

CET

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm inġabru flus permezz tat-taxxa tas-CET? Kemm għad fadal x'jingħataw flus bħala refunds mis-sistema tal-VAT qabel daħlet is-CET?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fis-16 il-xahar li ilha taħdem mis-sistema tas-CET inġabru Lm81,653,487 netti mqassma kif ġej: Lulju sa Diċembru 1997 - Lm26,149,630 Jannar sa Ottubru 1998 - Lm55,503,857 Dawn l-ammonti ma jinkludux Lm11,132,140 li nġabru bħala refużjonijiet fuq ħażniet. Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant li mis-sistema tal-Vat għad fadal Lm4,607,035 x`jingħataw bħala refużjonijiet tat-taxxa tal-VAT li minnhom Lm715,087 ser jingħataw sa l-aħħar ta` din is-sena filwaqt li l-kumplament qed jiġu vverifikati.
Leg 9 PQ #1214 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Attard — Triq il-Ġibjun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir bozza (street lighting) fi Triq il-Ġibjun Attard (viċin dar Ave Maria) peress li din tinsab fid-dlam ċappa?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onor. Interpellant ser tiġi kkunsidrata flimkien ma talbiet oħra.
Leg 9 PQ #1215 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

enemalta — Ċilindri tal-gas

Question

Jaf il-Ministru li fis-suq għad hawn regolaturi tal-gas li m'humiex skond is-safety standards meħtieġa? X'qiegħed iżomm lill-Enemalta milli jidħlu regolaturi li huma up to standard u li għandhom insurance xierqa għal xi eventwalita' ta' inċident?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-materja qed tiġi investigata wara li kienu saru xi tibdiliet mill-amministrazzjoni preċedenti.