Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni jekk hemmx ħsieb li l-iskola primarja ta' l-Isla tkun ri-allokata jew sarux xi diskussjonijiet mal-Malta Drydocks bil-għan li l-istudenti ma jibqgħux jiġu effetwati mill-grit blasting, issa li l-Baċir Nru. 3 reġa' beda jintuża?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Malta Drydocks qed tintalab biex, kemm jista' jkun, ma jsirx grit blasting fil-ħinijiet ta' l-iskola fil-baċir numru 3, issa li qed jerġa' jiġi attivat. L-Onor. Interpellant japprezza li mhux faċli tirrialloka l-iskola primarja ta' madwar 340 tifel u tifla biex tevita l-inkonvenjent u fl-istess ħin tħalli lit-tfal qrib l-Isla.
Ninsab informat li riċentement saru xogħlijiet ta' blasting taħt is-swar ta' l-Isla. Jista' l-Ministru jikkonferma li dawn ix-xogħlijiet saru bis-sistema l-ġdida msejjħa slurry blasting u jekk fl-affermattiv, għalfejn twaqqaf ix-xogħol?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fis-26 u 27 ta' Ottubru 1998 sar xogħol ta' blasting u l-proċess użat kien dak magħruf bħala 'slurry blasting'.
Ix-xogħol twaqqaf wara lmenti li saru għalkemm uffiċjal tat-Tarzna li kien preżenti waqt ix-xogħol ma innota l-ebda inkonvenjent.
Jista' l-Ministru jsemmi xi progress sar sabiex parti minn Triq is-Sur fl-Isla titwessa, wara li l-Kunsill Lokali ħejja l-pjanti u ġab il-permessi neċessarji iktar minn sena ilu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dan ix-xogħol qed isir mill-Kunsill Lokali, u għalhekk hu dan il-Kunsill li għandu responsabilta tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin jiġi installat jew mibni uffiċċju għal Posta ġewwa l-Fgura billi l-maġġoranza kbira tan-nies ta' hemm għandhom diffikulta' biex jużaw dawn is-servizzi billi jridu jitilgħu Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin isir Mużew tal-Ġustizzja fejn jiġu esposti dokumenti u sentenzi antiki flimkien ma' ħafna mill-oġġetti li jinsabu fis-swali differenti tal-Qorti tagħna li nqabdu sija matul jew qabel l-aħħar gwerra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Is-suġġeriment ta' l-Onor Membru qed jiġi kkunsidrat fil-
kumpless tal-prioritajiet li għandu l-Gvern f'dan il-
qasam.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin il-bini tad-Dwana mibni fl-1774 b'tant sempliċita' klassika jiġi restawrat u f'partijiet minnu jiġi stabilit mużew fejn jiġu esebiti d-diversi oġġetti u dokumenti marbuta ma' l-istorja tad-dwana tagħna?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba hemmx il-ħsieb fil-futur viċin li l-Palazzo de la Salle fejn hemm l-Malta Society of Arts, Manufacturers and Commerce l-Belt jiġix restawrat jew almenu rranġat b'mod li jkun f'pożizzjoni aħjar li jilqa' fih espożizzjonijiet ta' l-arti u konsegwentement iktar turisti?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li s-suġġeriment kostruttiv ta' l-Onor. Membru jiġi evalwat għall-eventwali konsiderazzjoni tiegħi.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra xi studji saru tul dawn is-snin sabiex il-problema tad-drenaġġ ġewwa r-raħal tax-Xgħajra tiġi solvuta billi tul din l-aħħar sena far ta l-inqas sitt darbiet b'inkonvenjent kbir u kontra l-iġene għan-nies tal-lokal? X'passi se jittieħdu sabiex dan jispiċċa darba għal dejjem?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-fawran li jsir fir-raħal tax-Xgħajra huwa minħabba xi drenaġġ li jintefa' minn xi 'farms' jew permezz tal-'bowsers'.
Id-Dipartiment inaddaf ta' spiss is-sistema tad-drenaġġ permezz tal-'jetting/suction bowsers' biex inaqqas kemm huwa possibli dan il-fawran. Barra minn hekk isiru spezzjonijiet regolari f'farms biex jiġi ċċekjat x'jintefa' fid-drenaġġ.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa ppjanat li l-parti tat-triq li tibda minn Triq il-Missjoni Taljana u li tgħaddi quddiem il-Kunvent tal-Kapuċċini sa l-aħħar ta' Triq Santa Liberata l-Kalkara ssir mill-ġdid billi ttieklet kollha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona din it-triq sabiex ikun jista' jiġi deċiż x' l-aħjar isir għat-tiswija tagħha.
Sptar San Vincenz de Paule — Anzjani fil-waiting list
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani fil-waiting list għad-dħul f'St Vincent de Paule u fid-djar ta' l-anzjani? Kemm inqdew mill-5 ta' Settembru 1998? Jista' l-Ministru jipprovdi lista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-'waiting list' għar-Residenza San Vinċenz, f'Ottubru kien hemm 672 persuna, filwaqt għad-Djar ta' l-Anzjani kien hemm 573 persuna.
Mill-5 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru fir-Residenza San Vinċenz daħlu 43 persuna filwaqt li fid-Djar ta' l-Anzjani daħlu 6 persuni. Mhux etika li tingħata lista ta' persuni.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk flat, li l-partikolaritajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament, jistax jinxtara minn min qiegħed jabita fih?
Response (GONZI, LAWRENCE)
S'issa l-Awtorita' tad-Djar ma rċevitx talba għax-xiri ta' dan il-fond.
Għaldaqstant, dan il-kerrej hu mitlub li japplika taħt Skema 'I' biex l-Awtorita' tad-Djar tkun lesta titlob l-awtoriżazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Artijiet għall-bejgħ ta' dan il-fond.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk bdewx isiru l-interviews tan-nursing aides li kienu applikaw xi xhur ilu? Jekk iva, lill-kandidati li applikaw intbgħatilhom avviż bil-miktub jew bit-telephone? Jekk iva, ir-riżultat ħareġ? Jekk iva, kemm intgħażlu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 509.
Punt 55 tal-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jwiegħed
"Riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex li jista' faċilment jiġi finanzjat mill-Unjoni Ewropea".
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li l-Unjoni Ewropea se tagħti flus lil Malta fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, u 2003 biex issir ir-riabilitazzjoni sħiħa tat-toroq ta' Malta u Għawdex?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tali informazzjoni tkun tista` tigi konkluza meta jibdew id-diskussjonijiet finali ma l-Unjoni Ewropea.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li kien proġettat mill-Gvern Laburista biex jinbena ġibjun f'Ta'Xwieki?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-assessment ta' l-impatt ambjentali konness mal-proġett tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma biex jinbena ġibjun fix-Xwieki wasal biex jiġi finalizzat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 548 li kienet saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok telenka l-inizjattivi għaddejjin bħalissa biex jiġu upgraded is-servizzi li tagħti l-Maltacom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Kumpanija bħalissa qed tevalwa diversi inizjattivi sabiex jiġu upgraded is-servizzi li tagħti.
Jista' l-Ministru jgħid x'aġġustament sar riċentement fuq pensjonijiet mit-Teżor fejn jirrigwarda Hospital Auxiliaries? Kemm żdiedet il-pensjoni fix-xahar u kemm laħqet is-somma globali ta' din il-kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant illi riċentement ma sar l-ebda aġġustament fuq pensjonijiet mit-Teżor fejn għandhom x`jaqsmu l-Hospital Auxiliaries.
L-aħħar aġġustament li sar kien is-sena l-oħra u dan kien jirrigwarda aġġustament fuq pensjonijiet minħabba r-Riforma ta` l-1991.
Iż-żieda tal-pensjoni minħabba din ir-riforma kienet minn minimu ta` Lm8.50,0 fis-sena sa massimu ta` Lm43.06,7 fis-sena.
Iż-żieda globali laħqet Lm113 fis-sena fil-pensjoni u Lm1,609 fi gratuity.