Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ngħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (REFALO, MICHAEL)
Qed nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat.
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' l-individwi kkonċernati u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81/9/1.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
It-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998?
Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-Ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (GALEA, LOUIS)
Ebda kuntratt jew ftehim għadu ma ġie ffirmat ma' individwi ingaġġati fil-Ministeru u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f'xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi ukoll lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b'risposta għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru 81.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru 1998?
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati?
X'karigi ngħataw fil-ministeru?
X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati?
Min minnhom kien jaħdem mal-Gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem?
X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn?
X'kondizzjonijiet ingħataw?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Nru. 291.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tad-Drenaġġ?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fil-perjodu bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998 ma ngħataw l-ebda trasferimenti fid-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas-servizz fil-futur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien hemm ebda transfer fid-Dipartiment tal-Lottu fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` l-impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-perjodu msemmi kien hemm 10 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Seba` minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li tmienja minn dawn il-persuni kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment. Iż-żewġ uffiċċjali l-oħrajn, it-tnejn skrivani li kienu għadhom kif ġew ingaġġati għall-ewwel darba, ġew trasferiti waħda minn dan id-Dipartiment għad-Dwana u l-oħra viċi versa, wara arranġamenti li saru bejn l-MPO u d-dipartimenti.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk u meta fil-futur qarib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Pixxina Nazzjonali?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-6 ta' Settembru 'l hawn ma saru ebda trasferimenti fil-Pixxina Nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 281.
Nassigura lill-Onor. Membru li kwalunkwe trasferimenti li jistgħu jsiru fil-futur ikunu skond l-eżiġenzi tas-Servizz.
17.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol fuq imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mis-6 ta' Settembru sat-28 t'Ottubru, 1998, ingħataw żewġ (2) trasferimenti, wieħed mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet għad-Dipartiment tal-Mużewijiet, filwaqt li l-ieħor mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Ir-raġunijiet li għalihom ingħataw dawn it-trasferimenti huma dawn:
Fl-ewwel każ, ingħata t-trasferiment uffiċjali lejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet wara li l-impjegat kien ilu "on loan" ma' l-istess Dipartiment mill-14 ta' Marzu 1997.
Fit-tieni każ, ingħata t-trasferiment lura lejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni wara li l-impjegat dam mad-Dipartiment tal-Mużewijiet mill-4 ta' Settembru 1998, jiġifieri dam inqas minn xagħrejn ma' dan id-Dipartiment, u reġa' mar lura fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, fejn kien impjegat qabel.
Fil-futur qarib hemm maħsub trasferiment ta' impjegat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet għall-Ministeru tat-Turiżmu.
Billi l-grad ta' nursing aides qed jgħin bis-sħiħ biex itaffi l-pressjoni minn fuq in-nurses, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu trained aktar nursing aides fix-xhur li ġejjin?
Jaħseb il-Ministru li billi l-livell ta' taħriġ ta' dawn in-nursing aides hu ta' ċertu livell, dan il-kors għandu jkompli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
B'riżultat tal-ftehim mal-unions fl-1993, madwar 700 Health Assistants ser jiġu appuntati Nursing Aides. Minn barra dan hemm 180 Nursing Aides li ġew impjegati b'rizultat ta' sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gażżetta tal-Gvern tal-28 t'Awissu 1998.
Għaldaqstant in-numru totali ta' Nursing Aides jissodisfa l-ħtiġijiet tad-Diviżjoni tas-Saħħa u m'hemmx lok li jidħlu aktar nies f'dan il-grad fis-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-trasferimenti fid-dikasteru tiegħi saru kif ġej:
Dipartiment Minn Lejn
Is-Segretarjat Privat 1. Private Secretariat, Housing Authority tal-Ministru Ministry of Finance
2. Private Secretariat, Housing Authority
Ministry of Finance
3. Private Secretariat, Housing Authority
Ministry of Finance
4. Private Secretariat, Malta Drydocks
Ministry of Finance
5. Private Secretariat, N.T.O.M.
Ministry of Finance
6. Private Secretariat, Interprint Ltd.
Ministry of Finance
7. Private Secretariat, Enemalta Corporation
Ministry of Finance
8. Private Secretariat, Industrial Property
Ministry of Finance
9. Private Secretariat, Education
Ministry of Finance
10. Private Secretariat, C.E.T.
Ministry of Finance
11. Private Secretariat, Health (Mt Carmel)
Ministry of Finance
12. Private Secretariat, Contracts
Ministry of Finance
13. Private Secretariat, Treasury
Ministry of Finance
14. Private Secretariat, Customs
Ministry of Finance
15. Private Secretariat, Education
Ministry of Finance
16. Private Secretariat, Customs
Ministry of Finance
17. Private Secretariat, Industrial Property
Ministry of Finance
18. Law Courts Private Secretariat,
Ministry of Finance
19. Maltapost p.l.c. Private Secretariat,
Ministry of Finance
20. Treasury Private Secretariat,
Ministry of Finance
21. Local Councils Private Secretariat,
Ministry of Finance
22. Customs Private Secretariat,
Ministry of Finance
23. Customs Private Secretariat,
Ministry of Finance
It-Teżor 1. Treasury Private Secretariat,
Ministry for Social Policy
2. Treasury Private Secretariat,
Ministry for Tourism
3. Treasury Private Secretariat,
Ministry for Economic
Services
4. Treasury Inland Revenue
5. Treasury Private Secretariat,
Ministry for Transport
and Communications
6. Treasury Ministry for Tourism
7. CET Treasury
8. Private Secretariat, Treasury
Ministry of Finance
9. Private Secretariat, Treasury
Ministry of Finance
Taxxi Interni 1. Customs Inland Revenue
2. Private Secretariat, Inland Revenue
Ministry of Foreign
Affairs
3. Private Secretariat, Inland Revenue
Ministry of Foreign
Affairs
4. Treasury Inland Revenue
5. Private Secretariat, Inland Revenue
Ministry for Transport
and Communications
6. Customer Services Inland Revenue
(Gozo)
7. Inland Revenue Customs
8. Inland Revenue Health
9. Inland Revenue Private Secretariat,
Ministry for Gozo
Dwana 1. Private Secretariat, Customs
Ministry of Social
Services
2. Customs Inland Revenue
3. Private Secretariat, Customs
Ministry of Finance
4. Private Secretariat, Customs
Ministry of Finance
5. Inland Revenue Customs
6. Customs Private Secretariat,
Ministry of Finance
7. Customs Private Secretariat,
Ministry of Finance
Taxxa tad-Dwana u 1. Private Secretariat, CET
Tas-Sisa Ministry of Finance
2. CET Private Secretariat,
Ministry of the Environment
3. CET Treasury
Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti ingħataw fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Numru 282, 453, 454.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 274 (Seduta numru 5).
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Numri 283 u 450.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kul każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li transfers li saru mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'l hawn, kienu kif ser ngħid.
Dipartiment tas-Servizzi Korporattivi:
2 skrivani għall-Ministeru għall-Ambjent
1 skrivana għall-Ministeru għat-Turiżmu
1 skrivana għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Dipartiment tal-Liċenzji:
1 skrivana għall-Ministeru ta' l-Intern
Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili:
2 skrivani għall-Qorti, waqt li messaġġier ġie trasferit għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant għada qed tinġabar, it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikastru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?
Response (BORG, TONIO)
Għall-ewwel partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 276 u 239 f'Seduta Numru 5 u 8 rispettivament.
Rigward l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn it-trasferimenti ta' ħaddiema saru minħabba li jew ingħataw promozzjoni, jew ġew mitluba jservu f'Ministeri, filwaqt li l-bqija minħabba esiġenzi tas-servizz.
17.11.98
Mindu nħatar sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' il-Working Group li qed jeżamina l-bżonnijiet ta' support staff fl-iskejjel ta' l-istat?
Liema tipi ta' support staff qed jiġu kkonsidrati għall-iskejjel?
X'inhu l-brief tal-Working Group?
Lil min qed jikkonsulta l-Working Group fix-xogħol tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
1. Il-Working Group iltaqa' għall-ewwel darba nhar l-Erbgħa 28 ta' Ottubru, hekk kif twaqqaf uffiċjalment. Waqt din il-laqgħa tfassal pjan ta' azzjoni biex tinġabar l-informazzjoni meħtieġa dwar is-sitwazzjoni eżistenti ta' support staff fl-iskejjel ta' l-istat. Bħala riżultat, qed isir xogħol meħtieġ biex l-informazzjoni tinġabar mill-aktar fis possibbli.
2. Is-support staff li qed jiġu kkunsidrati huma primarjament support staff klerikali u minor staff. Il-Working Group iħoss li ma jistax jidħol f'diskussjoni dwar support staff professjonali li dwaru hemm ftehim bejn il-Gvern u l-Unions konċernati. Fl-istess ħin, il-Working Group se jivvaluta r-reazzjonijiet ta' l-amministraturi ta' l-iskejjel dwar bżonnijiet partikulari li huma jħossu li għandhom.
3. Il-brief tal-Working Group hu dan:
i. To carry out a situation analysis of the present state of
support staff on a school by school basis;
ii To make recommendations into the appropriate complementing
for adequate support staff on a school by school basis;
iii To explore alternative systems of engagement of support staff
or provision of support staff services through outsourcing
(including the relevant costing of each proposition).
4. Il-Working Group jinkludi rappreżentanta mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li hi Kap ta' Skola Post-Sekondarja, rappreżentanta mill-Malta Union of Teachers, li hi Kap ta' Skola Sekondarja, u rappreżentant mill-Management and Personnel Office, u fih hemm ukoll Kap ta' Skola Primarja u Kap ta' Skola tas-Snajja. Barra minn dan, il-Working Group qed jikkonsulta ma' l-amministraturi ta' l-iskejjel u mat-taqsimiet konċernati tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern huwiex se jżomm il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni? Jekk iva, lil min se jaħtar fuqha? Jekk le, se jwaqqaf xi struttura simili?