Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #76 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Agrikoltura — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jinvesti aktar fl-istitut ta' l-agrikoltura fl-Universita' ta' Malta sabiex jisfrutta aħjar flimkien mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura l-iżviluppi xjentifiċi tant meħtieġa fil-qasam tal-biedja lokali?

Response (GALEA, LOUIS)

Da żgur li l-Ministru jkun jixtieq jinvesti iżjed fl-Istitut ta' l-Agrikolutra. Eventwalment jiġi kunsidrat li l-Ministru ta' l-Edukazzjoni, il-Ministru ta' l-Agrikoltura u l-Universita' jfasslu pjan flimkien biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi li għandu l-pajjiż.

Malta Drydocks/Shipbuilding — Pagamenti pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont/pagamenti pendenti f'ċifra ta' flus li l-Malta Drydocks u Malta Shupbuilding għandhom jitħallsu għal xogħlijiet li wettqu diġa' sa Lulju 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li skond ir-rapporti finanzjarji sa Lulju 1998, il-Malta Shipbuilding Co. Ltd., għad trid tirċievi s-somma ta' Lm2,947,897 fi ħlasijiet għal xogħolijiet li għamlet. L-ammont dovut lill-Malta Drydocks sas-7 ta' Awissu 1998 huwa ta' Lm10,529,082.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — Ingaġġar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Qed nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għas-Segretarjat Privat. Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma' l-individwi konċernati, u nkun f'qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f' xi seduta oħra, wara li dawn jiġu ingaġġati formalment. Nirreferi ukoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b' risposta għal Mistoqsija Parlamentari Numru 81/9/1.
Leg 9 PQ #128 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Trażżin ta' l-inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-miri tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat-trażżin ta' l-inflazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi mira ta' kemm jixtieq li tkun ir-rata ta' inflazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #129 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma kien hemm ebda mpjegat li beda jirċievi xi forma ta' allowances mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn, ħlief dawk konnessi ma' rosters, allowances tal-Ħadd, shift allowances u allowances oħra skond l-Estacode.
Leg 9 PQ #131 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta' allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema dipartiment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-5 ta' Settembru sallum, ħadd ma beda jirċievi xi forma ta' allowance. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta' dawk l-impjegati li kienu qed jirċievu allowance qabel il-5 ta' Settembru, u għadhom jirċievuha.
Leg 9 PQ #132 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk l-impjegati fid-dekasteru tiegħu li qed jirċievu xi forma ta'allowance mill-5 ta' Settembru, 1998? Min huma u xi grad għandhom? F'liema diparitment jew sezzjoni qegħdin? Għal-liema raġuni qed tingħata l-allowance lil kull wieħed jew waħda minnhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li sa issa m'hemmx impjegati fid-dekasteru tiegħi li bdew jirċievu xi forma ta' 'allowance' mill-5 ta' Settembru, 1998. 18.11.98

Enerġija — Użu

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern preżenti għandux xi forma ta' politika dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna? Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-politika tal-Gvern dwar l-użu ta' l-enerġija f'pajjiżna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-politika tal-Gvern dwar l-użu tal-enerġija għall-pajjiżna hija mmirata biex tlaħħaq mad-domanda u l-aspettattivi tal-konsumatur b'mod effiċjenti u fl-istess ħin jiġi mħares l-ambjent ta' madwarna. Irrid inżid ukoll li l-Kunsill ta' Xjenza u Teknoloġija qed ikollu diversi laqgħat mad-dipartimenti w aġenziji biex tkun formulata policy dwar l-enerġija.
Leg 9 PQ #249 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew jew qegħdin fuq il-waiting list biex issirilhom xi tip ta' operazzjoni ġewwa sptarijiet tal-gvern illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm hi l-lista ta' kull professur ikkonċernat (mingħajr ma jsemmi ismijiet)? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptarijiet tal-Gvern hu ta' 4,459. In-numru ta' persuni jistennew jew qegħdin fuq il-'waiting list' biex issirilhom xi tip t'operazzjoni fl-isptar Ġenerali t'Għawdex hu ta' 57. Il-lista ta' kull speċjalista, kif ukoll l-iktar żmien li ilhom jistennew dawn il-persuni (f'każijiet mhux urġenti) qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Każijiet ta' natura medika urġenti huma ttrattati mmedjatament jew mill-inqas żmien possibbli.

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numriuta' trasferimenti li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6 ta' Settembru sa l-24 ta' Ottubru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Biedja u Sajd

Question

Billi s'issa kull ma ntqal kien biss dwar il-vantaġġi bi sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li ġġib magħha fis-setturi tal-Biedja u Sajd, jista' l-Ministru ġentilment jinforma lill-Kamra x'inhuma l-iżvantaġġi u x'qed jipprogramma l-Gvern sabiex l-bdiewa, raħħala, sajjieda u l-familji tagħhom jilqgħu għal dawn l-iżvantaġġi? Billi dawn is-setturi huma żgħar f'pajjiżna u kull ċaqlieqa taffetwaħ, jista' l-Ministru jispjega settur, settur ċioe' l-industrija tal-majjal, tal-poultry eċċ separatament liema żvantaġġi se jolqtuha?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-politika agrikola komuni (CAP) tal-Unjoni Ewropea qed tiġi riformata kontinwament. Peress li l-Onor. Interpellant naqas milli jsemmi l-vantaġġi wieħed ma jistgħax jiżen l-istess vantaġġi ma xi żvantaġġi żgħar li faċilment jistgħu jiġu eliminati waqt diskussjjonijiet li għad irridu jsiru. Jidher ċar iżda li l-għajnuna għas-setturi tal-Agrikoltura u s-Sajd qed jibdew ikunu diretti lejn l-għaqdiet tal-produtturi. Minn dan wieħed jifhem li għandha tingħata prijorita' sabiex il-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda jissaħħu fl-għaqdiet tagħhom u jissieħbu mal-Gvern fil-preparazzjoni għan-negozjati sabiex nakkwistaw l-aħjar kondizzjonijiet li joħolqu ġid, fiduċja u direzzjoni. Huwa opportun ukoll li niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Agrikoltura u s-Sajd f'Malta ma jistgħux jissejħu żgħar meta jiġu ipparagunati mas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea. L-Agrikoltura u s-Sajd f'Malta jikkontribwixxu madwar 3% tal-prodott gross domestiku (GDP) waqt li l-medja tal-kontribut tal-agrikoltura fl-UE huwa ta' 2.9% Għaldaqstant huwa żball li wieħed jnaqqas l-importanza tal-Agrikoltura f'Malta.

Dawl/ilma — Unit cost

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm hi l-unit cost ta' produzzjoni: a) ta' unit ta' konsum ta' dawl; u b) unit ta' konsum ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u r-risposta se tinghata f seduta ohra.

MDC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korporazzjoni għal Żvilupp ta' Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi saru sitt trasferimenti fil-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta. Dawn it-trasferimenti kienu jinvolvi impjegati tal-Korporazzjoni li rritornaw minn diversi Ministeri u Dipartimenti wara perjodu ta' Secondment. It-trasferimenti jsiru skond l-esigenzi tal-Korporazzjoni.
Leg 9 PQ #459 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fin-National Tourism Organisation of Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li, ħlief għal persuna waħda li talbet biex tiġi ssekondata ma' Ministeru ieħor, ma sar l-ebda trasferiment ieħor bejn is-6 ta' Settembru u t-28 ta' Ottubru 1998 fin-National Tourism Organisation - Malta.
Leg 9 PQ #460 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma saru ebda trasferimenti fid-Dipartiment ta' l-Indafa Pubblika fil-perjodu msemmi. Ma naħsibx illi l-Gvern għandu jintrabat fuq x'jistgħu jkunu l-esiġenzi tas-servizz fil-futur.
Leg 9 PQ #461 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta Financial Services Centre? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Leg 9 PQ #462 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Office — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 t` Ottubru 1998 saru 3 trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tas-CET. Fil-każ ta` l-ewwel tnejn, it-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċjali kkonċernati. Fil-każ tat-tielet wieħed, it-trasferiment sar minħabba esiġenza fid-Dipartiment tat-Teżor. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.

IPSE — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Institute for the Promotion of Small Enterprises? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li għall-perjodu msemmi ma sar ebda trasferimenti fl-Entita msemmija. It-trasferimenti jsiru jekk il-ħtieġa tkun titlob hekk.

WSC — Allowances

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħa f'overtime u allowances id-driver taċ-chairman tal-Water Services Corporation minn Marzu 1997 s'issa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Minn Marzu 1997 sa Settembru 1998 ix-xufier taċ-Chairman tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma tħallas is-somma ta' Lm6425.06c f'sahra u allowances. Dan l-ammont jinqasam f'on call allowance ta' Lm2.00 kuljum, Lm13.12c għall-Ħdud u Festi u sahra.

WSC — Sholarships

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li bbenefikaw minn scholarships, kemm ħarġet flus il-Water Services Corporation għal kull individwu u taħt liema policy ingħataw mill-1992 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.