Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1571 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOHN ATTARD MONTALTO To: Ministeru għall-Ambjent

Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika — Kumitat/diriġenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kumitat u l-ogħla diriġenti tal-Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika irriżenjawx? Jista' jgħid ukoll jekk hux veru li hemm telf ta' 'l fuq minn Lm400,000 u jekk il-membri ilhomx xhur ma jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Koperattiva ta' l-Indafa Pubblika hija entita kummerċjali privata u għalhekk ma nħossx li għandi nagħti l-inofmrazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #1572 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fire Brigade - Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk infetħitx inkjesta dwar l-irregolaritajiet li allegatament saru fl-eżamijiet li għamlu l-uffiċjali tal-Fire Brigade tal-Pulizija biex jissieħbu fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?Jekk le, hijiex se ssir inkjesta u meta?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta għall-ewwel mistoqsija hija fin-negattiv. Dwar it-tieni mistoqsija wieħed għad irid jara jekk hux il-każ li tinfetaħ inkjesta. 23.11.98
Leg 9 PQ #1573 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pieta' — Ftuħ ta' għassa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn il-Kunsill Lokali ta' Tal-Pieta' u l-Pulizija dwar il-ftuħ ta' għassa ġdida f'Tal-Pieta'?

Response (BORG, TONIO)

Saret laqgħa bejni u l-Kunsill Lokali ta' G'Mangia/Pieta' dwar dan is-suġġett. Ġiet dikussa l-possibilita' li l-post tal-Għassa jingħata mill-Kunsill Lokali, u l-Pulizija jallokaw membri tal-Korp. Deċiżjoni tittieħed malli jkun possibli li wieħed jalloka Pulizija f'dan il-lokal. 23.11.98
Leg 9 PQ #1574 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal liberalizzazzjoni fil-qasam ta' l-ispiżeriji? Fiex waslu dawn il-pjanijiet? Meta hu maħsub li sseħħ din il-liberalizzazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.
Leg 9 PQ #1575 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibdew jingħataw mediċini bil-karta r-roża u Schedule 5 minn spiżeriji privati? Bdew konsultazzjonijiet mas-setturi kkonċernati f'dan il-għan?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diskussjonijiet f'dan ir-rigward għadhom għaddejjin u mistenni jiġi ppreżentat rapport lill-Gvern fil-ġejjieni qrib.

Birkirkara — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb mid-dipartiment konċernat li jikri jew ibiegħ tlett garaxxijiet magħluqin li hemm fi Triq il-Konti J. Ciantar, Binja Vista Birkirkara?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Membru qed jirreferi għall-garaxxijiet nri. 1, 2 u 4 Binja Vista B'Kara, l-Awtorita' tad-Djar għaddejja bil-proċeduri legali kontra min qed jokkuphom għat-teħid lura tagħhom flimkien mal-pussess vakant. 23.11.98

ETC — Persuni b'diżabilita'

Question

B'riferenza għal P.L. mal-mistoqsija parlamentari numru 1084 tal-11.11.98, jista' l-Ministru jgħid: Mill-każijiet ta' mard u kawża ta' diżabilita', liema huma dawk li huma ntitolati għal mediċini fuq Schedule V?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Persuna li tkun ċertifikata li tbati minn xi marda jew kundizzjoni kif speċifikat fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) tkun intitolata għall-Għajnuna Medika bla Ħlas. 23.11.98
Leg 9 PQ #1594 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE — Programm Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti Maltin li ħadu sehem fil-programm Leonardo ta' l-Unjoni Ewropea, sena b'sena, minn mindu Malta applikat fl-1990 għal sħubija sħiħa sa l-1996?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba mogħtija għal Mistoqsija numru 1325.
Leg 9 PQ #1605 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

BICC — Chairman/Chief Executive

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salarju taċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Building Industry Consultative Committee?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Is-salarju taċ-Chairman u ċ-Chief Executive tal-Building Industry Consultative Council ser ikun Lm7,200. fis-sena, bħal ma kien dak tal-predeċessur tiegħu.
Leg 9 PQ #1609 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

CABE

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsebijiet għandu dwar il-futur tal-Consultative and Advisory Board on the Environment (CABE) li kien twaqqaf mill-Gvern preċedenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Amministrazzjoni preżenti temmen li l-pariri rigward il-protezzjoni ta' l-Ambjent għandhom jingħataw primarjament mid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Il-Gvern qed iħalli f'idejn dan id-Dipartiment biex jidentifika jekk ikollux bżonn xi pariri oħra speċifiċi biex ikun jista' jifforma 'policies' dwar il-Ħarsien ta' l-Ambjent. Għal dan il-għan il-C.A.B.E. mhux ser jerġa' jiġi rikostitwit, iżda fil-każ li d-Dipartiment iħoss li jkollu bżonn, il-membri li kien hemm fil-C.A.B.E., fost persuni oħra, jistgħu jiġu mgħajta biex jagħmlu xi xogħol fil-linja speċifika tagħhom.
Leg 9 PQ #1620 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Karozzi impressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu karozzi impressed mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-5 ta' Settembru sal-lum ma ddaħlet ebda karozza impressed mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #1621 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Orthopaedic out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fl-Orthopaedic out-patients bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ? Kemm kienu l-każi ġodda ta' pazjenti li ra kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fl-ORTHOPAEDIC OUT-PATIENTS kienu kif ġej:- a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 7645 b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8305 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1622 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Surgical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fis-Surgical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn:- (a) Settembru 1996 u Settembru 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa u rġiel f'kull każ? Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fis-SURGICAL OUT-PATIENTS kienu kif ġej:- (a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 10,439 (b) Settembru 1997 sa Awwisu 1998 - 10,765 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta' Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1623 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-post ta' konsulent b'interess fid-Dijabete ma ġiex inkluż maċ-ċirkolari numru 150/98 ta' l-10 ta' Novmebru, 1998 jew ma' dik numru 151/98 tal-11 ta' Novembru, 1998? Kien hemm xi raġuni speċifika għaliex l-impjegati taċ-Ċivil ma ġewx informati b'din is-sejħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-post li għalih qed jirreferi l-Onor. Interpellant flimkien ma' post ta' konsulent b'interess fir-Rewmatoloġija dehru f'Ċirkolari Nru DH 152/98 tat-13 ta' Novembru 1998 li tqassmet fid-Diviżjoni tas-Saħħa bħas-soltu, ġimgħa qabel ma' l-Onor. Interpellant għamel id-domanda.
Leg 9 PQ #1624 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Medical out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li attendew bħala każi ġodda fil-Medical out-patients, inkluż l-ispecial clinics, bejn: (a) Settembru 1996 u Settembru, 1997; u (b) Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm kienu nisa jew irġiel f'kull każ; u (b) kemm kienu n-numru ta' każi ġodda ta' kull konsulent speċifiku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' każi ġodda li attendew fil-MEDICAL OUT-Patients u `Special Clinics' kienu kif ġej:- a) Settembru 1996 sa Awissu 1997 - 8403 b) Settembru 1997 sa Awissu 1998 - 8394 Ma jinżammux records ta' kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel. Il-każi ġodda li ra kull konsulent bdew jinżammu bid-dettal mill-1 ta'Jannar 1998. L-informazzjoni tinsab fit-tabella annessa.
Leg 9 PQ #1629 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

TV — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1206?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tkun pubblikata perjodikament fi Trade Statistics.
Leg 9 PQ #1630 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Interim From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli Lokali — Consultancy services

Question

Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1208?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tal- Kunsilli Lokali ħareġ ċirkulari lil Kunsilli Lokali biex tinġabar l-informazzjoni mitluba. Għaldaqstant nagħti tweġiba meta l-informazzjoni tinġabar kollha.
Leg 9 PQ #73 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Vetturi liċenzjati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' vetturi, karozzi, tractors, eċċ liċenzjati mill-pulziija f'Malta u f'Għawdex fil-mument? Jista' l-Ministru jipprovdi l-istess informazzjoni għall-aħħar għaxar snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 18.11.98

Annimali/Tjur

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' annimali u tjur li fil-preżent hemm fil-farm esperimentali u jintużaw għall-programm edukattiv "Nożżgħu l-Biedja"? Fil-fatt dan il-programm se jitkompla mill-amministrazzjoni tal-lum? Jekk iva, mistenni xi tibdil u jew ameljorament fuq l-istrutturi eżistenti partikolarment li jiġu rranġati t-toroq fejn jgħaddu l-istudenti? Kemm kienu l-persuni li bejn 1987 u l-1997 ġew ikkumpensati għal xi inġustizzji li sarulhom u/jew li ġew ikkumpensati minħabba li ġie terminat il-kuntratt tax-xogħol tagħhom fil-kariġa uffiċjali li dawn kellhom ma' l-Istat? Kemm kienet is-somma pagabbli f'kull każ lil dawn il-persuni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Rigward l-ewwel tlett paragrafi tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-mistoqsija numru 47. Dwar ir-raba paragrafu, jien infurmat li d-Dipartiment ma għandux rekords ta' persuni li, bejn l-1987 u l-1997, ġew ikkumpensati għal xi inġustizzji li sarulhom. F'dan il-perjodu, ġew ikkumpensati erba' persuni minħabba li ġie terminat il-kuntratt tax-xogħol tagħhom. Dawn kienu: Gauci Tony, Security/Driver, ġie kkumpensat LM162.28.7 Axiaq Vincent, Security/Driver, ġie kkumpensat LM187.80.7 Galea Paul, Security/Driver, ġie kkumpensat LM706.03.0 Agius Anthony, Security/Driver, ġie kkumpensat LM706.03.0
Leg 9 PQ #75 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut ta' l-Agrikoltura — Korsijiet speċjalizzati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li fil-mument qed jattendu għall-korsijiet speċjalizzati fl-oqsma tal-biedja fl-Istitut ta' l-Agrikoltura ta' l-Universita' ta' Malta? Liema huma dawk il-pajjiżi Ewropej u mediterranji li l-istitut għandu assoċjazzjoni magħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li qed jattendu korsijiet fl-oqsma tal-biedja fl-Istitut ta' l-Agrikultura fl-Universita' ta' Malta, laħħaq għal 43. Din il-figura ma tinkludix studenti Universitarji minn dipartimenti oħra illi jattendu għal xi lectures speċjalizzati mill-iStaff ta' l-Istitut ta' l-Agrikultura. Rigward it-tieni parti tad-domanda, informat illi l-Istitut ta' l-Agrikultura għandu assoċjazzjoni mal-Fakulta' ta' l-Agrikultura ta' l-Univerista' ta' Udine fl-Italja, ma' l-Universita' ta' Leeds fil-Gran Brittanja; l-Istitut huwa wkoll membru ta' l-Assoċiation of Agricultural Research Institutions in the near East & North Africa.