Legislature:
Category:
Reset
Active:

Agrikoltura — Agricultural Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-riżultat ta' l-intervisti għal postijiet ta' Agricultural Officer fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ħareġ kmieni din is-sena ġiex pubblikat? Kemm kien hemm persuni intervistati? Kemm kien hemm u fil-fatt kemm hemm bżonn numru ta' agricultural officers?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ir-rizultat ta' l-intervisti għall-postijiet ta' Agricultural Officers għadu ma ġiex ippubblikat għaliex dan il-Ministeru qed jistenna konferma mingħand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Kien hemm sitt persuni ntervistati. Meta saret is-sejħa għall-applikazzjonijiet kien hemm bżonn ta' erba' (4) Agricultural Officers. Fil-preżent hemm bżonn ta' sitta (6). Ir-riżultat jiġi mħabbar malli jkollna konferma mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #1511 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema ġdida monenetarja — EURO

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programmi hemm imħejjija mill-Bank Ċentrali u l-banek l-oħra kummerċjali kif ukoll l-exchange agencies dwar is-sistema ġdida monetarja EURO li se tidħol fis-seħħ kmieni f'Jannar li ġej? Il-Ministru jaħseb li għandu jagħmel stqarrija dwar din il-munita ġdida fil-kamp internazzjonali monetarju?

Response (DALLI, JOHN)

Is-sistema bankarja Maltija qed tagħti importanza kbira għall-introduzzjoni tal-EURO. L-ewwel net qed iżżomm il-pubbliku nfurmat bl-iżviluppi li qed iseħħu f`dan il-qasam, u kif dawn jistgħu jinfluwenzaw l-investimenti finanzjarji. Is-sistema bankarja qiegħda wkoll tirranġa l-operazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-pagamenti internazzjonali u fil-qasam ta` l-investimenti f`muniti Ewropej, kemm dawk tagħhom kif ukoll dawk li huma joffru lill-klijenti. Huwa importanti li nsemmu li l-Bank Ċentrali qiegħed jeżamina l-effett tas-sistema tal-EURO fuq il-valur tal-Lira Maltija. Bħala informazzjoni lill-pubbliku, nħareġ pamphlet mill-Bank Ċentrali u mill-Assoċċjazzjoni tal-Bankiera Maltin li jispjega ċar l-implikazzjonijiet prinċipali ta` din il-munita ġdida għall-pubbliku. Saru u qed jitħejjew seminars u konferenzi fuq is-sinifikat u l-effett tal-EURO mill-banek u anke minn organizzazzjonijiet bħall-Malta Comercial Banks Association. Meta jkun il-waqt nagħmel l-istqarrijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #1512 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Shopping Patterns Survey

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja jew executive summary tax-Shopping Patterns Survey ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant. 23.11.98
Leg 9 PQ #1513 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Għarghur — Triq San Nicola - Patrols

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru patrols regolari fil-Għargħur in partikolari quddiem il-playing field fi Triq San Nicola u dan minħabba possibbilta' ta' abbuż ta' drogi, storbju, eċċ.?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa. 23.11.98

Persuni nieqsa mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-għaqdiet ta' persuni nieqsa mid-dawl li fil-preżent għandhom talbiet pendenti quddiem l-awtoritajiet konċernati sabiex jiżviluppa ċerta inizjattivi maħsuba biex jintegraw lil dawk il-persuni fl-ambjent modern tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali fil-preżent m'għandux talbiet pendenti quddiemu li ġejjin minn għaqdiet ta' persuni nieqsa mid-dawl. Madankollu tajjeb li wieħed jinnota li din is-sena il-Kummissjoni Nazzjonali tal-Persuni b'Diżabilita' allokat Lm8,000 għall-proġett tal-Fondazzjoni 'Guide Dogs and Services for the Blind'. L-Awtorita' tad-Djar irċeviet talba minn 'Torball Blind Association' biex bini fl-Imtarfa jiġi konvertit għall-użu għall-għomja. Peress li l-bini ma hux ta' l-Awtorita' tad-Djar, l-Awtorita' talbet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex dan il-bini jiġi trasferit lilha għal dan l-iskop. Sallum dan il-bini għadu ma ġiex trasferit. 23.11.98

Koperattivi — Support unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawk li ġew impjegati fis-Support Unit għall-koperattivi bejn l-1992 u l-1996? Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-impjiegi kienx hemm sejħa pubblika u fil-każ li, iva meta u kif saret din is-sejħa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u għalhekk, Twegiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Djar — Sussidju fuq il-kera

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, dwar sussidju fuq il-kera li preżentement qegħda tħallas Lm60 fix-xahar, jiġi pproċessat kemm jista' jkun malajr?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dan il-każ diġa ġie proċessat u l-applikant dalwaqt jirċievi ċ-'cheque' tas-sussidju fuq il-kera mid-Dipartiment tat-Teżor. 23.11.98
Leg 9 PQ #1535 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati — Fizzjali

Question

Jista' l-Prim Ministru jara x'inhi r-raġuni u x'inhu jżomm milli jsir il-ħlas lill-fizzjali ta' l-Armata li għandhom dritt għall-performance bonus għas-sena 1997?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-proċeduri meħtieġa ġew konklużi u l-ħlas se jsir mill- aktar fis possibbli.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha biss pensjoni ta' Lm139.36c, huwa ġustifikat bħala rata ta' pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-każ tal-persuna ndikata kien ġia ġie rivedut wara talba oħra f'dan is-sens f'Mistoqsija Parlamentari Nru. 6180/97 li risposta tagħha ngħatat fis-seduta 76 tad-9 ta' Ġunju 1997. Infatti l-persuna ndikata kienet infurmata bir-riżultat ta' l-investigazzjoni permezz ta' ittra mid-dipartiment li ġġib id-data ta' l-4 ta' Ġunju, 1997. Minkejja dan, jiena rġajt tlabt lid-Dipartiment sabiex jikkonferma jekk il-persuna kkonċernata hijiex tirċievi dak kollu possibbli taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Il-persuna għandha tiġi nfurmata direttament dwar dan kollu. 23.11.98
Leg 9 PQ #1537 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Binġemma — Barriera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien li wassal li l-barriera ta' Binġemma fil-limiti tan-Naxxar wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet reġgħet bdiet taħdem u beda jitqatta' l-blat? Jista' l-Ministru jgħid jekk mit-twaqqif tagħha li huwa ben notat mis-sindku tan-Naxxar, kien hemmx xi ordni oħra u possibbilment ħruġ ta' permess?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi m'hemmx barrieri f'Binġemma. 23.11.98
Leg 9 PQ #1542 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Perit D. Mintoff — Ħlas ta' capital gains tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset capital gains tax fuq is-somma li l-Perit D. Mintoff irċieva bħala kumpens parzjali dwar il-bini tal-Power Station ta' Delimara qrib l-Għarix, ġaladarba is-somma ma kenitx iffissata mill-Qorti bħala kumpens iżda kienet riżultat ta' trattattivi privati?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant jaf li din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjoni ta` segretezza fl-Income Tax Act.
Leg 9 PQ #1544 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Deficit pubbliku

Question

Peress illi qed jingħad illi d-deficit pubbliku għal 1998 se jkun madwar Lm170 miljun, jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-esperti tat-Teżor waslu għal din l-figura, meta ftit xhur ilu kienu ndikaw figura ħafna anqas?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant ikollu risposta dettaljata fid-diskors tal-Budget.
Leg 9 PQ #1545 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Għargħur — Main Street - Esportazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jara li wara li saret l-esproprjazzjoni ta' art f'Main Street, Għargħur tal-familja Borg u li d-dokumenti neċessarji għal prova tat-titolu tagħhom lill-Kummissarju ta' l-Artijiet saret, jista' jgħid meta l-Kummissarju beħsiebu jkompli l-proċedura spettanti biex wara tmien snin din il-familja tieħu l-prezz ta' l-art esproprjata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għad ma ġietx provduta lid-Dipartiment ta' l-Artijiet, mill-familja konċernata, l-informazzjoni neċessarja biex tiġi stabbilita' l-provenjenza ta' l-art li għaliha qed jagħmel referenza l-Onor. Interpellant. 23.11.98
Leg 9 PQ #1547 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Peress li jidher li l-Gvern għandu arretrati ta' taxxa (Income tax) li jammontaw għal aktar minn Lm160 miljun, jista' l-Ministru jgħid kif wasal għal din il-figura? Din il-figura tirrifletti ex officio assessments? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jikkalkola il-Gvern li jista' attwalment u ġustament jiġbor minn dawn l-arretrati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1548 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm telqu infermiera mis-Servizz Pubbliku matul is-snin 1993 - 1994, 1995 - 1996 u 1997 - 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` infermiera li telqu mis-Servizz Pubbliku matul is-snin 1993 sa 1998 hu kif ġej: 1993-1994 123 1995-1996 100 1997-1998 85
Leg 9 PQ #1550 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema DAS — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996 fuq l-introduzzjoni tas-sistema DAS fid-Dipartiment tal-Gvern? F'liema dipartiment ġiet introdotta is-sistema DAS? Din is-sistema hija ppjanat li taħdem fuq accrual basis minflok cash basis? Wara l-esperjenza ta' diversi snin b'din is-sistema, jaħseb il-Gvern li din hija l-aħjar sistema ta' accounting system?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.

Djar — Akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-familja bl-applikazzjoni numru H 13309 se tingħata akkomodazzjoni soċjali mid-Dipartiment tal-Housing, peress li ninsab informat li din il-familja bħalissa tinsab fi stat homeless?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali. 23.11.98
Leg 9 PQ #1552 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Każ ta' tifel b'down syndrome

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li għandu d-Down's Syndrome mhux qed ikollu facilitator il-ħin kollu fl-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Mhux neċessarju f'kull każ li persuna b'Down Syndrome ikollha one-to-one facilitator. Il-persuna indikata għandha din is-sena, bħal snin oħra, shared help.

Fgura — Venda tal-karozzi tal-linja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkonsidra l-problema li għandna fil-Fgura ta' nuqqas ta' venda tal-karozzi tal-linja, peress li l-popolazzjoni kibret u mhux qed tlaħħaq mal-ftit karozzi li jgħaddu ta' Ħaż-Żabbar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s`issa mhux maħsub li jkun hemm venda fil-Fgura.

Istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna istituti care orders f'Malta? Fejn u liema huma? Kull care order kemm għandu tfal fih u x'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

'Istituti Care Orders' ma jezistux, imma jekk qed nifhem l-Onor. Interpellant sewwa, Djar tat-tfal b'minuri taħt Ordni ta' Ħarsien f'Malta hawn. Dwar it-tieni parti tad-domanda, minn informazzjoni miġbura mir-'records' taċ-'Children and Young Persons Advisory Board' u mid-Dipartiment tal-'Family and Social Welfare', preżentament hemm 68 każ ta' tfal u żgħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien. Il-maġġoranza ta' dawn it-tfal jgħixu fid-Djar msemmija. Dawn id-Djar jospitaw tfal u żgħażagħ li ġew impoġġija taħt Ordni ta' Ħarsien kif ukoll tfal li ġew mdaħħla volontarjament mill-ġenituri tagħhom. L-etajiet ta' tfal u żgħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien huma kif ġejjin: Sena 5 Sentejn 3 Tliet Snin 2 Erba snin 3 Ħames snin 4 Sitt snin 2 Seba snin 6 Tmien snin 9 Disa snin 6 Għaxar snin 2 Ħdax-il sena 1 Tnax-il sena 5 Tlettax-il sena 5 Erbatax-il sena 3 Ħmistax-il sena 6 Sittax-il sena 6 Sbatax-il sena 1 Hemm ukoll 15-il dar residenzjali u kollha jirċievu tfal u zagħażagħ li jinsabu taħt Ordni ta' Ħarsien. Dawn huma: Angela House, G'Manġia; St Rita Home, Tarxien; Ursuline Creche, Sliema; Ursuline Home, Valletta; Jesus of Nazareth, Zejtun; St Therese Home, Żejtun; St Joseph Home, Żabbar; St Joseph Home, Żejtun; Dar Sagra Familja, Żabbar; Fra Diego, Ħamrun; St Joseph Home, St Venera; St Patrick's School, Sliema; Jean Antide, St Venera; Programm Fejda, St Venera; Lourdes Home, Għawdex. 23.11.98