Jista’ il-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema tat-tarzna humiex inxurjati? Jista’ jgħid x’jiġri f’każ li persuna tweġġa waqt il-qadi ta’ dmirijietha fit-tarzna, u għall xiex intitulata u jista' jgħid ukoll jekk ħaddiem li jweġġa gravi fit-Tarzna għandhux dritt jara l-poloz ta’ sigurta’ jekk din teżisti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal kull impjegat ieħor, impjegat fit-Tarzna li jkorri fuq il-post tax-xogħol waqt il-qadi ta' dmirijietu jkun intitolat għall-Benefiċċju għall-Korrimenti mħallas skond l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Skond l-istess Att, meta l-inċident jirriżulta f'telfien permanenti ta' fakulta' fiżika jew mentali, l-impjegat ikun intitolat għal Għotja għall-Korriment jew Pensjoni għall-Korriment.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi assigurazzjoni oħra minnbarra dik provduta taħt l-imsemmi Att, nitolbu jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fis-sit fejn qed jinbena l-kumpless sportiv tal-Kottonera, minħabba li jidher li l-kuntrattur li qed iħaddmu numru sostanzjali ta' ħaddiema barranin? Jista' jgħid meta saru dawn l-ispezzjonijiet? Jista' jgħid ukoll jekk instabux ħaddiema barranin u jekk iva jista' jgħid jekk kellhomx permess tax-xogħol jew le?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Membru, li s-sit imsemmi ġie spezzjonat diversi drabi matul is-snin 2001 u 2002. F'każ minnhom, fit-13 ta' Novembru, instabu ħaddiema barranin u dawn ġew mgħoddija lill-pulizija biex jiġu pproċessati skond il-liġi, iżda fil-każi l-oħra ma nstab ħadd li kien qed jaħdem b'mod irregolari.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri kollha mogħtija mill-istrutturi kkonċeranti li saret referenza għalihom fil-mistoqsija parlamentari numru 38292?
Response (GALEA, LOUIS)
Mhix il-prattika li tintlaqa' talba bħal dik li qed jagħmel l-Onor. Membru.
Jista' jiċċekkja jekk saritx laqgħa simili għal dawk imsemmija f'mistoqsija 38294, fit-28 ta' Jannar 2003 fl-iskola speċjali tal-Wardija? Min organizzaha? Min tkellem? X'kien is-suġġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ntalab permess mil Malta - EU Information Centre sabiex tintuża s-sala ta' l-iskola Dun Manwel Attard, Wardija fit-28 ta' Jannar, 2003, sabiex issir laqgħa ta' informazzjoni għall-bdiewa.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu l-passi neċessarji u mmedjati sabiex jitneħħa l-periklu li hemm minħabba leaks ta' l-ilma fi flat b'mod li qed ibatu l-konsegwenzi r-residenti ta' flat li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.
X'passi ħa l-Ministeru biex jirregolarizza l-kontijiet minfuqa fuq iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju li ġibed l-attenzjoni għalihom l-Awditur Nazzjonali fl-aħħar rapport tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kultura ħa l-passi indikati kif ġej:
L-erba' ħlasijiet doppji li ħarġu lill-kuntratturi privati li ħadmu fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju ġew mgħarrfa b'ittra uffiċjali u ntalbu jroddu lura l-flus fi żmien stipulat mill-liġi.
Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni u l-Kummissarju tad-Dipartiment tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ġew mgħarrfa bil-ħlasijiet kollha li ngħataw lill-individwi u kumpaniji li wettqu xogħol varju fiċ-ċelebrarzzjonijiet tal-millennju.
Ingħata rendikont lill-Uffiċċju ta' l-Awditur dwar l-assi li kienu fi ħdan il-Kumitat taċ-ċelebrazzjonijiet tal-millennju.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex ingħata r-relief tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament meta din biegħet id-dar tagħha u xtrat oħra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna minnu ndikata ser tiġi nfurmata personalment bl-eżitu tal-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet li se jitwaqqgħu ġo Valley Rd, Msida humiex se jingħataw post alternattiv?Jekk iva, fejn u kemm se tkun il-kera? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy dwar evictees tgħoddx għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett tal-bini ġo Valley Road l-Imsida, ser isir mill-Awtorita` tad-Djar u għalhekk l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament huwiex se jieħu post alternattiv fejn jipparkja l-iscammels tiegħu wara li l-għalqa tteħditlu biex jitkompla l-proġett ta' l-isptar il-ġdid?
Response (BORG, TONIO)
Għalkemm kull meta tiġi esproprjata proprjeta` il-Gvern mhux obbligat jagħti post alternattiv ħlief fejn il-proprjeta` tkun waħda residenzjali, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern tikkunsidra kull talba għal post alternattiv li ssirilha anke jekk il-proprjeta` esproprjata ma tkunx residenzjali. Kull każ iżda jiġi trattat skond il-merti u ċ-ċirkostanzi tiegħu. Fil-każ tal-persuna imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma jidhirx li dan għamel xi talba għal post alternattiv lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta' l-Prim Ministru għall-mistoqsija Nru. 38415.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Numru 38415.
Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 38415.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjati Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-mistoqsija numru 38415 dwar l-istess materja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu u fis-Segretarjat Parlamentari? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (BORG, TONIO)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38415.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Xi grad għandhom u x'funzjoni jaqdu? Kemm hemm on loan minn xi dipartiment ieħor? Kemm hemm bil-kuntratt? X'inhu s-salarju tagħhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ta l-Prim Ministru għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 38415.
Jista' l-Ministru jgħid kien hemm xi żviluppi dwar il-privatizzazzjoni parzjali tal-Bank of Valletta? Il-Banco di Sicilia ikkristalizzaw il-pożizzjoni tagħhom dwar is-sehem futur tagħhom fil-Bank?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għaż-żewġ domandi hija fin-negattiv.