Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi talba/offerta pendenti mill-Italja biex ikun hemm kooperazzjoni f'restawr ta' wirt storiku? Jekk iva, meta saret? X'inhi r-reazzjoni tal-Gvern Malti dwarha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-offerti mill-Italja li bħalissa jinsabu f'diversi stadji ta' konklużjoni huma prinċipalment dawk imsemmija fil-Protocol Finanzjarju Taljan. Dawn ikopru l-krejazzjoni ta' Ċentru tar-Restawr, xogħol konness mar-restawr.
Ħlief għal dawn il-proġetti li huma diġa' inklużi fil-protocol finanzjarju Taljan, ma hemm ebda offerta pendenti mill-Italja biex ikun hemm kooperazzjoni f'restawr ta' wirt storiku. Il-Proġetti li jagħmlu parti mill-protocol finanzjarju Taljan huma:
i. Ċentru tar-Restawr
ii. Laboratorju tar-restawr fil-Mużew ta' l-Arkeoloġija
iii. Restawr tal-Kwadru tal-pittura "Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann"
ta' Caravaggio
iv. Proġett ta' Restawr fl-Altar il-Kbir, fil-Kon-Katidral ta'
San Ġwann
v. Kon-Katidral ta' San Ġwann - Restawr tal-Gloria
Il-Protocol ikopri ukoll arranġament għar-restawr tal-fortifikazzjoni liema arranġament hu r-responsabilita' tal-Works Division.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema impressed mal-ministeru u fid-dipartimenti li jagħmlu parti minn dan id-dekasteru, inkluż is-segretarjat parlamentari? Saru xi diskussjonijiet fil-ministeri jew fid-dipartiment dwar dawn l-impressed, anke fid-dawl tal-wegħda elettorali dwar il-ħaddiema impressed? Hemm il-ħsieb li dan in-numru jiżdied?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' ħaddiema impressed li jagħmlu parti mid-dekasteru li għalih jien responsabbli huma:
Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni - 40 (34 f'Malta)
( 6 t'Għawdex)
Segretarjat Parlamentari - 1
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru charges fid-Dipartiment tas-Saħħa bejn Novembru, 1996 u Awissu, 1998? Għaliex ħafna charges ħarġu l-ġimgħa ta' wara l-elezzjoni? Meta kienet id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolamenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-Diviżjoni tas-Saħħa saru 559 charges bejn Novembru 1996 u Awissu 1998. Fil-gimgħa ta' wara l-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 ħarġu 4 charges, li mhux ikkunsidrat bħala numru kbir. Id-data ta' meta sar l-allegat ksur tar-regolarmenti f'dawn il-kazi kien 16 ta' Jannar 1998, 14 t'Awissu 1998, 13 ta' Lulju 1998 u 28 ta' Lulju 1998.
L-ex Ministru tas-Saħħa kien stqarr pubblikament li kien ta aktar minn 70 charge f'jum wieħed fil-Head Office. Jista' l-Ministru jgħid x'kien il-ksur allegat u x'weħlu l-impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fuq struzzjonijiet ta' l-ex Ministru tas-Saħħa, l-Agent Tabib Prinċipali tal-Gvern ħareġ numru ta' Chargesheets lil 73 impjegat fil-Head Office tad-diviżjoni tas-Saħħa. Fil-Każ taż 68 minnhom, l-ksur allegat kien li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para. 3.1.2.2. ta' l-Estacode.
Fil-Hamsa każi l-oħra, l-ksur allegat kien kif ġej:-
1. Bħala Uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Dixxiplina, ħalla l-post
tax-xogħol tiegħu fis-12.45p.m. meta suppost baqa' hemm sas-1.30p.m. Dan l-istess Uffiċjal ġie akkużat ukoll li bħala ufficjal mid-Dixxiplina u responsabbli mill-attendance Sheet tal-Head Office suppost kien hu li jagħti eżempju lill-impjegati tiegħu. Fuq talba
tal-akkuzat, il-każ intbagħat għand il-Public Service Commisssion. Fl-1 ta' Dicembru, 1997 il-Bord ikkonkluda li l-akkużat ma kienx wettaq ir-reati li biħ gie akkużat.
2. Bħala uffiċjal inkarigat mis-sezzjoni tad-Drug Control, waqt spezzjoni
li saret fis-1.18p.m. minn uffiċjal tas-Saħħa, irriżulta li tlett ħaddiema li jaqgħu taħt ir-responsabilita ta' dan l-uffiċjal, kienu diġa ħallew il-post tax-xogħol tagħhom. Bħala uffiċjal responsabli minn din is-sezzjoni, dan l-uffiċjal kellu d-dmir jara li dawn it-tlett impjegati iħallu l-post tax-xogħol tagħhom fil-ħin stipulat fis-1.30p.m.
3. Tlett impjegati fis-seżżjoni tad-drug Control, ma nstabux fil-post
tax-xogħol tagħhom, waqt spezzjoni li saret minn uffiċjal tas-Saħħa fis-1.18p.m. Dawn l-istess impjegati ġew akkużati ukoll li ma kienux niżżlu l-ħin tal-ħruġ qabel ħallew il-post tax-xogħol tagħhom, minkejja d-diversi ċirkularijiet li nħarġu mid-Dipartiment, kif ukoll skond para 3.1.2.2 ta' l-Estacode.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-awtoritajiet konċernati sabiex jiżguraw li bureaux tal-Foreign Exchange jimxu ma' l-istess regoli ta' Exchange Control li jirregolaw lill-banek kummerċjali?
Tista' tingħata statistika indikattiva dwar dawn it-transazzjonijiet, abbażi tar-return li għandhom is-Central Bank?
Response (DALLI, JOHN)
Illum il-ġurnata bureaux tal-Foreign Exchange huma liċenzjati taħt l-Att ta` l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Għaldaqstant, `bureaux tal-Foreign Exchange` huma marbuta bl-istess kundizzjonijiet tal-Liġi msemmija u wkoll bir-Regolamenti ta` l-Att dwar il-kontroll tal-Kambju 1972 li jorbtu l-banek.
Istituzzjonijiet finanzjarji li qed jagħmlu din it-tip ta` xogħol jiġu appuntati bħall-banek bħala `Authorised Dealers` taħt l-Att dwar il-Kontroll tal-Kambju 1972. Bħala Authorised Dealers dawn l-Istituzzjonijiet m`humiex obbligati jirrapurtaw it-transazzjonijiet lill-Awtoritajiet. Minkejja din, il-Foreign Exchange Bureaux, bħala istituzzjonijiet finanzjarji, huma obbligati li jibagħtu financial statements ta` kull xahar lill-Bank Ċentrali bħala l-Awtorita` Kompetenti fil-qasam ta` Superviżjoni bankarja.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, bħalissa l-Bank Ċentrali għandu informazzjoni limitata fuq dan is-suġġett imma qed jaħdem biex joħroġ returns ġodda li fihom il-Foreign Exchange Bureaux ikunu jistgħu jagħtuh d-dettalji kollha tat-transazzjonijiet tagħhom ma` barra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-inizjattivi l-oħra, minbarra l-programmi ta' Socrates, Leonardo u Comenius, li ttieħdu ma' l-Unjoni Ewropea mill-1996 sal-lum? Jistgħu wkoll jingħataw id-dati ta' meta dawn l-inizjattivi l-oħra ttieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1326.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna persuni b'diżabilita' f'Malta u Għawdex? Kemm minnhom huma nisa u rġiel? Kemm minnhom għandhom diżabilita' mentali, fiżika, eċċ? Jista' jagħti wkoll l-eta' tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. Skond l-istatistika miġbura fir-Reġistru Nazzjonali ta' Persuni b'Diżabilita' joħorġu dawn il-fatti:
1.1 Numru globali ta' persuni b'diżabilita' f' Malta w Għawdex
rreġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita':
6195.
1.2 590 minn dawn huma mmarkati 'inactive' fil-kompjuters tagħna,
minħabba li hemm min:
. waqqa' l-applikazzjoni tiegħu/tagħha
. bidel l-indirizz u ma nfurmaniex
. m'għadux joqgħod Malta
. miet
2. In-numru ta' nisa u rġiel irreġistrati huma:
Nisa 2426 43.3%
Irġiel 3175 56.6%
3. Statistika skond il-kategoriji maġġuri ta' diżabilita':
Mentali 674
Fiżika 1446
Psikoloġika 521
Nuqqas ta' vista 414
Nuqqas ta' smigħ 379
4. Statistika skond l-eta':
ETA TOTAL
0- 4 106
5- 9 186
10-14 234
15-19 265
20-24 296
25-29 245
30-34 221
35-39 363
40-44 362
45-49 375
50-54 382
55-59 281
60-64 309
65-69 385
70-74 447
75+ 1148
Ma speċifikawx 96
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda l-project area ta' Xlejli, fil-Gudja fejn kien se jsir ġnien u banolli? Il-kuntrattur intgħażel? Jekk iva, għaliex il-proġett għadu ma bediex?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Onorevoli Interpellant huwa ġentilment mitlub jirreferi din id-domanda lill-Onorevoli Ministru għall-Politika Soċjali għax dan ix-xogħol mistenni jitwettaq mid-Dipartiment tal-Bini u Manutenzjoni tad-Djar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għalfejn dan id-dewmien biex jispjega x'inhu jsir u f'liema żvilupp qiegħed it-tħaffir għaż-żejt fil-Bir il-Madonna taż-Żejt, f'Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Press Release
tas-6 ta' Novembru 1998 maħruġa mid-Dipartiment ta' l-
Informazzjoni fejn hemm l-informazzjoni mitluba.
Ngħarrafha wkoll li sal-lum it-tħaffir tal-bir wasal fond
ta' 6,511 metru u f'dawn il-ġranet se jiġi mpoġġi l-
liner imsemmi fil-Press Release.
L-Onor Interpellant mhix korretta meta tgħid li hemm xi
dewmien biex jiġi spjegat x'inhu jsir. Il-proċess kollu
miexi kif maħsub u meta jkun hemm informazzjoni utili din
tiġi mogħtija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati tal-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin li bħalissa qegħdin fuq leave fit-tul għal skopijiet ta' studju?
Min huma dawk l-impjegati, fuq liema korsijiet qegħdin, Malta jew barra u min minnhom qegħdin fuq paid leave u min fuq study leave bla ħlas?
X'inhuma l-kriterji li fuqhom jiġi deċiż min jingħata paid study leave fit-tul u min ma jingħatax?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Bħalissa, seba' uffiċjali tal-Ministeru qedgħin fuq 'leave' fit-tul għal skopijiet ta' studju. Dawn huma:
'Leave' bi ħlas
1. Joseph Bugeja Kors ta' LL.D Universita' ta' Malta
2. John Paul Grech Ph.D fi Studju dwar l-OSCE Universita' ta' Malta
3. Fiona Jayne Cilia Master fid-Diplomazija Akkademja Mediteranea għal-studji Diplomatiċi (Universita' ta' Malta)
'Leave' bla ħlas
1. Arsalan Alshinawi Ph.D fl-Ekonomija Politika
Internazzjonali Universita' ta' Nijmegen,
Olanda
2. Alfred A. Farrugia Ph.D Universita' ta' George Mason, USA
3. Mark Anthony Pace Master fix-Xjenza Soċjali Universita fl-Olanda
4. Colin Scicluna Master fir-Relazzjonijiet
Internazzjonali Universita' fil-Belġju
L-applikazzjoni ta' uffiċjal ieħor, Kevin James Fenech, li xtaq isegwi kors għall-MBA fl-Universita' ta' Malta, qiegħda fil-proċċess li tiġi awtorizzata dalwaqt.
Id-deċiżjoni dwar jekk l-uffiċjal jingħatax 'leave' għal studju bi ħlas jew le hija prinċipalment dipendenti fuq jekk il-qasam ta' l-istudju kienx identifikat mill-Ministeru inkella mill-individwu. Dan, infatti, huwa l-każ fit-tliet każijiet imsemmija hawn fuq fejn il-'leave' għal studju ġie awtorizzat bil-ħlas.
Irrid ngħid li m'inhiex konvint li dan huwa l-iktar kriterju tajjeb biex jiddistingwi bejn 'leave' bi hlas u 'leave' bla hlas ghal skop ta' studju. Għalhekk ser nagħti istruzzjoni lis-Segretarju Permanenti għal reviżjoni fil-kriterji in kwestjoni, kriterji li jinvolvi kemm jista l-Ministeru jippermetti l-assenza ta' uffiċjal tiegħu, ir-relazzjoni ta' studju magħżul ma l-esiġenzi u l-interessi tal-Ministeru u aspetti oħra rilevanti
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi fil-Ministeru? Lil min huma assenjati u xi grad għandu kull min għandu karozza tal-Ministeru? Kemm hemm karozzi li huma maqfula u ma jintużawx? Kemm hemm karozzi mikrija fuq bażi regolari? F'dan il-każ, għal min ġew mikrija dawn il-karozzi, minn liema garage u x'inhi r-rata ta' kiri kuljum?
Response (MARCO, GUIDO DE)
In-numru ta' karozzi li hemm fil-Ministeru huwa dak li kien hemm fil-5 ta' Settembru, 1998.
Ser nagħti risposta dettaljata kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant f'seduta ohra.
Ministru ta' l-Affarijiet Barranin — Designate secretariat
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif inhu ffurmat id-designate secretariat tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari?
Min huma l-membri li jiffurmaw dawn is-segretarjati u x'funzjoni huwa maħsub li jingħatalhom?
Response (MARCO, GUIDO DE)
L-istruttura flimkien mal-karigi taż-żewġ Segretarjati Privati fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin huma dawk spjegati dettaljatament fid-dokument li kien approvat mill-kabinett, u li l-Prim Ministru kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ftit ilu.
Peress li l-proċess ta' mili tad-diversi karigi għadu għaddej, inkun f' pożizzjoni li nagħti tweġiba għat-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onorevoli Interpellant aktar tard.
Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinvestiga l-każ ta' ex-impjegati tal-Kumpannija CASUALS LTD. li skond id-dipartiment għadhom ma ħallsux it-taxxa dovuta fis-sena bażika 1989 meta l-employer tagħhom kien għamel it-tnaqqis meħtieġ skond il-liġi iżda naqas li jgħaddi l-fondi lil CIR?
Response (DALLI, JOHN)
Il-każ li għalih qed jirreferi l-Onor. Leo Brincat ġie investigat mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dawk l-impjegati li għarfuna bil-problema qed jiġu ikkreditati bit-taxxa mnaqqsa mill-paga.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew asfaltati kilometri ta' toroq minn kemm ilhom imwaqqfa l-kunsilli lokali, lokalita' b'lokalita', u jagħti l-isem ta' kull triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma jzommx l-informażżjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni b'diżabilita' taħt is-60 sena għal dawn is-servizzi u kemm minnhom ingħatalhom sena b'sena mindu l-persuni b'diżabilita' saru ntitolati għalihom: (i) Home help; (ii) telecare; (iii) servizz dwar inkontinenza; (iv) servizz ta' handyman; u (v) meals on wheels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni li tista' tinġabar tingħata f'xi Seduta oħra.
23.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta l-Gvern se jħallas il-performance bonus lill-commanding officers tal-Forzi Armati ta' Malta għas-sena 1997, li għal dawn l-aħħar sentejn dan il-bonus ġie mogħti tard?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-proċeduri meħtieġa ġew konklużi u l-ħlas se jsir mill-
aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid sena b'sena mill-1993 sal-lum kemm tħallset id-ditta Megabyte mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' l-invoices kollha li ntbagħtu lil din il-kumpannija b'diskrizzjoni tas-servizzi jew equipment li ngħata?
Jista' l-Ministru jpoġġi lista oħra li tikkonċerna direct order li ngħatat l-istess kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-servizzi tal-Ilma qed tiġbor l-informazzjoni meħtieġa u tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.