Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Water Services Corporation? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perijodu msemmi saru dawn it-trasferimenti fil-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma:
1. Leak Detector intbagħat mill-fergħa distrettwali ta` Raħal Ġdid għal dak ta` Birkirkara biex jissostitwixxi persuna oħra fl-istess grad li għamlet operazzjoni serja.
2. Labourer ġie trasferit mill-imħażen ta` Wied il-Kbir għall-Ġibjun ta` Hal-Luqa fuq talba tiegħu stess.
3. Żewġ Security Enforcement Inspectors irritornaw lura fis-Sezzjoni tas-Sigurta` mis-Sezzjoni ta` l-Internal Audit fuq talba tagħhom stess.
Għal dak li jirrigwarda trasferimenti fil-futur, dawn isiru, jekk ikun meħtieġ, skond l-eżiġenzi tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal-liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma bqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (DALLI, JOHN)
Fid-dekasteru tiegħi hemm 13-il ħaddiem każwali u 23 bil-kuntratt (18-il skrivan, 3 avukati u 2 kunsulenti.)
Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor Interpellant illi mis-Segretarjat Privat tal-Ministeru intemm l-ingaġġ ta` Driver\Security Officer b`seħħ mis-7 ta` Settembru 1998; bħala kumpens dan ingħata sitt xhur paga kif stipulat fil-kuntratt ta` l-ingaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm:
ĦADDIEMA KAŻWALI
----------------
Taqsima tax-Xogħlijiet
----------------------
7 Tajpisti
Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent
-------------------------------------
3 Tajpisti
B.I.C.C.
--------
2 Clerical Duties
ĦADDIEMA BIL-KUNTRATT
---------------------
Taqsima tax-Xogħlijiet
----------------------
1 Advisor/Project Co-Ordinator
1 Professional Officer
Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent
-------------------------------------
Xejn
B.I.C.C.
--------
1 Chairman/Chief Executive
KUNTRATTI MITMUMA
-----------------
Taqsima tax-Xogħlijiet
----------------------
1 Advisor/Project Co-Ordinator -
Terminated 15.09.98 - Min. for Home Affairs
1 Senior Secreterial Officer -
Resigned on 06.09.98 - Kumpens Lm2,419.00
1 Personal Assistant to Minister -
Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm2,425.50
2 Personal Drivers/Security Officers -
Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm1,582.50 kull wieħed
Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent
-------------------------------------
Xejn
B.I.C.C.
--------
1 Chairman - Resigned on 05.09.98 - Kumpens Lm1,820.25
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħi li huma mpjegati fuq bażi każwali jew b'kuntratt huwa ta' 57 imqassmin hekk:
Advisers 3
Executive Officers 2
Clerks/Receptionists 14
Housekeepers 2
Assistant Housekeeper 1
Assistant Works Manager 1
Assistant Adm. Officer 1
Assistant Security Officer 1
Telephone Operators 3
Security/Drivers 3
Kitchen Attendants 2
Charwomen 14
Watchmen 10
Ninsab infurmat ukoll li mill-5 ta' Settembru 1998 'il hawn, Assistant Works Manager irriżenja minn jeddu u Adviser skadilu l-kuntratt u ma reġax ġie mġedded. Dwar dak li għandu x'jaqsam ma' Bordijiet, nirreferi lil-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 794.
Ma tħallas l-ebda kumpens liż-żewġ persuni konċernati minħabba li dan ma kienx dovut lilhom.
Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` ħaddiema kazwali fid-dikasteru tiegħi hu tlieta waqt li ħaddiema bil-kuntratt hu erba` u huma imqassmin kif ser nghid:
Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Civili - Flight Operations Inspector
Dipartiment tat-Telegrafija minghajr Fili - Konsulent
Awtorita` Marittima - Administration Manager u Port Officer.
Il-kumplament tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kemm-il-darba hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati aktar żgħażagħ fuq bażi permanenti u mhux part-time sabiex jilbsu kostumi ta' eri differenti tul is-sena kollha u jkunu preżenti fuq il-monumenti storiċi tagħna bħal per eżempju suldati ta' l-Ordni ta' San Ġwann ġewwa l-Forti Sant'Anġlu, Birgu u l-gardjoli tal-Belt Senglea jew bħala baħrin Ingliżi fil-Mużew Marittimu u fuq il-moll tal-Birgu?
Response (REFALO, MICHAEL)
M'hemm ħadd li hu impjegat fuq bażi permanenti għall-iskop li semma l-Onor Membru.
Jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm studenti attendew l-Iskola Ġirolmu Cassar tul dawn l-aħħar ħames snin, i.e. 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998; (2) huwiex minnu li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li mexxa din l-iskola u li kien ħa ħsieb ir-restawr ta' ħafna proġetti fosthom dawk tal-palazzi tax-Xatt tal-Birgu spiċċa mibgħut taħt l-aħħar amministrazzjoni fuq l-hekk imsejħa "School Maintenance"? (3) Kemm hemm studenti li spiċċaw minn dik l-iskola u għalhekk kapaċi jagħmlu xogħol ta' restawr ta' tant bini storiku tagħna li ntbagħtu jfittxu xogħol mal-privat b'telf ta' talenti għall-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li attendew l-iskola tal-Bini Girolmu Cassar tul dawn l-aħħar ħames snin kienu:-
Sekondarja Post Sekondarja
1994/95 91 u 57 ESTS 12
1995/96 86 u 27 ESTS 3
1996/97 76 u 25 ESTS Xejn
1997/98 92 u 7 ESTS 1
1998/99 82 u 1 ESTS Xejn
Hu minnu li l-persuna msemmija ġiet ordnata tagħmel xogħol ta' "school maintenance", iżda informat li ma ġiex mibgħut mas-sezzjoni tal-"Maintenance". Ser insegwi din il-kwestjoni:
Mill-1993 sa din is-sena spiċċaw tletin (30) student li kienu jikkonsistu f'sitt (6) "stone-carvers" u l-kumplament f'bennejja u f'naġġara. Minn dawn it-tletin (30) studenti, terz minnhom tħarrġu fix-xogħol tar-restawr. Tinħtieġ riċerka persuna persuna biex isir magħruf fejn qed jaħdmu dawk imħarrġa fir-restawr.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa' l-Police Appeals Tribunal mis-7 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Tribunal ta' l-Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija ma' ltaqax bejn is-7 ta' Settembru, 1998, u d-9 ta' Novembru, 1998, minħabba li c-Chairman ta' dan il-bord irreżenja b'mod defenittiv u ġew sostituti l-membri l-oħra. Il-Bord ġdid kif kostitut, iltaqa' l-ewwel darba fit-18 ta' Novembru, 1998.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx sar xi rapport dwar serq ta' statwi u oġġetti oħra mill-Kappella tal-Conservatorio San Giuseppe, Bormla fejn illum qed tinbena dar għall-anzjani? Jista' l-Ministru jgħid eżattament x'kien ġie rrapportat li nsteraq?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kienu saru tlett rapporti ta' serq mill-kappella tal-Conservatorio San Giuseppe f'Bormla. Wieħed kien sar fl-20 ta' Marzu, 1996, fejn kien ġie rrappurtat serq ta' żewġ armonji, konfessjonarju u ħawt tal-ħasil ta' l-idejn. Rapport ieħor sar fit-23 ta' Diċembru, 1996, fejn kien ġie rrappurtat illi kienu nsterqu mill-istess kappella, erba' kolonni, żewġ anġli, żewġ stemmi u statwa ta' San Ġużepp. L-aħħar rapport kien sar fit-18 ta' Settembru, 1997, u kienu rrappurtati nieqsa tlett mannaretti, lupa tal-ġebel, żewġ clipping hammers, kazzola, ħabel tan-nylon u tnejn u għoxrin G clamp.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri barranin fil-ħabs ta' Kordin? Jista' l-Ministru jgħid minn liema pajjiżi ġejjien?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, fl-10 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' priġunieri ta' nazzjonalita' barranija li kienu fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 69.
Il-pajjiżi mnejn kienu ġejjin dawn il-persuni hu kif ġej : -
Eġittu Alġerija Filippini
Italja Tuneżija Olanda
Jugoslavja Kanada Libja
Ġordan Ingilterra
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitkompla t-twaqqigħ tal-ħajt tat-Tarzna f'Bormla? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l-ħajt li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant jifforma parti mill-Baċir numru 1, nirreferi lill-Onorevoli Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numri 341 u 1037.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul għal dawn l-aħħar tlett snin, sena sena, mil-logħob tal-Lottu, Super 5 u Lotterija Nazzjonali?
Response (DALLI, JOHN)
Id-dħul kien kif ġej:
Logħba 1996 1997 1998
Lm Lm Lm
Lottu 3,859,006 3,458,177 2,462,802
Super 5 2,487,688 2,640,349 2,671,167
Lotterija Nazzjonali 120,480 252,308 108,558
Il-figuri għas-sena 1998 huma sa l-aħħar ta` Ottubru 1998.
B'riferenza għall-Binja Santa Luċija fl-Imtarfa, fejn il-bejt sal-lum għadu proprjeta' tal-Housing Authority u għalhekk l-istess Awtorita' tibqa' responsabbli għaż-żamma f'kondizzjoni tajba ta' l-istess bejt tal-blokk: jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jerġa' jingħata l-membrane fuq l-istess saqaf billi jirriżulta li għandu difetti (kawżati minn xogħol ta' tip inferjuri meta sar) li qed jikkawża ħsara fil-flats sottoposti? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jinbeda x-xogħol relattiv, billi iżjed ma jdum ma jsir, iżjed se ssir ħsara fil-blokk? (Diġa' ntbagħtet ittra f'dan il-kuntest lill-Awtorita' fil-5 ta' Ottubru, 1998 pero' sal-lum ma sar xejn).
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-bejt fuq Binja Santa Luċija m'huwiex proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar iżda tas-sidien tal-Binja.
23.11.98
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex ripetutament ġie rifjutat lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament li jiftaħ bar fi Vjal il-Ħaddiem, Rabat meta ħdejh eżatt hemm: (a) ħanut tal-bejgħ ta' radiators fuq naħa (Licence 50/0415); (b) ħanut tal-bejgħ ta' Insurance fuq in-naħa l-oħra meta żewġ bibien 'il bogħod hemm: (i) Mini-market u greengrocer fuq naħa (licence 50/0514); (ii) ħanut ta' bejgħ ta' Hi-fi fuq in-naħa l-oħra (licence 50/0120); meta dan hu ħanut għal skop ta' local use meta effettivament parti mill-ħwienet l-oħra m'humiex għal użu ta' konsum lokali.
Jista' l-Ministru jara li applikazzjoni TL/A/74/93 tal-26/10/1993 tiġi approvata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet rifjutata darba biss, fuq rakkomandazzjoni tat-Tribunal ta' Appelli dwar Liċenzji tal-Pulizija. Ninsab infurmat ukoll illi l-applikant kien anke ressaq l-ilment tiegħu quddiem l-Ombudsman, li stabbilixxa l-fatti u rriżulta li ma kienet saret l-ebda rregolarita' jew diskriminazzjoni kontra l-applikant. L-applikant kien ġie nfurmat b'dan permezz ta' ittra li ġġib id-data ta' l-14 ta' Ottubru, 1996.
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm spezzjonijiet għamlet il-Health and Safety Unit fix-xhur ta' Awissu, Settembru u Ottubru 1998? X'kienet in-natura tal-periklu li ġie osservat fil-postijiet li ġew spezzjonati u kemm persuni jew azjendi ttellgħu l-Qorti, jekk kien il-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' spezzjonijiet li saru minn Spetturi tas-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol matul ix-xhur imsemmija huwa kif ġej:
Awissu: 51 Settembru: 47 Ottubru: 46
Kif diġa kien spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 62, irriżulta lill-Ispetturi fil-maġġor parti assoluta tal-ispezzjonijiet li saru, li kienu jeżistu nuqqasijiet fil-ħarsien tas-saħħa u sigurta', liema nuqqasijiet l-'employers' kienu ordnati jirremedjaw. Minħabba n-numru kbir u minħabba d-diversita' ta' provedimenti leġiżlattivi li jeżistu, ma tinżammx statistika ta' liema minn dawn il-provvedimenti jkunu qed jinkisru.
Peress li persuna li tirċievi ordni mingħand Spettur tingħata wkoll iċ-ċans u ż-żmien li tirrimedja s-sitwazzjoni qabel tiġi mħarrka, għad mhux magħruf in-numru ta' persuni li ser jittieħdu passi fil-Qorti kontrihom bħala riżultat ta' xi nuqqasijiet li ġew identifikati fl-azjendi tagħhom.
23.11.98
Jista' l-Ministru jagħti statistika dwar in-numru ta' spezzjonijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħol xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u x'kien ir-riżultat f'dawn il-każi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed nagħti tagħrif dwar l-ispezzjonijiet li saru mis-Sezzjoni tal-Inspectorate u Enforcement tad-Dipartiment tax-Xogħol.
1998 Spezzjonijiet Irregolaritajiet Claims Valur Tressqu
maħruga Lm il-Qorti
Awwissu 68 49 20 7,747 3
Settembru 116 65 29 14,030 9
Ottubru 72 39 30 28,367 6
23.11.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jkompli jaħdem fuq dak li bdiet tagħmel l-amministrazzjoni Laburista wara li sar ir-rapport dwar il-qagħda tad-Dipartiment tax-Xogħol? Jekk le, jista' l-Ministru jagħti ħjiel dwar xi pjanijiet għandu biex jerġa' jagħti r-ruħ lil dan id-Dipartiment li għad għandu funzjonijiet siewja għaż-żmenijiet ta' llum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-rapport li qed jirreferi għaliħ l-Onor. Membru kien ġie ppreżentat lill-Amministrazzjoni preċedenti f'Lulju ta' l-1997 u, sa l-Elezzjoni ta' Settembru 1998, jiġifieri aktar minn sena wara, ma jidher li kien sar proprju xejn dwaru.
Iva, din l-Amministrazzjoni temmen li d-Dipartiment tax-Xogħol hemm bżonn li jingħata r-ruħ u jiġi ri-organiżżat. Ċertament dak li għadu validu fir-rapport imsemmi mill-Onor. Membru jingħata konsiderazzjoni xierqa.
23.11.98