Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1576 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Diskoteki — Każi ta' overdose

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' overdose irriżulta f'diskoteki jew postijiet simili ta' divertiment, xahar b'xahar f'din is-sena? Kemm minnhom kienu fatali? Kemm minn dawn il-każijiet irriżultaw f'taħrik ta' pushers minħabba traffikar ta' droga? X'tip ta' droga ġiet abbużata, każ b'każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li matul l-1998, sas-17 ta' Novembru, kien hemm żewġ każijiet ta' overdose konnessi ma' diskoteki, f'Awissu u f'Novembru, li t-tnejn irriżultaw fatali. Għalkemm ir-riżultati tossikoloġiċi għadhom ma ħarġux, il-pulizija nediet l-investigazzjonijiet tagħha fuq is-suspett li l-kawża tal-imwiet kienet dovuta għal abbuż ta' 'ecstasy'. L-investigazzjonijiet dwar iż-żewg każijiet għadhom għaddejjin u sa issa ma tressaq ħadd il-Qorti akkużat bil-qtil involontarju tal-vittmi. Madanakollu, wara l-investigazzjonijiet relatati direttament ma' l-ewwel każ, tressqu xi nies il-Qorti akkużati bil-pussess ta' pilloli ecstasy kif ukoll tresqet persuna fuq traffikar ta' ecstasy. Dan il-każ għadu sub judice. Dwar it-tieni każ sejrin jitressqu diversi persuni l-Qorti akkużati bil-pussess ta' ecstasy u oħrajn fuq traffikar ta' ecstasy. 24.11.98
Leg 9 PQ #1577 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Loġoġ

Question

Peress li l-loġoġ fi Triq Sant'Anna, fil-Furjana jeħtieġu tindif minn ġewwa u minn barra, tista' tingħata prijorita' lil dan ix-xogħol li ilu mistenni għal tant żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministru għall-Ambjent qed jikkonsidra dan is-suġġeriment.

Furjana — Il-Mall - Passaġġi

Question

Jistgħu jiġu surfaced sew il-passaġġi fil-Mall, il-Furjana? Jistgħu jiddawlu l-monumenti fl-istess ġonna? Jista' jitkompla t-tqegħid ta' ħadid fuq il-ħitan ta' madwar il-mall - xogħol li ilu ppjanat li jsir ta' lanqas mill-bidu tas-snin disgħin?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ix-xoghol indikat qed jiġi kkunsidrat fl-imkien ma talbiet simili.
Leg 9 PQ #1579 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Sptar San Luqa — Ditta responsabbli mit-tindif

Question

Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1580 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Female Admission Ward

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda jsir ir-refurbishment tal-Female Admission Ward fl-Isptar Monte Carmeli? Hemm il-ħsieb li jingħalqu darba għal dejjem Wards 10 fl-istess sptar? Kemm hu maħsub li hemm pazjenti mhux b'mard mentali residenti f'dan l-isptar? Kemm minnhom għadhom imħalltin ma' pazjenti b'mard mentali fl-istess wards?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-Female Admission Ward bi preparazzjoni għal xogħol iżjed estensiv. Qiegħed isir studju ta' l-Admission Wards MW2, FW6, MW10, FW10 biex wieħed jara jekk tistax tinħadem illi l-funzjoni ta' Security tal-Wards, 10 jistax jiġi assorbit fi swali oħra, jew jekk hemmx rimedju aħjar. Il-maġġoranza tal-pazjenti illi jidhru f'dan l-isptar ikollhom mard mentali jew inkella biżżejjed suspett illi jkun hemm bżonn li wieħed jissorvelja l-pazjent. Huwa minnu illi wara tgħaddi l-fażi akuta tal-marda numru ta' pazjenti fl-imgħoddi baqgħu ġo l-isptar. Numru konsiderevoli minn dawn għadhom ibagħtu minn xi konsegwenzi jew aspetti tal-marda, iżda m'għadhomx fil-bżonn ta' sptar mentali. Għalissa l-bżonnijiet tagħhom ma jistgħux jiġu milqugħa fil-komunita' minħabba nuqqas ta' servizzi. Oħrajn tant draw ġo l-isptar illi tkun ħaġa krudili illi wieħed jisforzahom joħorġu. Il-proċess illi l-morda ma jibqgħux imħaltin ilu li beda u qed titkompla. Huwa minnu li minħabba nuqqas ta' spazju dan ix-xogħol ma jistax isir b'pass iżjed mgħaġġel.
Leg 9 PQ #1587 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Għajnuna mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u f'liema areas, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Għajnuna li rċieva d-Dipartiment tas-Saħħa mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa matul dawn l-aħħar ħames snin kienet tikkonsisti fi `sponsorship' għal attendenza f'Konferenzi u laqgħat kif jidher hawn taħt, fejn tħallsu parti mill-ispejjeż jew kollox skond dan li ġej: 1994 Standing Committee of the Regional Committee of WHO 1994 WHO/CINDI Quit and Win Campaign Co-ordinators Meeting 1994 Fourth WHO Seminar for Tobacco-Free Europe 1994 CINDI Programme Director's Meeting - Lubiljana 1994 Information for Health for Europe - Copenhagen 1995 12th Advanced Course in Food Technology at the University of Surrey 1995 Medium Term Collaboration Programme between Malta and WHO 1995 First Meeting of the European Committee for Health Promotion Development 1995 Third European Meeting for the Implementation of the St. Vincent Decleration 1995 Conference on CINDI Working Group on Healthy Children in Healthy Families 1995 Meeting of National Counterparts on WHO Fellowship Policies 1995 2nd International Heart Health Conference 1995 Advanced Course in Food Microbiology 1995 Health Promotion - Dublin WHO 1995 CINDI Programme Director's Meeting 1995 Annecy France - EPI Programme Managers 1995 Training courses in (i) Special Baby Care Unit (ii) Renal Transplants (iii) ITU (General plus Cardiac) (iv) Neurosurgery (v) Cardiothoracic Surgery 1996 CINDI Programme Director's Meeting - Rome 1997 Workshop on New Trends in Leishmaniasis Epidemiology and Control in Mediterranean Area 1997 Fourth Workshop on Quality Development in Perinatal Care 1997 7th meeting of EPI Programme Managers 1997 Consensus Conference on Rolionyelites 1997 Inter health Meeting sponsored by WHO - Montreal - CINDI Programme Director's Meeting - Montreal 1997 EPI Programmer Managers Meeting - Berlin 1997 Polio Eradication - Vienna 1998 7th Seminar for Leading Public Health Administrators 1998 HIV/AIDS Seminar 1998 CINDI Programme Director's Meeting - Lisbon 1998 EPI Programme Managers Meeting - Warsaw 1998 Southnet - Thessaloniki Greece

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar matul l-aħħar sentejn fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? X'inhu x-xogħol li għad fadal isir f'din id-dar? X'inhuma t-time frames biex dan ix-xogħol ikun lest?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fl-aħħar sentejn tkompla u tlesta x-xogħol ta' kostruzzjoni, jiġifieri tlesta biss il-qafas. Il-kumplament tax-xogħol l-ieħor biex titlesta minn kollox għaddej b'ritmu mgħaġġel u suppost li jitlesta s-sena d-dieħla. 24.11.98
Leg 9 PQ #1589 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Fniek — Trobbija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'regolamentazzjoni teżisti, jekk teżisti, fuq it-trobbija tal-fniek b'mod kummerċjali? X'restrizzjonijiet jeżistu lokalment biex issir din l-attivita' ekonomika?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jeżistu gwidi dipartimentali li jirregolaw dawk li jkunu jridu jibnu razzett għall-fniek. Ir-restrizzjonijiet huma dawn: 1. Il-bini ma għandux isir fuq art agrikola tajba. 2. Il-bini ma għandux isir f'xi żona li hi ambjentalment sensittiva. 3. L-individwu jrid ikunu aġġornat dwar it-trobbija tal-fniek. 4. L-applikant irid ikun il-bidwi tal-art jew għandu l-permess tiegħu. 5. Irid ikun hemm distanza raġjonevoli minn żona urbana. 6. Irid jagħmel pjanti li jkunu teknikament adattati għat-trobbija tal-fniek, kif deskritti mill-guidelines hawn mehmuża. 7. Irid jostor il-bini kemm jista' jkun b'siġar u pjanti u ma jkollux bini aktar għoli milli huwa meħtieġ. 8. Irid jintrabat li juża dan il-bini għal dan l-iskop biss. 9. Jekk issir biċċerija, jeżistu regolamenti oħra. Barra minn dawn hemm dipartimenti oħra li jistgħu jiesiġu kundizzjonijiet oħra. Dawn jinkludu id-Dipartiment tad-Dranaġġ, u il-Water Services Corporation.
Leg 9 PQ #1590 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa? X'qed isir fil-preżent rigward hospital wastes?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Diversi passi qegħdin jittieħdu biex tittaffa l-problema ta' ħruġ ta' nugrufun miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa. Dawn jinkludu: 1. Il-Boilers huma mħaddma b'mod u manjiera biex inaqqsu n-nugrufun kemm jista' jkun; 2. Materjal bħal plastics u ħwejjeġ oħra flok jiġu maħruqa qegħdin jiġu autoclaved; 3. Qegħdin isiru taħdidiet bejn id-Dipartimenti tas-Saħħa, ta' l-Ambjent u ta' l-Agrikoltura flimkien ma' l-MIA biex l-iskard ta' dawn id-dipartimenti jiġu proċessati flimkien.

Bormla — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm ippjanat bħala management tad-dar ta' l-anzjani f'Bormla? Din id-dar se tkun immexxija bħad-dar taż-Żejtun mill-privat jew b'xi forma oħra ta' tmexxija?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħsieb huwa li d-Dar ta' l-Anzjani f'Bormla titmexxa fuq l-istess linja li qed titmexxa d-Dar taż-Żejtun. 24.11.98
Leg 9 PQ #1592 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power station — Delimara

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kif qed titħaddem is-sistema tar-recombined cycle fil-power station ta' Delimara? Teżisti xi problema fit-tħaddim ta' din is-sistema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-sistema tal-Combined Cycle Gas Turbine fil-power station ta' Delimara qiegħda fil-fażi ta' commissioning fejn jibdew jitħaddmu l-partijiet differenti tat-trapjant u jsiru aġġustamenti li jkun hemm bżonn qabel is-sistema tkun lesta biex jitħaddem fuq bażi regolari. Il-problemi eżistenti huma normali u li wieħed jistenna waqt il-commissioning.
Leg 9 PQ #1596 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — First Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma joħorġu applikazzjonijiet pubbliċi għall-ingaġġ ta' First Officers mal-linja nazzjonali ta' Air Malta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-aħħar sejħa pubblika għall-ingaġġ ta' Trainee Pilots, u mhux First Officers, saret fl-24 ta' Settembru 1996.
Leg 9 PQ #1606 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Allokazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 1007?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalita fl-Artikolu 33 ta' l-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali (Cap.325)

UE — Kwestjonarju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta mistenni jintbagħat il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea lura lill-Kummissjoni Ewropea bit-tagħrif mitlub?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru qed jippjana li jibgħat lura il-kwestjonarju ta' l-Unjoni Ewropea bit-tagħrif mitlub fl-iqsar żmien possibli, ċertament f' dawn il-ftit ġimgħat li ġejjin.
Leg 9 PQ #1625 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm dijabetiċi ngħataw screening ta' għajnejhom bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu taħt it-30 sena; (ċ) kemm kienu dawk fuq is-60 sena; (d) kemm kienu dawk li ilhom li jafu li għandhom id-dijabete aktar minn ħames snin; (e) kemm kienu dawk li saru jafu li għandhom id-dijabete f'din is-sena msemmija hawn fuq; (f) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet oħra taċ-ċirkolazzjoni; u (g) kemm kienu dawk li kellhom diġa' kumplikazzjonijiet tan-nervituri?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-mistoqsija Parlamentari nurmu 1625 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1626 qiegħda tinġabar. Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #1626 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Klinika tad-Dijabete — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk il-pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998? Jista' l-Ministru jgħid ukoll: (a) kemm minn dawn kienu nisa jew irġiel; (b) kemm kienu dawk taħt it-30 sena; (ċ) kemm minn dawk kienu fuq is-60 sena; (d) kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel viżta li għandhom id-dijabete; (e) kemm minn dawn ġew riferuti għall-OGTT; (f) kemm minn dawk li marru għall-OGTT kienu fil-fatt konfermati dijabetiċi wara dan it-test; (g) kemm minn dawk konfermati dijabetiċi nbdew: (i) bl-insulina fl-ewwel vista; (ii) kemm pazjenti nbdew bil-pilloli; u (iii) kemm inbdew b'dieta' biss; (h) minn dawk li attendew, kemm minnhom kienu diġa' jafu li għandhom id-dijabete u kemm minnhom kienu diġa' qed jieħdu: (i) l-insulina; u (ii) il-pilloli tad-dijabete; (i) kemm minn dawk konfermati f'din l-ewwel vista diġa' kellhom komplikazzjonijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Numru ta' pazjenti li attendew il-klinika tad-dijabete għall-ewwel darba bejn Settembru 1997 u Settembru 1998: 1603 Kemm minn dawm kienu rġiel: 788 Kemm minn dawn kienu nisa: 815 Kemm kienu taħt it-30 sena: 69 Kemm kienu fuq is-60 sena: 699 Kemm kienu konfermata fl-ewwel vista li għandhom id-Dijabete: 1107 Kemm marru għal OGTT: 464 Kemm minn dawn ġew konfermati dijabetiċi: 195 Kemm minn dawn inbdew fuq l-Insulina: 37 Kemm minn dawn inbdew fuq il-pilloli: 151 Kemm minn dawn inbdew fuq id-dieta biss: 565 Kemm minn dawn kienu konfermati fl-ewwel vista li diġa kellhom komplikazzjonijiet: 40
Leg 9 PQ #1627 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Palazzo Castellania — Pjanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fejn inxtraw il-pjanti li nġabu f'Palazzo Castellania mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru, 1998? Kemm tħallas għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-elezzjoni tal-5 ta' Settembru 1998 ma nxtrawx pjanti għal Palazzo Castellania.
Leg 9 PQ #1628 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Discharge letters

Question

Jista' l-Ministru jara li d-discharge letters li suppost jingħataw il-pazjenti qabel joħorġu mill-isptar jibqgħu jingħataw qabel ma pazjent joħroġ mill-isptar?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm standard order lill-houesemen kollha li d-discharge letters jingħataw lill-pazjent qabel ma' dan joħroġ mill-isptar. Meta dan ma jsirx, ikun dovut għal raġunijiet diversi li wieħed mhux dejjem ikollu kontrol fuqhom bħal meta l-houseman tal-konsulent relattiv ikun bis-sick leave, etc. F'dawn iċ-ċirkustanzi jsir kull sforz biex id-discharge letter tintbagħat id-dar bil-posta fl-iqsar żmien possibbli.
Leg 9 PQ #1631 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim MInistru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 1205?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.