Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1393 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi hemm maħsuba li jittieħdu fl-iskola primarja tal-Gżira biex isiru klassijiet iċken b'inqas tfal biex jiġu megħjuna tfal li għandhom diffikultajiet u żvantaġġi biex jitgħallmu? X'għajnuna qed jingħataw il-kap u l-għalliema ta' l-iskola primarja tal-Gżira biex ikunu jistgħu jilħqu t-tfal kollha f'din l-iskola, anki dawk bi ftit dispożizzjonijiet għat-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Normalment s'issa l-popolazzjoni fil-klassijiet ta' l-iskejjel primarji hi ta' 30 tifel u/jew tifla. Il-popolazzjoni fil-klassijiet ta' l-iskola primarja tal-Gżira hija hekk: Yr. 1 (1): 24 Yr. 1 (2): 22 Yr. 2 (1): 17 Yr. 2 (2): 15 Yr. 3 (1): 22 Yr. 3 (2): 23 Yr. 4 (1): 22 Yr. 4 (2): 21 Yr. 5 (A): 23 Yr. 5 (B): 21 Yr. 6 (A): 25 Yr. 6 (B): 21 Għalhekk in-numri huma raġjonevoli biex jintlaħqu it-tfal kollha, inklużi dwak bi bżonnijiet speċjali. Meta tifel/tifla bi bżonnijiet speċjali ma jattendix/tattendix l-iskola, il-facilitator li tieħu ħsiebu/a tgħin it-tfal batuti. Din is-sena l-għalliem tal-Complimentary Education qed imur din l-iskola tlett darbiet fil-ġimgħa. Darba minnhom qed jieħu ħsieb tfal li għandhom bżonn l-għajnuna.
Leg 9 PQ #1394 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi jittieħdu fuq is-sit tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli biex jiġi żgurat li x-xogħol li għaddej ma jħarbatx il-ħajja ta' l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Fuq is-sit tal-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli qed isir xogħol strutturali fuq il-parti tan-nofs ta' l-iskola skond il-pjan imħejji għall-proġett. L-istess pjan jipprovdi biex ix-xogħol isir mingħajr tfixkil fit-tagħlim. S'issa ma jirriżultalix ilmenti dwar tħarbit fil-ħajja ta' l-iskola. Fil-każ nieħu l-passi oportuni.

Impjiegi — Ħaddiema li korrew fuq ix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi fejn ħaddiema tal-Gvern korrew fuq ix-xogħol fl-aħħar għaxar snin? Kemm kien hemm ħaddiema nvoluti f'dawn il-każi? Limitatament għas-sena li qegħdin fiha u ta' qabilha, f'liema dipartimenti ġew irrapportati każi ta' din ix-xorta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-istatistika li nżammet mis-sena 1989 hi ta' ħaddiema li japplikaw għal benefiċċju tal-korriment. Iċ-ċifri huma kif indikat hawn taħt: 1989 1,007 1990 1,106 1991 892 1992 801 1993 649 1994 665 1995 654 1996 522 1997 637 1998 (sal-31.10.1998) 426 Ma tinżammx statistika ta' kemm-il persuna korrew skond id-Dipartiment fejn jaħdmu. L-istatistika li tinżamm tindika jekk persuna taħdimx: (a) mal-Gvern (b) mal-Parastatali (c) mas-settur privat (d) għar-rasha. 24.11.98
Leg 9 PQ #1422 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Ċittadinanza Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta' nies li ngħataw ċittadinanza Maltija fl-aħħar ħames snin inkluż din is-sena? Kemm ħarġu permessi ta': (a) reġistrazzjoni; u (b) naturalizzazzjoni rispettivament?

Response (BORG, TONIO)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 24.11.98
Leg 9 PQ #1423 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Istituti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm u liema huma l-institutes li twaqqfu u qegħdin joperaw taħt il-kappa ta' l-Universita' ta' Malta? Kemm hemm studenti u gradwati li qed jagħmlu riċerka jew qed jistudjaw f'dawn l-institutes din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1424 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Qorti — Esperti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġiet istitwita inkjesta dwar esperti maħtura mill-qorti, b'bord presedut mill-Imħallef Victor Borg Costanzi, u x'kienu t-terms of reference tal-bord? Jista' l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk l-inkjesta ntemmitx u f'każ affermattiv, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Rapport ta' l-Inkjesta?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-inkjesta dwar esperti maħtura mill- Qorti ġiet istitwita fis-7 ta' Lulju 1997 meta l-Prim Ministru ta' dak iż-żmien waqqaf Bord ta' Inkjesta presedut mill-Imħallef V Borg Costanzi. It-"terms of reference" tal-Bord kienu dawn:- (i) biex jeżamina l-kriterji u l-arranġamenti li hemm illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal- Qorti; (ii) biex jara jekk, fl-aħħar tliet snin, dawn il- kriterji u arranġamenti ġewx applikati kif jixraq, u jekk, allura, sarux xi pagamenti iżjed milli jistħoqq; (iii) biex jara, fil-każ, x'kien li ġieb dawn il- pagamenti mhux mistħoqqa u fejn kienet taqa r- responsabbilta għal dan; (iv) biex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru f'Rapport fuq dan is-suġġett lill-Avukat Ġenerali; (v) biex jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jitjiebu l-arranġamenti amministrattivi li hemm illum għal pagamenti tad-drittijiet ta' esperti tal-Qorti. Ninsab infurmat ukoll li l-Bord kellu oriġinarjament ilesti r-rapport tiegħu fi żmien xahar, jiġifieri sas-16 ta' Awissu 1997. Dan iż-żmien kien ġie mġedded mill-Prim Ministru ta' qabel u issa, fuq talba tac-Chairman tal- Bord iż-żmien ġie mġedded għall-aħħar darba sal-31 ta' Jannar 1999. Il-Bord ippreżenta "interim report" fl-20 ta' Awissu 1998 li jitratta biss l-ewwel punt imsemmi "fit- terms of reference."
Leg 9 PQ #1425 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Rapport ta' Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu sal-lum wara li ġie mxandar ir-rapport tal-Ombudsman dwar il-kondizzjonijiet fi Sptar Monte Carmeli?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Interim Hospital Management Team qiegħed jagħmel laqgħat regolari speċifikament indirizzati lejn miżuri konnessi mar-rapport ta' l-Ombudsman. S'issa qegħdin fi proċess biex: 1. JInxtraw oġġetti neċessarji bħal lockers, purtieri, inkwadri u affarijiet simili biex `il-quality of life' tal-pazjenti titjieb. Dawn għandhom jitlestew f'qasir żmien. 2. Admission Wards. Qiegħed isir studju ta' l-erbgħa swali, jiġifieri MW2, FW6, MW10, FW10, bil-ħsieb illi s-secure facilities ta' MW10 u FW10 jistgħu jiġu provduti b'mod iżjed adattat. Wara li tlesta x-xogħol fil-FW8 u FW7, xi ġimgħa u nofs ilu beda l-face lifting tal-FW6 u dan ser jitkompla għal xogħol iżjed estensiv. 3. Seclusion Policy. Kien diġa ġie ppreparat `Draft Policy' illi dan qiegħed jiġi introdott ġo l-Isptar. 4. Customer Care Service. Ġie mħejji `Patients Information Leaflet', li jinkludi informazzjoni fuq kif wieħed jista' jagħmel ilmenti. Ġiet inkarigata wkoll persuna li qegħda tħejji `complaints procedure'. 5. Kategorizazzjoni ta' pazjenti. Dan ix-xogħol ilu li beda ħafna qabel l-Ombudsman Report. Qiegħed jitkompla iżda jeżistu problemi fis-sens ta' reżorsi limitati li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-lum għal għada.
Leg 9 PQ #1426 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-General Civil Service li għandhom grad Universitarju? Kemm huwa l-għadd ta' mpjegati fil-general service?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi l-għadd ta' impjegati fil-General Service li għandhom grad Universitarju, inkluż diplomi, huwa ta' 259. L-għadd ta' impjegati fil-gradi tal-General Service huwa ta' 4,001.

Djar — Reviżjoni ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi riveduta l-kirja tal-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, peress li għandu Lm390 kera fis-sena meta hu mpjegat b'paga baxxa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tajt struzzjonijiet lid-dipartiment biex jibgħatu għall-persuna ħalli ssir ir-reviżjoni skond il-proċedura stabbilita. 24.11.98
Leg 9 PQ #1458 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Ref R682/97

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal xiri ta' proprjeta' tal-Joint Office bin-numru R682/97?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li ġew solvuti diffikultajiet dwar l-ammont tal-kera li qed jitħallas, issa qed tittieħed azzjoni biex il-proprjeta' li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant tiġi reġistrata mar-Reġistratur ta' l-Artijiet. Meta jitlesta dan il-proċess, l-applikant jiġi mitlub jersaq għall-kuntratt għax-xiri tal-proprjeta' in kwestjoni. 24.11.98
Leg 9 PQ #1460 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Flus imħallsa f'overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'overtime għax-xhur ta' Settembru u Ottubru, 1998 għall-impjegati fid-diviżjoni tas-Saħħa? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kif tqassmu dawn il-flus għall-overtime fid-dipartiment tal-Onchology u Radiotherapy fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul ix-xhur ta' Settembru u Ottubru 1998 tħallset is-somma ta' LM105,749 u LM135,153 rispettivament. Fid-Dipartiment tal-`Onkoloġija u Radjoterapija' tħallsu LM369.79 f'Settembru u LM644.66 f'Ottubru.
Leg 9 PQ #1461 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tiswija ta' gallariji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-gallarijiet tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema talba ilha li ġiet approvata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1462 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Refund ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata refund għal kera li tħallset mill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għall-post li hija ma baqgħetx tgħix fih?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, ir-refund tal-kera li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ser jitħallas dalwaqt. 24.11.98
Leg 9 PQ #1471 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Tal-Bebbux - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mibdi l-proġett tal-culverts fl-Estate tal-Bebbux ġewwa ż-Żurrieq, jekk hux se jitkompla peress li dan id-dewmien qiegħed jikkawża dannu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Culvert f'Tal-Bebbux, iż-Żurrieq, se jitkompla hekk kif it-temp jippermetti.

Ħal-Tarxien — Triq Ċikku Saliba

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar ta' Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor.Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Ħal-Tarxien — Triq Pawlu Schembri

Question

JIsta' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Pawlu Schembri, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq it-Tramuntana

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun mibdi u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq it-Tramumtana, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu mqegħda fil-post.

Tarxien — Triq Dun Gwann Mamo

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq Dun Gwann Mamo, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan wara li jiġi assigurat li x-xogħol kollu ta` servizzi jkun lest.

Tarxien — Triq l-Imqades tal-Qedem

Question

Jista' l-Ministru jiddikjara sa meta se jkun inbeda u tterminat l-asfaltar urġenti ta' Triq l-Imqades tal-Qedem, f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq għadu kif tlesta.