Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34916 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Servizz Farmaċewtiku tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif qed joħorġu boroż ta' mediċini mis-servizz farmaċewtiku tal-gvern u jitqassmu b'xejn? X'inhi n-nefqa tal-gvern fuq mediċini pprovduti minn dan is-servizz kull xahar jekk tieħu l-medja tas-sena 2001?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern iqassmu mediċini u tagħmir mediku lill-isptarijiet tal-Gvern, Health Centres kif ukoll lill-pazjenti speċifiċi. Jista` l-Onorevoli jindika għal liema 'Boroż ta` mediċini' qiegħed jirreferi?
Leg 9 PQ #34921 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati nies mal-MIA mindu tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal-consortium li ser jissieħeb mal-kumpanija? Jekk iva, kemm ġew ingaġġati nies, f'liema gradi u kemm minnhom kienu full-time u/jew part-time

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mis-27 ta' April 2002, data li fiha tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal-consortium li ser jissieħeb mal-kumpanija MIA ġew impjegati fuq bażi full-time żewġ technicians, żewġ Customer Service Assistants, Skrivan u ħames apprentisti.
Leg 9 PQ #34923 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tindif

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issir it-tindif meħtieġ fl-Exiles (fl-inħawi tal-Kamra tas-sajjieda) peress li hemm numru ta' postijiet maħmuġa speċjalment bi fdalijiet ta' xogħol ta' kostruzzjoni li sar reċentament?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #34924 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġurta`

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għar-riċeviment li sar nhar l-4 ta' Lulju 2002 fuq il-bastiment tal-gwerra Amerikan kien hemm siġurta fil-port magħmula minn tliet patrol boats u 2 rubber dyingies u għall-inċidenti li kellhom dan l-aħħar numru ta' sajjieda ma kienx hemm servizz bħal dan ta' sigurta`?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li fid-data msemmija kien hemm rapporti diversi fl-istampa internazzjonali dwar il-possibilità attakki terroristici kontra interessi ta’ l-Istati Uniti madwar id-dinja. Minhabba f’hekk, minbarra l-prekawzjonijiet li jiehdu s-soltu l-Forzi Armati matul zjarat f’Malta minn bastimenti tal-gwerra, s-sigurta mal-USS Roosevelt zdiedet matul il-hin tar-riceviment li sar abbord. Fic-cirkostanzi dan kien necessarju ghal gid ta’ kulhadd. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li l-Forzi Armati wettqu sorveljanza regolari mill-ajru matul l-istagun tat-tonn u li kull meta kien rrappurtat lilhom li kienu sehhew xi incidenti mill-ewwel, baghtu ajruplan fuq il-post biex jinvestiga u jirraporta.
Leg 9 PQ #34925 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Twaqqif ta' Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif fil-kuntest tal-policy nforzata mid-dipartiment tat-Turiżmu li mill-1 ta' Lulju ma' jsirx xogħol jew jieqaf xogħol ta' kostruzzjoni f'inħawi u zoni turistiċi, għadu kif inbeda xogħol ta' kostruzzjoni (twaqqiegħ) fi Qui-Si-Sana fuq l-ex-stabiliment Pipers?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-policy tal-Gvern ma tkoprix il-bini tal-privat.
Leg 9 PQ #34926 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ċens

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34836 li originarjament saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover għadha ma ġietx mitluba tgħid jekk tridx taqleb iċ-ċens tad-dar tagħha fil-HE ta' San Gwann għal wieħed perpetwu kif ġew mistoqsija residenti oħrajn fl-istess parti ta' l-Estate?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, filwaqt li tikkunsidra kull talba lli tirċievi biex ċens temporanju jinqaleb għal wieħed perpetwu, ma tibgħatx għan-nies minn jeddha. Fil-fatt il-każijiet li kien hemm fil-Housing Estate f`San Ġwann fejn iċ-ċens inqaleb għal wieħed perpetwu kienu saru wara talba bil-miktub miċ-ċenswalisti rispettivi. Fil-każ tar-resident li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant jidher li dan qatt ma għamel talba fir-rigward u għalhekk, jekk dan ir-resident huwa interessat li jagħmel hekk, huwa għandu jikteb lit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.

San Pawl il-Baħar — Funtana

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax id-dipartiment tal-kunsilli lokali jinvestiga x'ġara mill-funtana li kienet tpoġġiet fil-baħar ta' Buġibba mill-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar u jingħad li kienet ġiet tiswa Lm34,000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-funtana li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant kienet inxtrat mill-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u Kostruzzjoni. In-nefqa totali fuq ix-xiri u stallazzjoni tal-funtana kien jammonta għal madwar Lm56,776. Din il-funtana sas-sajf l-ieħor kienet qed tintrama fix-xhur tas-sajf f'Buġibba b'arranġament ta' armar u manutenzjoni mal-kumpanija MDS (parti mill-WSC). Dan l-arranġament kien qed jiswa lit-Taqsima tax-Xogħlijiet is-somma ta' Lm7,000 fis-sena. Għaldaqstant ittieħdet deċiżjoni li għalissa din il-funtana ma tintramax aktar u bħalissa tinsab maħżuna f'imħażen tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #34943 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied il-Marfa

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34729, meta huwa maħsub li tkun lesta l-ħidma biex tkun stabbilita l-kawża tan-nuqqas ta' ilma mhux tas-soltu fl-ispejjer tal-Marfa.

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-ħidma għadha għaddeja sabiex tinstab il-kawża kif ukoll is-soluzzjoni għal din il-problema. Pero nerġa nfakkar lill-Onor. Interpellant li l-volum ta' ilma fl-aquifers ma jiddependix mid-Dipartiment iżda huwa marbut ma kemm tagħmel xita u ma kemm isir ippumpjar ta' ilma mill-istess aquifers.

Reverse Osmosis

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34730 x'passi ttieħdu kontra l-bore holes bla permess f'qiegħ il-Wied tal-Marfa mill-operatur ta' lukanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34730, fejn ġie kkonfermat li ħarġet Enforcement Notice lill-operatur fil-11 ta' Lulju.
Leg 9 PQ #34945 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari nru. 34732, jista' l-Ministru jgħid kemm ġew interrogati nies mill-pulizija dwar il-każ tal-velenu tal-ġrieden mat-tea bags ? X'jonqos biex tiġi konkluża l-investigazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi tul il-kors ta` din l-investigazzjoni il-Pulizija tkellmet ma` mhux anqas minn ħdax-il persuna. Dawn kollha taw ukoll ix-xhieda tagħhom fl-Inkjesta Maġisterjali, illi l-proċess verbal dwarha għad ma ġiex redatt.
Leg 9 PQ #34961 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Data Protection Act

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kategorikament li ma hemm ebda ksur tad-Data Protection Act fil-mod li bih l-entitajiet li qed jiġbru t-tagħrif dwar it-tax payers għat-Tax Compliance Unit qed jagħmlu xogħolhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern għandu d-dmir u l-obbligu li jiġbor informazzjoni minn għand entitajiet skond il-liġijiet eżistenti tal-pajjiż u dan isir fl-interess pubbliku, u l-infurzar kontra l-evażżjoni tat-taxxa hu fl-interess pubbliku. Nista nikkonferma kategorikament li l-Gvern ser jagħmel ħiltu kollha biex din il-liġi ma tinkisirx.
Leg 9 PQ #34962 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huwa dawk l-entitajiet li bħalissa qed jipprovdu lit-Tax Compliance Unit b'tagħrif sabiex jgħinuha tibni sistema ta' data warehousing fuq it-tax payers Maltin u Għawdxin? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu inputs minn entitajiet oħrajn fil-ġejjieni qarib? Jekk iva, liema huma dawn l-entitajiet u meta mistenni jsir?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tax Compliance Unit bħalissa qed tiġbor informazzjoni fuq taxpayers għas-sistema ta' Data Warehousing tagħha minn dawn l-entitajiet- 1) is-sistema tal-VAT, 2) is-sistema tad-Dwana, 3) is-sistema VERA (Reġistrazzjoni tal-Vetturi), 4) ir-Reġistru tal-Kumpaniji tal-MFSC, 5) il-Common Data Base (Reġistrazzjoni Ċivili). Għadu kif sar ftehim biex is-sistema tal-Capital Transfer Duty (Kuntratti ta' bejgħ ta' proprjeta) u s-sistema tal-Liċenzji tal-Kummerċ (Trading Licences) ikunu ukoll parti mid-Data Warehouse li qed tiżviluppa it-TCU. Dawn iż-żewġ sistemi ser ikunu attivi fil-ġimgħat li ġejjin. Huwa maħsub li fil-ġejjini qarib informazzjoni minn entitjaiet oħra tkun inkluża ukoll fid-Data Warehouse. Fost oħrajn dawn huma : - Is-sistema tad-DAS (informazzjoni fuq kuntratti tal-Gvern) tad-Dipartiment tat-Teżor - Ir-reġistru tal-Yachts u pleasure boats - Is-sistema Eureka tar-Reġistru Pubbliku (reġistrazzjoni ta' bejgħ ta' proprjeta' u ipoteki) - Informazzjoni mill-Awtorita' tal-Ippjanar fuq applikazzjonijiet tal-bini.

Bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm-il bord hemm maħtura fid-diversi dipartimenti tiegħu u minn min huma komposti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35025 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fis-CCF li qed jistennew għall-appell fil-Qrati ? Kemm ilhom jistennew?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi ma jkollux din it-tip ta` informazzjoni peress li ħafna drabi l-priġunier ma javżax lid-Dipartiment li l-avukat tiegħu jkun għamel l-appell.
Leg 9 PQ #35026 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Fence

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-aħħar proġett ta' twaqqif ta' fence ġdid fis-CCF? Jista' l-Ministru jipprovdi irċevuti tal-ħlas li għadda lill-kuntrattur.

Response (BORG, TONIO)

Il-proġett ta` twaqqif ta` fence ġdid fis-CCF sewa Lm88,141.82. Dan ingħata b`kuntratt Nru. CT2030-2001, maħruġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35027 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Common Room

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' common room għall-priġunieri fis-CCF?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi diġa` tlestit u qegħda tintuża l-Common Room ta` Diviżjoni Nru 1. Minħabba impenji oħra li kienu jirrikjedu prijorita`, għalissa, ix-xogħol fuq il-common rooms l-oħra twaqqaf.
Leg 9 PQ #35028 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa l-proġett ta' installazzjoni ta' security camera fis-CCF? Min ingħata t-tender? Jistgħu jiġu provduti l-irċevuti li jikkorrespondu ma' din l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Il-proġett ta` installazzjoni ta` security cameras fil-CCF sewa Lm47,020.94. Din it-tender ingħata lill-Dedicated Micros Ltd. Numru tal-Kuntratt CT 356-94 li inħareġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35029 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa t-tbiddil tal-padlocks taċ-ċelel fis-CCF? Min ingħata t-tender ? Jistgħu jiġi provduti l-irċevuti li jikkorrispondu ma' din l-ispiża?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif dwar ix-xiri tal-katnazzi ingħata fit-tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 28900. Sakemm ma ningħatax raġuni `l għala qed jintalbu l-irċevuti, ma nara l-ebda skop li dawn jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Informazzjoni dettaljata fuq l-infiq tal-Gvern jingħata fir-Rapport Finanzjarju li t-Teżor jippublika kull sena.
Leg 9 PQ #35030 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

CCF — Main Gate

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali assenjati mal-main gate tas-CCF bħalissa? Min huma? Kemm tellgħu siegħat overtime din l-aħħar sena, wieħed wieħed?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ta` kuljum ikun hemm żewġ uffiċjali assenjati mal-Main Gate. Wieħed ikun xogħol b`overtime bejn is-seba` ta` filgħodu u s-sagħtejn ta` wara nofs in-nhar filwaqt illi mis-sagħtejn ta` wara nofsinhar sad-disa ta` filgħaxija tiġi immanjata minn membru ta` l-Special Response Team li jkun xogħol tal-ġurnata. Din is-sistema bdiet tintuża mit-28 ta` Frar 2002, u l-overtime neċessarju sar minn diversi uffiċjali li huma kompetenti u kapaċi għal dan ix-xogħol. Infurmat illi bejn it-28 ta` Frar 2002 u t-18 ta` Lulju 2002 in-numru ta` sigħat li ħadmu dawn l-uffiċjali individwalment kienu 184,130, 80, 74, 107, 89, 10, 20, 10, 49, 42, 80, 14, 63, 49, 21, 7 u 7. Ma nħossx li l-ismijiet ta` dawn il-persuni għandom ikunu ippublikati.
Leg 9 PQ #35045 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ma ngħatax il-promozzjoni u dan wara li l-każ ġie deċiż mill-Ombudsman favur il-persuna konċernata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-mistoqsija hija bbażata fuq premessa mhux korretta fid-dettal. Fil-fatt l-individwu msemmi mhux eliġibbli għall-promozzjoni anke skond l-istess parametri rakkomandati mill- Ombudsman . Dan minbarra l-fatt li l-individwu konċernat kellu Twissija Uffiċjali b’riżultat li ma kienx eliġibbli għall-promozzjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001.