Jista' l-Ministru japprova li jitkomplew ix-xogħlijiet ta' manutenzjoni fit-toroq ta' l-Imtarfa l/o Rabat? Billi f'din il-Belt ġdida wħud mir-residenti ilhom snin twal jistennew li jsiru x-xogħlijiet, jista' l-Ministru jirrimedja dawn il-każijiet ġenwieni u ċioe' sa Diċembru li ġej jara li jitwettqu x-xogħlijiet pendenti f'dawn it-toroq sabiex jispiċċa l-iskomdu għall-familji residenti fl-Imtarfa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol ta' toroq fl-Imtarfa sar taħt id-direzzjoni ta' l-Awtorita' tad-Djar. Id-Dipartiment tat-toroq ser jara x`tip ta` xogħol jista jiġi koordinat ma` l-imsemmija Awtorita`.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħaddiema u tekniċi li jaħdmu f'azjendi privati u koperattivi konnessi ma' l-oqsma tal-Biedja u Sajd bħal KPM, MDP eċċ matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
24.11.98
Billi sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lill-bdiewa, raħħala u sajjieda li japplikaw għall-serer fuq l-uċuħ tar-raba', estensjonijiet u bini ta' rziezet eċċ, id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura matul l-1997 kien issottometta rapport għad-diskussjoni sabiex tinstab soluzzjoni aktar realistika għaż-żewġ partijiet konċernati u ċioe' sabiex l-Awtorita' ta' l-Ippjanar tistabillixi sistemi aktar prattiċi għal dawn l-applikazzjonijiet tal-bdiewa, raħħala u sajjieda, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi?
Meta se jitkomplew dawn id-diskussjonijiet u meta mistenni li jitħabbru l-proċeduri l-ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Jien infurmat li d-diskussjonijiet fuq dawn il-proposti bdew xi xhur ilu u għadhom għaddejjin. Xi diffikultajiet żgħar li kien hemm fil-passat diġa' ġew megħluba wara djalogu mal-partijiet involuti. Diffikultajiet oħra jinħtieġu aktar studju minħabba implikazzjonijiet mhux biss fil-qasam tal-biedja imma wkoll f'oqsam oħra.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bdiewa u raħħala fulltime f'Malta u Għawdex, matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Kemm huwa n-numru ta' ħaddiema mpjegati f'azjendi Agro Industrijali, proċessuri tal-laħam inkluż biċċiera tal-laħam lokali eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istatistika li żżomm il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ dwar in-numru ta' persuni li jaħdmu 'full time' fis-settur ta' l-agrikoltura u s-sajd tindika dawn il-figuri:
Diċembru 1994 2,513
Diċembru 1995 2,578
Diċembru 1996 2,533
Diċembru l997 2,543
Awissu 1998 2,580
In-numru ta' ħaddiema mpjegati f'ażjendi agro-ndustrijali u proċessuri tal-laħam fis-settur privat f'Awissu 1998 kien ta' 4,172
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Air Malta? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-perjodu msemmi saru 9 trasferimenti sabiex jinqdew l-esiġenzi tal-Kumpanija.
Naħseb li l-Onor. Membru jifhem li t-transfers jikkostitwixxu parti ntegrali tal-management ta` kull kumpanija bħall-Air Malta u jsiru skond u meta jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferinmenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li bejn is-6 ta' Settembru, 1998, u t-28 ta' Ottubru, 1998, kien hemm 54 membru tal-Korp tal-Pulizija li tbiddlilhom ix-xogħol tagħhom.
Rigward il-kumplament tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 523 f'Seduta 10.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Gozo Channel? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment fil-Gozo Channel mis-6 ta` Settembru sat- 28 ta'
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Malta International Airport? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma ngħata l-ebda trasferiment bejn is-6 ta' Settembru 1998 u t-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta International Airport PLC.
Peress illi fix-xhur ta' qabel is-6 ta' Settembru suppost li kien qed isir eżerċizzju ta' ristrutturazzjoni, iżda ftit li xejn sar xogħol effettiv fuqu ħlief xi transfer 'l hemm u 'l hawn ta' impjegat jew tnejn, il-Malta International Airport għandha l-pjan li fix-xhur li ġejjin tagħti priorita lil dan l-eżerċizzju. Għaldaqstant il-Kumpanija tifhem li jista jkun hemm il-ħtieġa li jsiru xi trasferimenti ta' ħaddiema minn sezzjoni tal-Kumpanija għall-oħra skond l-esiġenzi tal-kumpanija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-Maltacom? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Istatistika? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi sar trasferiment wieħed mill-Uffiċċju Ċentrali ta' l-istatistika u dan fuq talba tal-persuna konċernata.
Trasferimenti jsiru skond l-esiġenzi tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jitlob lid-dipartiment konċernat biex jittieħdu passi biex titneħħa kaxxa tad-dawl ta' żmien is-servizzi u li qegħda maġenb Block 6, Triq l-Isptar Navali, Kalkara peress li m'għadhiex tintuża u qed tkerrah l-ambjent?
Jista' l-Ministru jieħu passi wkoll biex il-high tension overhead cable li ġej min-naħa ta' Verdala, Bormla u jibqa' sejjer sa l-ex-rinella Wireless Station, Kalkara jitneħħa peress li ma hemmx użu għalih għaliex fih ħafna ħsara u qed ikerrah ħafna l-ambjent?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li wara li saret stima sabiex il-kaxxa tad-dawl titneħħa, hemm il-ħsieb li x-xogħol isir mill-iktar fis possibbli.
Il-Korporazzjoni Enemalta qiegħda wkoll tieħu l-passi neċessarji biex tneħħi l-cable imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex titwaħħal letter box fi Triq il-Merħba, Fgura viċin l-area tad-dar Nid D'Amour peress li biex in-nies ta' l-akwati jinqdew ikunu jridu jmorru 'il bogħod ħafna?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ser inressaq is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant
lill-Maltapost plc.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu biex tiġi rranġata l-pressa ta' l-ilma fi Triq il-Vitorja, l-Isla fl-akwati tad-dar numru 105?
Response (BONNICI, JOSEF)
Riċentement, żviluppaw diffikultajiet fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma fil-parti għolja tal-Isla. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet ħsieb li l-provvista tal-ilma terġa tkun regolari fl-inqas żmien possibli.
Saru diversi tentattivi mill-Korporazzjoni biex isir kuntatt mal-Konsumatur fi Triq il-Vitorja iżda ħadd ma wieġeb. Għaldaqstant sar test fil-pressa tal-ilma fir-residenza qrib fejn joqgħod il-konsumatur imsemmi. Irriżulta li l-provvista tal-ilma hija adekwata bħal mhi tar-residenti fl-inħawi.
Il-konsumatur jista jċempel lis-sezzjoni tal-Customer Care fuq il-freephone 157 u jiġi ffissat appuntament biex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet tekniċi fir-residenza.
Jista' l-Ministru jgħidli meta t-talba tal-persuna li applikat għal sit ta' qabar fiċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata b'referenza 39/95/313, se tiġi milqugħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata għas-sit ta' qabar fiċ-ċimiterju ta' l-Addolorata li għandha referenza DH 39/95/313, giet registrata fil-25 ta' Ottubru 1995. Din l-applikazzjoni qiegħda fuq il-waiting list u tinsab il-569 fil-lista msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif ġej : -
Pożizzjoni u numru ta' Pożizzjoni u numru ta'
ħaddiema każwali ħaddiema bil-kuntratt
Tajpisti 7 Konsulenti 6
Barbier 1 Assistant Managers 3 Għalliema 12 Uffiċjali Korrettivi 120 Accounts Clerk 1 Senior Planning Officer 1 Accounts Executive 1 Unit Head 1 Ammonia Printer 1 Planning Officers 2 Secretarial Assistants 3 Executive Co-ordinator 1 Urban Design Executive 1 Chairman (BICC) 1 Telephone Operators 2 Manager 1
Ħadd minn dawn ta' hawn fuq ma ġie tterminat l-impjieg tiegħu. Iċ-Chairman hawn fuq imsemmi ta r-riżenja tiegħu u din ġiet aċċettata. Dan tħallas kumpens ta' Lm1820.25 ekwivalenti għal 3 xhur paga.
24.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet, governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (ZAMMIT, NINU)
Taħt id-dekasteru tal-Ministeru ta'l-Agrikoltura u Sajd hemm
(i) Ħames (5) impjegati nisa każwali li kollha jagħmlu xogħol ta' typing.
(ii) Bħalissa hemm sittax (16) il-ħaddiem li qegħdin bil-kuntratt. Fost dawn hemm żewġ esperti barranin.
Kien hemm tlett (3) ħaddiema li kienu b'kuntratt ta' xogħol marbut mal-Ministru precedenti, jiġifieri iż-żewġ xufiera u l-Personal Assistant. Dawn huma kuntratti li jiġu terminati awtomatikament malli jkun hemm bidla fil-Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ?
Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inklużi dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru, 1998' l hawn?
Fil-każijiet kollha separatament, jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' ħaddiema f'dan id-dikasteru fuq bażi każwali huma 455. Il-grad tagħhom huma kif ġej:
Consultant Opthalmic Surgeon 1
Psychologist 1
Medical Officer 2
Houseman 2
Pharmacist 39
Scientific Officer 1
Health Inspector 6
Medical Labaratory Technologist 27
Occupational Therapist 3
Podologist 14
Radiographer 5
Staff Nurse 66
Physiotherapist 17
Midwife 16
Speech Therapist 10
Enrolled Nurse 62
Pharmacy Technician 6
Nursing Officer 153
Cleaner/Labourer 1
Typist 15
Ward Clerk Assistant 8
TOTAL 455
Impjegati li huma ngaġġati b'kuntratt huma 8:-
Chief Executive 1
Financial Controller 1
Catering Consultant 1
I.T. System Administrator 1
Accounts Officer 1
Secretaries 2
Messenger 1
Mill-5 ta' Settembru 1998 `l hawn 7 impjegati (4 fis-Segretarjat tal-Ministeru u 3 fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari) li kienu ġew ingaġġati b'kuntratt gie mitmum l-ingaġġ tagħhom.
Il-Kumpens ta' kull wieħed kien ta' sitt (6) xhur salarju.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar il-Marsa Racing Club, jista' l-Ministru jgħid: (i) kif inhu maqsum u ta' xiex huwa dovut? (ii) Xi pjani għandu l-kumitat il-ġdid ta' tmexxija biex iħallas dan id-dejn li jidher li l-maġġor parti tiegħu ġie kkuntrattat jew ma tħallasx fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti? (iii) Għandu xi programm ta' pagamenti għall-kredituri tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 1997/98 il-Kumitat tal-Marsa Racing Club ħareġ bit-telf għall-ewwel darba b'deficit ta' madwar Lm40,000. Barra minn dan kienet saret ukoll spiża kapitali ta' Lm51,000 li diġa' semmejt fit-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 215.
Meta tlett snin ilu l-Club daħal fi spiża kapitali kien qassam il-pagamenti fuq ħames snin b'mod li dawn setgħu jitħallsu kif stabbilit.
Fi żmien l-Amministrazzjoni preċedenti l-problema tad-dejn kompliet tikber bil-konsegwenza li l-Club sab ruħu f'pożizzjoni fejn ma jistax jagħmel programm dwar kif jistgħu jsiru ħlasijiet tal-pagamenti lill-kredituri tiegħu.
Il-Kumitat preżenti se jimpenja ruħu biex jara li jkun hemm żieda fid-dħul u jikkontrolla l-infieq biex jagħmel tajjeb għat-telf li sofra s-sena l-oħra u biex iħallas lura parti mid-dejn.
Il-Club mhux ser ikun f'pożizzjoni li jħallas lura d-dejn li għandu mal-Gvern iżda bi ħsiebu jonora l-kambjali kollha imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Nru 837 kif diġa' beda jagħmel meta ħallas is-somma ta' Lm22,440 li suppost kellha titħallas fit-30 ta' Awissu 1998.
B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 215 dwar id-dejn tal-Marsa Racing Club, jikkonferma l-Ministru li Lm100,000 dovuti bħala VAT kważi kollha kemm huma huma tal-perjodu mid-data ta' l-introduzzjoni tal-VAT sas-26 ta' Ottubru 1996, cioe' dovuti matul il-perjodu li fih il-Marsa Racing Club kien immexxi mis-Sur Paul Midolo li l-Gvern preżenti reġa' ħatar bħala chairman?
Jikkonferma l-Ministru li mill-introduzzjoni tal-VAT taħt Gvern Nazzjonalista sas-26 t a' Ottubru, 1996, il-Marsa Racing Club m'għamel l-ebda tentattiv (i) biex jara x'VAT kellu jħallas u (ii) biex jirregola ruħu mal-liġi?
Jaqbel il-Ministru li huwa inġust li l-ħtija ta' dan in-nuqqas jintefa' fuq il-kumitat tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club li mexxa għal ftit xhur taħt is-Sur George Borg Cardona fl-aħħar amministrazzjoni? X'qed isir mill-kumitat ġdid tat-tmexxija tal-Marsa Racing Club dwar dan id-dejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Mat tagħrif diġa' mogħti fil-Mistoqsija ċitata, għandi biss x'inżid li l-Kumitat tal-Marsa Racing Club kien kiteb biex joġġezzjona u jitlob spjegazzjoni tal-kontijiet li kienu ħarġu mid-Dipartiment tal-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċeviet talbiet għal impjiegi l-ETC matul Awissu, Settembru u Ottubru 1998 u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impjegati persuni li kienu qed jirreġistraw, bis-saħħa ta' dawn it-talbiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' talbiet u mil-liema settur ġew dawn it-talbiet f'Awissu, Settembru u Ottubru huma kif ġej:
SETTUR AWISSU SETTEMBRU OTTUBRU
1. Managers/Supervisors 2 4 8
2. Professionals 20 30 14
3. Technicians 33 21 35
4. Clerks 64 67 65
6. Farmers/Gardeners - 3 1
7. Crafts/Trades 75 114 89
8. M'Operators/Drivers 31 40 44
9. Elementary Trades 60 98 103
TOTAL 330 421 452
In-numru ta' reġistranti li ġew impjegati bis-saħħa ta' dawn it-talbiet sal-lum kien ta' 126.
24.11.98