Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #838 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kumitat ta' tmexxija tal-Marsa Racing Club qabel is-26 ta' Ottubru, 1996 taħt it-tmexxija taċ-chairman Paul Midolo, li l-Gvern issa reġa' daħħlu fl-istess kariga, naturalment kien waqqaf il-ħlas ta' Lm4000 kera fis-sena dovuta mill-Gvern għal madwar 10 snin u l-Gvern Nazzjonalista ta' dak iż-żmien ħalla kollox għaddej? Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dejn ma jissemmiex fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 215 meta staqsejt x'dejn kellha l-Marsa Racing Club u meta ġie kkuntrattat?

Response (GALEA, LOUIS)

Nikkonferma li ma kienux saru ħlasijiet tal-kera dovuta lill-Gvern mill-Kumitat tal-Marsa Racing Club għal madwar 10 snin, b'deċiżjoni meħuda mill-Kumitat kollu u mhux biss miċ-Chairman. Informat li dak iż-żmien iċ-Chairman ma kienx is-Sur Paul Midolo.
Leg 9 PQ #847 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Refurbishment

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni fuq il-programm ta' refurbishment ta' l-Isptar San Luqa matul is-sentejn ta' Gvern Laburista kif ukoll x'se jsir issa mill-Gvern preżenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul l-1998 sar dan ix-xogħol ta' refurbishment fl-Isptar San Luqa: 1 VIP Suite (2 Bed Unit) 2 Main Operating Theatre Corridor Soffit 3 Lithotripter Room in Endoscopy 4 2No New Day Theatre (Gynae) 5 Upgrading Ward M7 6 Airconditioners - Doctors Quarters Phase II 7 Upgrading Ward M7 8 Setting up of a Cytotoxic Reconstitution Room 9 Commissioning of New Oxygen Plant 10 Ward Bathrooms /Kitchens Programme Phase I 11 Renal Unit Extension 12 Improvements National Blood Transfusion Centre - Phase I 13 Upgrading works Computer Communications Room 14 External repair/repainting of all windows - Phase I 15 Completion of Health Information Department Matul l-1999 hu mistenni li jsir dan li ġej: 1 Catheter Laboratory/C.I.C.U. 2 Infectious Disease Unit 3 New Drainage system 4 Rewiring - Emergency Lab 5 Bleeding Room 6 M6 Side Ward 7 Chaplains Accomodation 8 Main electrical Intake improvements 9 Gynae Ward - 4 Additional Beds 10 Road Repairs 11 Continuation of: (a) Airconditioning - Doctors Quarters (b) Ward bathroom/Kitchen Programme (c) NBTC Improvements (d) External repair/repainting of all windows
Leg 9 PQ #897 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Cardiac surgeon

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid kemm saru open heart surgeries fil-main operating theatre ta' l-Isptar San Luqa kemm ilu hawn Malta il-cardiac surgeon li ismu qed jintbagħat separatament? Jista' l-Ministru jgħid kemm hu maħsub li tiġi tiswa CABG li ssir Malta minn team Malti u kemm tiġi tiswa li kellek tibgħat il-pazjent l-Ingilterra għall-istess operazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid meta beda jopera Malta s-surgeon imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn April 1995 sa nofs Novembru 1998 saru b'kollox 1144 open heart surgeries fil-Main Operating Theatre ta' l-Isptar San Luqa. Dawn kollha saru mit-team multidixxiplinarju mmexxi mill-kirurgu msemmi mill-Onor Interpellant. Peress li l-kalkolu ta' l-ispiża jista' jkun meħtieg għal inizjattivi ta' natura kummerċjali fil-futur ma nħossx li għandi nizvela l-informazzjoni dwar l-ispiża. Minn kalkoli li saru jirriżulta illi l-ispejjeż addizzjonali għall-Gvern Malti biex jopera l-istess volum ta' pazjenti barra l-pajjiż kien kif gej- April 1995 sa Marzu 1996 - Lm 825,505 April 1996 sa Marzu 1997 - Lm 1,101,032 April 1997 sa Marzu 1998 - Lm 1,236,644
Leg 9 PQ #898 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa Racing Club

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 215 mill-Ministru; (i) jikkonferma l-Ministru li l-parti l-kbira tad-dejn dovut fil-Marsa Racing Club ġie kkuntrattat ossia ma baqax jiġi mħallas lura qabel s-26 ta' Ottubru, 1996 taħt it-tmexxija taċ-Chairman Paul Midolo u l-kumitat ta' dak iż-żmien; (ii) Jaf li minkejja dan il-Ministru reġa' ħatar lill-istess persuna fit-tmexxija tal-Marsa Racing Club u kważi n-nies kollha li kienu fl-istess kumitat qabel id-data fuq indikata, inkluż is-security/driver tal-Prim Ministru; (iii) fuq liema kriterju nħatar dan is-security/driver fuq dan il-kumitat mill-Gvern Nazzjonalista u x'inhuma l-kwalifiki tiegħu?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li d-dejn dovut fil-Marsa Racing Club ma ġiex ikkuntrattat kollu taħt it-tmexxija tas-Sur Paul Midolo u l-Kumitat ta' dak iż-żmien. Kien is-Sur Midolo u l-Kumitat immexxi minnu li ħallas lura d-dejn li ħalla l-Kumitat ta' qabel u li dan kien qed jiswa lill-Club eluf ta' liri fis-sena. Qed nirreferi għas-somma ta' Lm45,000 li l-promuturi kienu għaddew b'self lill-Club. Dawn il-flus ma kienx ħariġhom il-Gvern imma d-dilettanti taż-żwiemel. Il-Kumitat preżenti huwa kompost fil-maġġor parti tiegħu minn membri li huma sidien b'interess fit-tiġrijiet u fil-Club. Is-security/driver tal-Prim Ministru huwa sid u ilu żmien midħla tal-Marsa. Kull meta serva fil-Kumitat dejjem ta s-servizz tiegħu b'mod onest.
Leg 9 PQ #981 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Żgħażagħ — Ċerimonja kommemorattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir iċ-ċerimonja kommemorattiva għall-familjari ta' dawk iż-żgħażagħ li ħallew din id-dinja tul din l-aħħar sena wara li din l-attivita' nżammet tul dawn l-aħħar sentejn? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid fejn se tinżamm l-attivita' u meta se tinżamm?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ċ-ċerimonja kommemorativa se ssir fis-27 ta' Novembru, 1998. L-ittri lill-familji ta' dawk iż-żgħażagħ li b'sufraġju għal ruħhom se ssir iċ-ċerimonja ilhom li ntbagħtu mill-bidu ta' Novembru.

Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin — Delegazzjonijiet - Żjarat barra minn Malta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Ministeru kkonċernat, inkluż is-Segretarjat Parlamentari, żaru barra minn Malta għal diskussjonijiet dwar ir-riativazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea? Fejn żaru d-delegazzjonijiet konċernati u ma' min iltaqgħu prinċipalment? Min kien jifforma d-delegazzjonijiet imsemmija? Kemm intnefqu flus għal dawn iż-żjarat? Xi frott u żvilupp ħallew dawn iż-żjarat?

Response (MARCO, GUIDO DE)

Mill-elezzjoni 'l hawn, kien hemm erba' delegazzjonijiet li żaru barra minn Malta għal taħditiet dwar ir-riattivazzjoni ta' l-applikazzjoni ta' Malta fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Id-dettalji huma: 14 ta' Settembru ---------------- Vjenna mal-President tal-Kunsill tal-Ministri, Wolfgang Schussel. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u Walter Balzan, Assistent tal-Ministru. 15 ta' Settembru ---------------- Ruma mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Lamberto Dini Nefqa: LM2,357 ------- 29 ta' Ottubru -------------- Ministru ta' l-Istat għal-Affarijiet Barranin u l-Commonwealth, Joyce Quin. Is-Segretarju Parlamentari, Dr. Joe Borg, John Inguanez mid-Direttorat tal-Unjoni Ewropea u Elvia Agius, Assistent tas-Segretarju Parlamentari. Nefqa: Lm438 (eskluż spejjeż tal-biljett ta' l-ajru) ----- 5 ta' Novembru -------------- Il-Kummissarji tal-Unjoni Ewropea Marcelino Oreja, Franz Fischler, Emma Bonino u Mario Monti. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u Charles Cremona, Assistent tal-Ministru 6 ta' Novembru: ---------------- Il-Kummissarju tal-Unjoni Ewropea, Hans Van den Broek Nefqa: Lm1,400 (eskluż spejjeż tal-biljetti ta' l-ajru) ------- 11 ta' Novembru ---------------- Dublin mal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, David Andrews. Il-Viċi Prim Ministru, Saviour Falzon, Kap tad-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea u David Casa, Assistent tal-Ministru Nefqa għadha mhiex stabbilita L-iskop ta' dawn iż-żjarat huwa li tiġi mfiehma l-posiżżjoni tal-Gvern Malti fil-kuntest tar-rijativazzjoni tal-applikazzjoni ta' Malta għas-sħubija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u sabiex Malta tikseb l-appoġġ meħtieġ għar-reinseriment tagħha fil-proċess ta' sħubija fl-iqsar żmien possibli.
Leg 9 PQ #983 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħaddiema self-employed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema self employed f'pajjiżna? Jista'jgħid kemm minnhom huma fuq bażi full-time u part-time? X'żieda jew tnaqqis kien hemm fuq is-snin 1996 u 1997?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' self-employed sa Settembru 1998 kien jammonta għal 15,381. Dan juri nuqqas ta' 387 fuq l-istess xahar tal-1996 u 91 fuq is-sena 1997. L-istatistika dwar is-self-employed ma tiddistingwix bejn dawk full-time u dawk part-time.

ETC — Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li marru jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ, xahar b'xahar f'Awissu, Settembru u Ottubru 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-mumru ta' persuni li rreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ fix-xahar ta' Awissu kien ta' 1,341, f'Settembru 1998 kien 1,234 u f'Ottubru 1998 kien ta' 1,353. 25.11.98

Ministeru tal-Politika Soċjali — Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' vetturi li għandu fil-ministeru, in-numru ta' reġistrazzjoni tagħhom, u min hu nkarigat minn kull waħda minn dawn il-vetturi fid-dikasteru tiegħu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' vetturi li bħalissa huma disponibbli fis-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi huwa ħamsa (5). Id-dettalji mitluba huma kif jidhru hawn taħt: MSW 002 - Honda Accord - Użata mill-Ministru għal Politika Soċjali GVN 043 - Ford Fiesta - Użata mis-Segretarju Privat Designate tal- Ministru MSW 001 - Rover Sterling Użati minn membri tas- MHS 026 - Holden Commodore - Segretarjat skond il- KAO 98 - Opel Omega ħtieġa 25.11.98
Leg 9 PQ #1167 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Bċejjeċ tal-baħar overspeeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu bċejjeċ tal-baħar overspeeding bejn l-1 ta' Lulju, 1998 u t-30 ta' Settembru, 1998 fil-bajjiet ta' Malta u ta' Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' bċejjeċ tal-baħar li , bejn l-1 ta' Lulju, 1998, u t-30 ta' Settembru, 1998, inqabdu jsuqu b'mod eċċessiv, kien ta' 15. 25.11.98
Leg 9 PQ #1168 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: GAVIN GULIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Permessi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ġodda biex nies jarmaw f'open air markets mill-1 ta' Mejju, 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta' Mejju, 1998, u l-10 ta' Novembru, 1998, in-numru ta' permessi ġodda li nħarġu biex persuni jarmaw f'open air markets, kien ta' 52. 25.11.98

Social workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati social workers ġodda mad-dipartiment mis-6 ta' Settembru' il hawn? Jekk fl-affermattiv, kemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nikkonferma li fil-ġranet li ġejjin għandhom jiġu ngaġġati seba' (7) 'social workers' ġodda mall-Programm Ħidma Soċjali (SWDP). Nirreferi wkoll lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li kont tajtu għall-Mistoqsija Nru. 1088. 25.11.98

Furjana — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jivverifika għalfejn mhux f'pożizzjoni li jgħid la kemm ġiet tiswa t-tiswija tas-saqaf tad-dar ta' l-anzjani tal-Furjana qabel Ottubru 1996 u lanqas kemm sewa t-trasferiment ta' l-anzjani f'hotels privati sakemm tlesta x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għalkemm l-Onor. Interpellant fil-mistoqsija tiegħu uża l-frażi 'qabel Ottubru 1996' huwa jaf li dan ix-xogħol kien sar bejn l-1991/1992. Id-Dipartiment mhux f'pożizzjoni li jgħid kemm sewa ix-xogħol tas-saqaf tad-Dar ta' l-Anzjani tal-Furjana peress li l-informazzjoni mitluba ma nstabitx fir-records tad-Dipartiment. Għall-istess raġuni ma tistax tingħata risposta dwar it-trasferiment ta' l-Anzjani fl-istess perjodu. 25.11.98
Leg 9 PQ #1359 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq Bir Miftuħ

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu erba' bozoz fi Triq Bir Miftuħ, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba għall-bozoz magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #1360 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gudja — Triq H. Pigot

Question

Jista' l-Ministru jara li jitwaħħlu żewġ bozoz fi Triq H. Pigot, fil-Gudja?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.

Tarxien — Triq Spiru Spiteri

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Spiru Spiteri, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment; u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa f`dawn l-inħawi.

Tarxien — Triq Ċikku Saliba

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Ċikku Saliba, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment; naturalment wara li jkunu tlestew is-servizzi neċessarji f`dawn it-toroq.

Tarxien — Triq Joseph Burlo'

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Joseph Burlo', f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, naturalment wara li jkunu tlestew is-servizzi meħtieġa f`dawn it-toroq.

Tarxien — Triq id-Dar tal-Kejka

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq id-Dar tal-Kejka, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, naturlament wara li jkunu tlestew is-servizzi meħtieġa f`dawn it-toroq.

Casa Notabile — Day care centre

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Kura għall-Anzjani għandux il-ħsieb li jilqa' t-talba li kien għamel il-Kunsill ta' l-Imdina, cioe' sabiex tingħata Casa Notabile għall-użu ta' day care centre?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qegħdin jerġgħu jsiru taħdidiet mall-Kunsill Lokali ta' l-Imdina wara li l-Kunsill reċentement kiteb ittra li fiha hemm espressa x-xewqa li l-Kunsill jitħalla jagħmel użu minn Casino Notabile. 25.11.98