Peress li mill-estimi ta' dħul mill-VAT għall-1999 hu stmat Lm85 miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan id-dħul se jkun attribwit għall-VAT fuq servizzi u kemm se tkun bħala VAT fuq prodotti importati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-istimi li saru juru li l-Vat li se tinġabar fi-1999 se tkun ta` Lm80 miljun. Minn dawn madwar 62 miljun għandom jiġu mill-prodotti mportati waqt li madwar Lm9.5 miljun għandhom jiġu mis-servizzi, inkluż it-Turiżmu. Lm5 miljun oħra huma stmati li għandhom jinġabru mill-aħħar dikjarazzjonijiet tas-CET.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni maqbuda mill-pulizija mill-5 ta' Settembru 'il hawn fuq każijiet konnessi mad-droga? Kemm minn dawn kienu każi ta' pussess u kemm ta' traffikar? Kemm se jitressqu persuni l-Qorti fuq dawn il-każijiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi, bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru, 1998, in-numru ta' persuni li nqabdu mill-Pulizija fuq każijiet konnessi ma' droga kien ta' 66.
Minn dawn, 56 kienu fuq pussess, filwaqt li 10 kienu fuq traffikar. Il-persuni kollha ser jiġu mressqa l-Qorti.
25.11.98
Billi l-Gvern preċedenti kien beda jħejji sabiex jwaqqaf skola tas-sajd, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex se jkompli miexi fuq l-istess triq? Jekk iva, minn huma l-uffiċjali fil-ministeru responsabbli minn dan il-proġett u x'target dates għandhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nikonsidraw li t-twaqqif ta'istitut għall-istudju xjentifiku tas-sengħa tas-sajd huwa pass importanti fl-iżvilupp tas-sajd f'pajjiżna u għalhekk qed jiġi kkunsidrat bħala parti mill-eżercizzju ta'ristrutturazzjoni li qed jiġi ppjanat fi ħdan il-Ministeru kollu tiegħi.
Billi kien ipproġettat li jsiru x-xogħlijiet mitluba minn Mixxiegħa Kulturali Mellieħa, sabiex f'Novembru li ġej tiġi restawrata il-kamra storika tas-sajjieda, jista l-Ministru jinformani jekk dawn ix-xogħlijiet humiex se jsiru mid-dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta se jsiru x'xogħlijiet ħalli din il-kamra ma tkomplix tiġġarraf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Batterija ta' Vestreme (il-Kamra tat-Tunnara - 1714) nixtieq ninfurmah illi Perit mis-Sezzjoni tar-Restawr fit-Taqsima tax-Xogħlijiet ħejja rapport dwar l-imsemmi bini li fih hu spjegat ix-xogħol kollu meħtieġ biex tiġi restawrata l-Batterija.
Ix-xogħol imbagħad ikun jista' jsir skond il-fondi allokati u skond il-prioritajiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
B'riferenza għat-talbiet tal-familji Rabtin sabiex jiġi estiż wieħed miċ-Ċimiterji tar-Rabat (Malta), jista' l-Ministru jinformani bil-programm tal-Gvern ċioe' meta se tiġi ċċarata l-pożizzjoni uffiċjali u jiġi estiż wieħed minn dawn iċ-ċimiterji?
Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' familji li applikaw sabiex ikollhom qabar tal-familja fir-Rabat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux possibli li jigi estiż xi cimiterju tar-Rabat minn dawk eżistenti.
Qed isir l-istħarriġ meħtieġ biex ikun magħruf kemm hu possibli li jinbena cimiterju iehor fil-lokalita' tar-Rabat.
In-numru ta' familji mir-Rabat li applikaw sabiex ikollhom qabar tal-familja hu ta'537.
B'riferenza għat-talbiet tal-Mellieħin sabiex jiġi estiż iċ-ċimiterju tal-Mellieħa, jista' l-Ministru jinformani bil-pożizzjoni tal-Gvern ċioe' meta se jiġi estiż dan iċ-ċimiterju ħalli l-familji Mellieħin jkollhom qabar għall-familja tagħhom?
X'inhuma l-konsiderazzjonijiet tal-Gvern għall-iżvilupp tal-cremation fil-gżejjer tagħna?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-cimiterju tal-Mellieħa li preżentament jintuża għad-dfin mhux possibli jigi estiż.
Deċiżjoni għall-iżvilupp ta' crematorium għadha ma tteħditx.
Billi s-Sezzjoni Urban & Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kienet bdiet tikkordina diversi proġetti mal-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex toħloq karatteristika agrituristika moderna bħal fil-każ ta' Ġnien Barnuża Ħamra, fil-Baħrija u ġonna oħrajn ta' Cindirella, "Snow White & the 7 Dwarfs" maħsuba biex isiru fil-Kunċizzjoni u tas-Salib l/o Rabat għall-istess għan, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dawn il-proġetti li kienu maħsuba humiex se komplu jitwettqu sabiex it-tfal Maltin u turisti jkollhom ġonna fil-kampanja li jestendulhom rikreazzjoni aktar għal qalbhom?
Response (ZAMMIT, NINU)
Il-policy ta' ko-operazzjoni mal-Kunsilli Lokali kollha u mhux ma tar-Rabat biss ser titkompla. Proġetti li jtejbu l-potenzjal agrituristiku tal-pajjiż ikunu jistgħu jitwettqu skond il-finanzi u r-risorsi li jkunu allokati għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartimenti ta' l-Immigrazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal-Immigration Branch fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda trasferimenti fil-perijodu ndikat fil-Mistoqsija.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fost il-Gwardjani tal-Ħabs?
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minn żmien għal żmien, uffiċjali tal-ħabs jiġu assenjati xogħol minn diviżjoni/sezzjoni għall-oħra fl-istess Faċilita' Korrettiva ta' Kordin. Dan skond l-esiġenzi tas-servizz.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Passaporti? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998, ma ngħata ebda transfer fl-Uffiċċini tal-Passaporti li jagħmlu parti mid-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili.
25.11.98
Dipartiment tal-Karti ta' l-Identita' — Trasferimenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, 1998 sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-I.D. Cards? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija, kien hemm pulizija mara waħda li ġiet assenjata xogħol fl-uffiċċju tal-karti ta' l-identita' fid-Depot tal-Pulizija u dan sar minħabba esiġenzi tas-servizz.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Uffiċċju Konġunt? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?
Response (BORG, TONIO)
Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 239 f'Seduta 8.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferih għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 815 f'Seduta 12.
25.11.98
Jista' l-Ministru jitlob lill-Korporazzjoni Enemalta biex tieħu passi biex titwaħħal lampa f'dawn il-lokalitajiet peress li huma mudlama ħafna: kantuniera ma' Triq Alessio Erardi u Triq Kapuċċini, Żabbar; Triq Papa Alessandru VII, Żabbar; oħra fejn Block B2 Housing Estate, Fgura u oħra fejn Omega House, Triq Karmnu, Fgura fejn hemm ix-showroom tal-karozzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba magħmula mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir dan ix-xogħol ta' asfaltar u patching f'dawn it-toroq: Triq Papa Alessandru VII, Żabbar (Asfaltar); Triq quddiem Block B2 fil-Housing Estate, Fgura (Asfaltar); u Triq iż-Żarun u Triq il-Farfett tal-Fejgel, Żabbar (Asfaltar)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f`laqgħa mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dawn ix-xogħolijiet ġew diskussi fost xogħolijiet oħra. Id-Direttur tat-Toroq ser jiltaqa` mal-Kunsill Lokali sabiex ikomplu jifformulaw il-pjanijiet biex jitwettqu x-xogħolijiet.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta ġie ffirmat il-ftehim mas-SAIPEM mill-Gvern Malti biex jitħaffer il-bir ġewwa Għawdex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Diskussjonijiet mas-SAIPEM Spa dwar ftehim biex jitħaffer
il-bir f'Kerċem bdew fil-25 ta' Mejju 1995 u ntemmu fid-
19 ta' Novembru 1997 bl-iffirmar tal-ftehim.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jaslu Malta il-fire fighting boat u s-salvage tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili? Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ laneċ SAR bdewx jintużaw mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Multi Purpose Fire Fighting and Oil Pollution Control Tug għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili waslet Malta fl-20 ta' Novembru, 1998, filwaqt li l-Fire Fighting/Patrol Vessel hija mistennija li tasal għal bidu ta' Marzu, 1999.
Ninsab infurmat ukoll li t-tweġiba għat-tieni parti tal-Mistoqsija hija fl-affermattiv.
25.11.98
Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' xogħlijiet hemm inħejjija fuq l-estensjonijiet tad-drenaġġ u fuq l-asfaltar tat-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet għandu programm ta' xogħlijiet kif ġej:
Fgura: Triq il-Gardjola
Triq Hompesch
Diversi toroq ġodda.
Żabbar: Triq il-Beribies
Triq Baldacchino
Xogħol ieħor.
Bormla: Xogħol fuq 'Relief Main'.
Rigward asfaltar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jikkonferma l-Ministru illi parti mid-dejn tal-Marsa Racing Club li ma jissemmiex fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 215 joħroġ minn kambjali li jammontaw għal madwar Lm25,000 fis-sena li kienu ġew iffirmati a favur ta' Polidano Brothers mill-kumitat ta' tmexxija tal-Marsa Racing Club immexxi mis-Sur Paul Midolo qabel is-26 ta' Ottubru, 1998 u li reġa' ġie appuntat chairman tal-Marsa Racing Club?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-dejn li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant huwa ta' l-ispiża li kienet saret biex isir l-uplifting meħtieġ tal-korsa u xogħlijiet oħra bħal paddocks, training area u l-pont għad-dħul tal-korsa.
Dan ix-xogħol sar wara li ntlaħaq ftehim bejn il-Kumitat u l-membri (sidien u ġerrejja) tal-Club. Kienu nġiebu esperti minn barra biex ix-xogħol seta' jsir fuq livell internazzjonali.
Il-kambjali ta' ħlas kienu hekk:
1. Lm23,800 - tħallset fit-30 ta' Awissu 1997
2. Lm22,440 - tħallset fl-1 ta' Novembru 1998
(kellha titħallas fit-30/8/98)
3. Lm21,080 - titħallas fit-30 ta' Awissu 1999
4. Lm19,720 - titħallas fit-30 ta' Awissu 2000
5. Lm18,360 - titħallas fit-30 ta' Awissu 2001