Legislature:
Category:
Reset
Active:

Telemalta/Maltacom — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-impjegati mat-Telemalta f'Ottubru 1996 u mal-Maltacom f'Ottubru 1998? Kemm impjegati spiċċaw bl-eta', mewt jew kawżi oħra matul l-istess żmien? Kemm ġew impjagati nies matul l-istess żmien jew seconded minn mad-dipartimenti tal-gvern jew kumpanniji li l-gvern għandu maġġoranza ta' l-ishma jew sempliċi ishma? Għal liema raġuni ġew seconded jew fuq liema kriterji ġew ingaġġati? Setgħu dawn il-vacancies jimtlew mill-ħaddiema tal-Maltacom stess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Maltacom — Early retirement scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Maltacom ibbenefikaw mill-early retirement scheme tal-Maltacom u kemm hemm applikazzjonijiet li fil-preżent qed jiġu pproċessati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Scholarships fuq l-agrikoltura

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin qattx bagħat xi persuni fuq foreign scholarships fuq studju agrikolu? Meta kienu ngħataw dawn l-ischolarships? Hemm xi pajjiż jew entita' barranija li bħalissa qiegħda tirċievi applikazzjonijiet għal scholarships fuq agrikoltura?

Response (MARCO, GUIDO DE)

a) Iva ntbagħtu persuni fuq foreign Scholarships fuq studju agrikolu. b) Dawn ingħataw kif ġej: Ċipru: 1989/91: 1997 Greċja: 1993/94: 1995/98 Israel*: 1995: 1998 Spanja*: 1995: 1996 Sirja*: 1995 c) Israel* * Dawn offerti taħt ko-operazzjoni teknika lill-dipartimenti konċernati u mhux lill-pubbliku.

Qormi — Asfaltar ta' Triq Nikol Baldacchino

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiġi asfaltata Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi viċin is-showroom tad-Daewoo Motors u l-imħażen tad-ditta kombinati? Jekk ix-xogħol mhux pprogrammat fil-viċin, jista' d-Dipartiment tat-Toroq jagħti ftit żrar temporanjament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parti tat-triq li kienet diġa asfaltata trid issirilha l-manutenzjoni mill-Kunsill. L-asfalt fil-parti mhix asfaltata irid isir mid-Dipartiment tat-Toroq skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona u jara x`jista jsir.

Enemalta — Jobbers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u meta se jkun hemm żieda fil-commission li qed titħallas lill-licensed jobbers tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 1825.

Enemalta — Diesel

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-prezz tal-jobbers li bih jixtri d-diesel mingħand il-Korporazzjoni Enemalta m'huwiex l-istess prezz bħalma huwa l-prezz imħallas mill-filling stations u kemm hi d-differenza?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-preżent il-prezz imħallas mill-jobbers huwa ta' 16c852 kull litru. Id-differenza hija ta' 0c62 minn dak li jħallsu l-pompi tal-petrol manwali u ta' 0c02 mill-pompi awtomatiċi. Ir-raġuni għal din id-differenz hija li dawn jaqgħu taħt arranġamenti differenti fejn kull kategorija tgawdi minn benefiċċji partikolari. Peress li l-Enemalta wegħdet li tibqa' tirrikonoxxi l-arranġamenti li kellhom il-jobbers mad-ditti privati, s'issa s-sitwazzjoni tagħhom baqgħet l-istess.
Leg 9 PQ #1835 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet — Appartament tal-Gvern - Tank ta' l-ilma

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari tiegħi numri 376 u 1126 li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġew riferuti lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid kif il-persuna, li d-deettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li toqgħod ġo flat tal-Gvern isfel (taħt il-livell tat-triq) li la għandha bitħa u lanqas shaft, ma ngħatatx permess tagħmel tank ta' l-ilma fuq il-bejt tal-flat tagħha?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, l-persuna li qed tirreferi għaliha l-Onor. Interpellanti, m'għandiex aċċess għal bejt tal-blokk fejn toqgħod. Għaldaqstant, il-permess biex din il-persuna tkun tista' tagħmel it-tank fuq il-bejt tal-blokk jista' jingħata biss bil-kunsens ta' l-uniċi żewġ inkwilini fl-istess blokk li għandhom aċċess komuni għall-bejt. Il-persuna ndikata diġa' ġiet infurmata b'dan mid-Dipartiment ta' l-Estates Management. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment konċernat għandu parir legali li ma jistax jimponi fuq l-inkwilini l-oħra biex jagħtu dan il-kunsens. 30.11.98

Djar — Akkomodazzjoni alternattiva

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 579, jaf il-Ministru li l-fond li titlob li tiġi rikonoxxuta fih il-persuna huwa dak li qed jintbagħat separatament u li żgur jappartjeni lid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-persuna indikata mhux tapplika mill-post indikat. Anzi dan il-post, l-Onor. Interpellant jaf illi min kien joqgħod fih, ġie allokat post ieħor u hu obbligat jirritorna ċ-ċwievet fid-Dipartiment biex dan jiġi allokat lil xi ħadd mill-lista li jżomm. 30.11.98
Leg 9 PQ #1851 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Customs & Excise Tax

Question

B'riferenza għall-comparative return of expenditure għall-perijodu 1/1/98 - 31/10/98, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu: a) jispjega l-qabża fl-ispiża tal-linja (rikorrenti) "Customs & Excise Tax (VAT))" bejn Settembru għal Ottubru, 1998, minn Lm2,257,336 f'Settembru għal Lm6,946,232 f'Ottubru? Jista' l-Ministru jispjega: b) kif ġara li taħt il-linja ta' spiża rikorrenti "Water", f'Settembru, 1998 l-ispiża attwali mqabbla mad-disgħa xhur tas-sena ta' qabel kienet ta' Lm5,499,500 (1998) vs. Lm7,978,481 (1997), waqt li f'Ottubru, 1998 l-ispiża attwali mqabbla ma' l-għaxar xhur tas-sena ta' qabel kienet ta' Lm15,032,500 (1998) vs. Lm10,650,039 (1997)?

Response (DALLI, JOHN)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, sa Settembru 1998, aktar minn Lm4.5 miljuni refunds dovuti taħt is-sistema tal-liġi tal-VAT ta` l-1995, kienu qed jiġu kkuntjati fit-Treasury Clearance Fund. Kif spjegajt fid-Diskors tal-Budget għall-1999, aħna rridu li l-figuri jirrappreżentaw s-sitwazzjoni rejali. Għalhekk, billi s-sistema tal-VAT kienet twaqqfet, u ma kenitx se tġġenera dħul biex jagħmel tajjeb għal dawn ir-refunds, ħadna passi immedjati biex dan l-ammont jiġi kkuntjat fil-Fond Konsolidat. L-istess jista` jingħad għat-tieni parti tal-mistoqsija: Sa Settembru 1998, Lm3.5 miljuni f`għajnuna li l-Water Services Corporation irċeviet mingħand il-Gvern is-sena l-oħra, kienu għadhom ikkuntjati fit-Treasury Clearance Fund. Hu fatt magħruf li din il-Korporazzjoni mhix f`qagħda li tħallas lura dawn il-flejjes. Għalhekk, proprju f`Ottubru, dan l-ikkuntjar ġie trasferit għall-Fond Konsolidat. Aktar minnhekk, `l fuq minn Lm5 miljuni, li jirrappreżentaw imgħaxijiet dovuti skond il-liġi mill-Water Services Corporation fuq debentures, li wkoll kienu intenzjonati li jispiċċaw jiġu kkuntjati fit-Treasury Clearance Fund, f`Ottubru li għadda ġew ikkuntjati fil-Fond Konsolidat.
Leg 9 PQ #1855 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Marsaxlokk — Port Ruman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-embellishment project tas-South, li issa wasal fit-tieni fażi tiegħu, huwiex se jieħu ħsieb Port Ruman f'Marsaxlokk bħalma kien mistenni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iva, il-Kumitat ta' l-embellishment tas-South ser jieħu ħsieb Port Ruman f'Marsaxlokk. Fil-fatt sa llum diġa' issottometta applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward: (i) rilokazzjoni tal-futbol ground (ii) sit ġdid għall-bejjiegħa tal-Monti ta' nhar ta' Ħadd. Sadanittant qed jitħejjew pjanti għal Bus Terminus ġdid fl-inħawi li jifforma parti mill-proġett.
Leg 9 PQ #1868 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Periklu fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout? Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva? Jaf il-Ministru li l-inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkunu telgħin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1869 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Baħar iċ-Ċagħaq — Kurva perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il-kurva perikoluża mmens li hemm fi hemm fi Triq Baħar iċ-Ċagħaq viċin it-Torri ta' l-Għallis? Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jidentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1870 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Boreholes — Twaħħil ta' meters

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk twaħħlux meters mal-boreholes kollha li tħaffru mill-privat u ġew reġistrati madwar sena jew sentejn ilu? Jekk twaħħlu dawn il-meters humiex qegħdin jinqraw? Jekk qegħdin jinqraw x'inhu l-volum ta' ilma li qiegħed jittella' minn dawn il-boreholes lokal b'lokal u sena b'sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1871 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Boreholes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru tal-boreholes li saru mill-privat u ġew irreġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux talbiet mill-privat biex jitħaffru boreholes ġodda wara li kien għalaq iż-żmien biex boreholes simili jiġu rreġistrati? Jekk kien hemm talbiet ġodda, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn ġewx milqugħa jew ġewx milqugħa partijiet minnhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li n-numru ta' boreholes li saru mill-privat u ġew irreġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jammonta għal 2530. Kien hemm 11-il talba mill-privat biex jitħaffru boreholes ġodda. Minn dawn it-talbiet ġodda, 4 ġew milqugħa, 2 ġew rifjutati filwaqt li 5 talbiet oħra qed jiġu kkunsidrati.
Leg 9 PQ #1872 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mġarr (Għawdex) — Bini/irranġar ta' portijiet u terminals

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini u rranġar ta' portijiet u terminals kemm fl-Imġarr, Għawdex kif ukoll fiċ-Ċirkewwa Malta? Ix-xogħol/xogħlijiet imsemmi huma mexjin skond l-iskeda jew inkella dawn ix-xogħlijiet waqgħux lura? Dawn ix-xogħlijiet waqgħu lura, x'kienet ir-raġuni għaliex ġara hekk u bil-kemm il-ġurnata waqgħu lura dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi għalkemm diġa' sar xi xogħol ta' tqattigħ ta' blat u dredging fiċ-Ċirkewwa, ix-xogħol bħalissa huwa wieqaf għar-raġuni li għad ma ngħata ebda permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ikun jista' jitkompla. Il-pjanti tal-Proġett huma ffinalizzati kif wieħed seta' jistabilixxi meta saret il-Public Hearing f'Għawdex stess f'Awissu li għadda u qabel ma joħroġ il-permess fuq il-proġett kollu, ix-xogħol ma jkunx jista' jitkompla.
Leg 9 PQ #1886 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Cardiac defibrillators

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni jekk hemmx cardiac defibrillators disponibbli biex joħorġu ma' l-ambulanzi u jekk le, jistgħu jiġu pprovduti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ambulanzi normalment ma joħorġux bil-cardiac defibrillators magħhom sakemm l-informazzjoni dwar il-każ li għalih tkun ħarġet l-ambulanza, ma tirrekjedix li dan isir. Hemm pjanijiet proġettati biex in-numru ta' erba' defibrillators li hemm fl-E.& A. Department jiżdied.
Leg 9 PQ #1890 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qbid ta' droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija qabditx xi kwalita' ta' droga "ġdida" magħrufa bħala flatliners matul din is-sena? Jikkonsidra il-Gvern Nazzjonalista li jħarrax il-pieni għal dawk li jittraffikaw fid-droga?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li matul din is-sena, il-Pulizija ma għamlet l-ebda qbid ta' droga 'ġdida' magħrufa bħala flatliner. Dwar it-tħarrix tal-pieni, infakkar l-Onorevoli Interpellant li fl-1996 il-Parlament kien żied il-piena minn 20 sena għal għomor il-ħabs għal traffikar gravi tad-droga. Qed jiġu diskussi miżuri oħra għal sospensjoni ta' liċenzji tal-Pulizija għal 'licence holders' li jkunu akkużati bi traffikar ta' droga. 30.11.98
Leg 9 PQ #1891 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każi ta' droga

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 227, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk maqbuda fuq każijiet konnessi ma' droga kienu barranin? Jista' l-Ministru jgħid x'kienu t-tipi ta' droga maqbuda din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin li nqabdu mill-Pulizija bejn il-5 ta' Settembru, 1998 u s-27 ta' Ottubru 1998, fuq każijiet konnessi ma' droga, kien ta' 4. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 236 f'Seduta Numru 7. 30.11.98

Petrol/sigaretti — Dħul miż-żieda fil-prezz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkalkola l-gvern li se tkun iż-żieda fid-dħul (revenue tal-gvern) miż-żieda fil-prezz tal-petrol u tas-sigaretti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'xi seduta oħra.