Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' Marittima — Qliegħ dirett

Question

Jista l-Ministru jgħid kemm kellha qliegħ dirett l-Awtorita' Marittima ta' Malta matul l-1998 u l-1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant ghar-Rapport Finanzjarju ta` l-Awtorita Marittima li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra f`seduta Nru 10 (11 ta` Novembru 1998)

Cruise liners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il cruise liner żar il-port tagħna matul din is-sena u jekk kien hemm żieda, kemm kienet din iż-żieda fuq is-sena l-oħra? Kemm kien hemm turisti fuq dawn il-cruise liners?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sa l-aħħar t`Ottubru 1998, 191 cruise liners żaru Malta. Dan kien sitta aktar mill-istess perjodu għas-sena 1997. In-numru ta` passieġieri kien 129,503.

Vapuri — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna vapuri reġistrati hawn Malta din is-sena u kemm għandhom tunnellaġġ gross? Kemm ħallsu flus f'registration fees dawn il-vapuri?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kif diġa jidher fir-rapport annwali ta` l-Awtorita Marittima ta` Malta, li jiena poġġejt fuq il-mejda tal-kamra, fl-aħħar ta` Settembru 1998, jiġifieri f`għeluq is-sena finanzjarja ta` l-Awtorita, kien hemm 3105 il-bastiment b`tunellaġġ gross totali ta` 24,772,138 reġistrati taħt l-Att ta` l-1973 dwar il-bastimenti merkantili. Jiena infurmat li Matul il-perjodu Ottubru 1997 - Settembru 1998, jiġifieri is-sena finanzjarja ta` l-Awtorita, tħallsu LM2,640,376 fi drittijiet ta` reġistrazzjoni.

Berths — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandna berths reġistrati f'Malta u Għawdex matul din is-sena u kemm saru talbiet ġodda?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` irmiġġi għall-jottijiet f`Malta u Għawdex huma: MALTA: Msida Marina 642 Lazzaretto Quay 83 Ta` Xbiex Quay 57 Pieta` Quay 55 Whitehall Quay 15 Breakwater Quay 9 Sliema Quay (Summer) 60 Vittoriosa Quay 8 TOTAL 929 GĦAWDEX: Pontoons F,G,H,I & Breakwater - 205 Total globali Malta u Għawdex - 1134 In-numru ta` talbiet li ġew milqugħa matul din is-sena 1998 għall-irmiġġi temporanju ta` l-istess irmiġġi huwa: Talbiet minn jottijiet Maltin 165 Talbiet minn jottijiet barranin 1143 Total 1308 Barra minnhekk matul is-sena 1998 kien hemm 65 talba għall-irmiġġi fuq bażi permanenti li tpoġġiet fuq il- waiting list eżistenti.
Leg 9 PQ #1730 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern

U.E. — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn ħaddiema li ġejjin minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropea li għandhom il-permess li jaħdmu hawn Malta? Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond kull pajjiż u n-numru li ġejjin minnu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-lista ta' persuni barranin li kellhom liċenzja ta' impjieg (employment licence) biex jaħdmu f'pajjiżna, ippublikata fit-2 ta' Novembru, 1998, kien hemm 832 persuna minn pajjiżi li jiffurmaw parti mill-Unjoni Ewropeja. In-numru ta' persuni u l-pajjiż li ġejjin minnhom huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 30.11.98

U.E. — Kwestjonarju

Question

B'riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1235, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn dan il-kwestjonarju ma jiġix impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra meta hemm fin-nofs l-interess nazzjonali?

Response (MARCO, GUIDO DE)

L-interess nazzjonali jitlob li l-kwestjonarju jigi mpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #1732 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsa — Track

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1071, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispiża li saret fl-1998 għall-materjal, xogħol, kiri ta' makkinarju u ETP?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ispiża li saret għall-manutenzjoni tal-Marsa Race Track kienet tipprovdi għall-materjal, xogħol u kiri ta' makkinarju biex isir xogħol fuq 2405.05 metri kubi ta' track bir-rata ta' Lm2.70. Il-kiri ta' makkinarju kien imqassam hekk: Wirtgen Surface miner (4 t'ijiem) Caterpillar 926 (5 t'ijiem) Bitelli paver (5 t'ijiem) Bomag roller (5 t'ijiem) Bitelli roller (5 t'ijiet) JCB Robot (5 t'ijiem)
Leg 9 PQ #1733 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett — Inspectorate Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min kienu l-persuni li kienu jagħmlu parti mill-Inspectorate Unit fi ħdan l-uffiċċju tas-Segretarju tal-Kabinett? X'kienet ir-raġuni li dan il-unit ġie xolt? Min qed jagħmel ix-xogħol li dan il-unit kien qed jagħmel?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li t-tlett uffiċċjali li kienu jiffurmaw l- Inspectorate Unit kienu: Is-Sur Carmel Senior Principal Formosa - Is-Sur Joseph Agius Senior Principal u - Is-Sur David Senior Technical Officer Schembri - Inħass li l-iskop ta' l-ispezzjonijiet li kienu qed isiru mill-Unit kien wieħed li kien iżjed xieraq li jintlaħaq bħala parti mir-responsabbiltajiet diretti ta' Dipartimenti ndividwali taħt il-gwida tal-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #1734 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Xrobb l-Għaġin — Park Nazzjonali

Question

B'riferenza għat-tweġiba li ngħatajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1328, jista' l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar tat-tweġiba hux qed jgħid li ż-żewġ parks nazzjonali l-oħra se jingħataw prijorita' fuq il-Park Nazzjonali f'Delimara? Saru xi talbiet jew applikazzjonijiet sabiex l-art imsemmija jew dik ta madwarha jiġu żviluppati f'xi ħaġa oħra li mhux Park Nazzjonali? Fil-każ li iva, x'tip ta' applikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Hu maħsub li t-tliet parks nazzjonali ser jingħataw prijorita' l-istess. Iva, fir-rigward tas-sit f'Delimara saret applikazzjoni separata, għar-rigward ta' parti mis-sit. Din hija 'outline application', biex bini eżistenti, ex-Deutshewelle, jiġi trasformat f'bini residenzjali u biex parti mill-art ta' l-inħawi tinbidel f'art agrikola.

Agrikoltura — Promozzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx promotions matul is-sena 1996, 1997 u 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura minn Senior Tradesman għal chargehand? Meta se joħorġu applikazzjonijiet għal dawn il-promotions partikolari?

Response (ZAMMIT, NINU)

Skond l-agreement dwar il-klasifikazzjoni, ristrutturazzjoni u assimiliazzjoni tal-Klassi Teknika li ġie ffirmat fis-26 ta'Awissu, 1994, il-grad ta'Chargehand ġie assimilat f'dak ta' Assistant Technical Officer. Ma ngħatawx promotions matul is-snin 1996, 1997 u 1998 fid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura minn Senior Tradesman għal Assistant Technical Officer. Fl-4 ta' Dicembru, 1997 is-Sur Nazzareno Cortis minn Senior Tradesman laħaq Assistant Foreman. L-iskala ta' paga ta' Assistant Technical Officer u Assistant Foreman hija l-istess, jiġifieri Skala 13. Bħalissa qed issir ristrutturazzjoni tad-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd. Għaldaqstant joħorġu l-applikazzjonijiet hekk kif jiġi ffinaliżżat dan l-eżerċizzju.

Skema Awżiljari — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal ħaddiema taħt l-iskema Awżiljari u Taħriġ li għadhom f'din il-kariga magħluqa għal kull promozzjoni? Fejn qegħdin jaħdmu dawn il-ħaddiema? Hemm xi ħsieb li dawn l-impjegati jiġu mogħtija impjieg permanenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iskema ta' l-AWTS kienet ġiet xolta xi snin ilu, jidhirli fl-1992, u l-maġġoranza kbira ta' dawn il-ħaddiema kienu ġew assorbiti f'wieħed mill-gradi ndustrijali fis-Servizz Pubbliku. Ninsab infurmat iżda li għad baqa' grupp ta' ħaddiema li għadhom ma ġewx assorbiti bl-istess mod u li-l-Management and Personnel Office ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kien qed jikkunsidra l-każ tagħhom. Għalhekk nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru responsabbli. 30.11.98
Leg 9 PQ #1742 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Eżerċizzju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien ir-riżultat ta' l-eżerċizzju li sar mill-uffiċċju tiegħu fis-sena 1996 għar-rigward ta' employers on light duties? Kemm kien in-numru totali ta' returns mid-dipartimenti (individwalment)? X'kienu l-passi li ttieħdu f'dan l-eżerċizzju? Kemm kien hemm impjegati li rtiraw iċ-ċertifikati mediċi ta' light duties?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-eżerċizzju dwar l-impjegati tal-Gvern fuq light duties kien inbeda fl-1995, u minn dan l- eżerċizzju jirriżulta li dak iż-żmien kien hemm 282 impjegat fuq light duties, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ministeru Numru Uffiċċju tal-Prim Ministru 5 Ministeru għall-Affarijiet Barranin 1 Ministeru tal-Finanzi 6 Ministeru tal-Intern 16 Ministeru tal-Edukazzjoni u Riżorsi 10 Umani Ministeru tal-Agrikultura u Sajd 13 Ministeru tal-Gustizzja u l-Arti 11 Ministeru għal Għawdex 18 Ministeru tal-Ambjent 86 Ministeru tal-Iżvilupp Soċjali 82 Ministeru tat-Transport u 35 Telekommunikazzjoni Total 282 B'riżultat ta' dan l-eżerċizzju kien deċiż f'Jannar tal- 1996, li l-impjegati fuq light duties għandhom: i) jiġu assimilati fl-iskali l-ġodda tal-grad sostantiv tagħhom; ii) ikollhom l-increments li jmiss miżmumin u f'każ li jkunu miżmuma għal iżjed minn sena għandha tintalab ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. iii) ma jikkwalifikawx għall-progression minn skala għal oħra qabel ma jkunu qed jagħmlu x-xogħol kollu tagħhom u għal dak in-numru ta' snin imsemmija fil- Ftehim tar-Riforma. Ma nħassitx il-ħtieġa li d-dipartimenti jiġu mitluba jgħidulna kemm kienu l-impjegati li rtiraw iċ-ċertifikat mediku. Sar eżerċizzju ieħor fl-1997/98 li minnu rriżulta li fl- 1998 in-numru ta' persuni fuq light duties tela' għal 599.
Leg 9 PQ #1743 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Marsaxlokk — Gabbana

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gabbana li hemm fil-pjazza ta' Marsaxlokk hux se tibqa' fejn hi, u jekk se tibqa', b'liema mezz se tiġi allokata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li, skond il-proġett ta' embellishment f'Marsaxlokk, il-gabbana li qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant mhux ser tibqa' fejn hi. Ninsab infurmat ukoll, li bħal ma jsir f'każijiet simili, il-gabbana fil-post il-ġdid tiġi mikrija lill-istess kerrejja. 30.11.98

Marsaxlokk — Xatt

Question

Peress li l-Amministrazzjoni Laburista kienet ddikjarat mas-Sajjieda Xlokkajri li x-xatt u ċioe' Xatt is-Sajjieda kien se jitħalla għas-sajjieda, jista' l-Ministru jagħti l-istess assigurazzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nitlob lil-Onorevoli Interpellant jgħid meta saret u x'kienet tgħid id-dikjarazzjoni li qed jgħid li għamlet l-Amministrazzjoni Laburista u jekk teżisti jipproduċi kopja tagħħa. Xatt is-Sajjieda hu kif inhu llum grazzi ghall-Amministratzzjoni Nazzjonalista tas-sittinijiet meta l-Ex-Ministru Carmelo Caruana ħa d-deciżjoni, u sar ix-xogħol, biex twessa'Xatt is-Sajjieda u kompla ssebbaħ dan ir-raħal.
Leg 9 PQ #1745 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Intern

Marsaxlokk — Suq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-suq tal-Ħadd ġewwa Marsaxlokk hux se jiġi trasferit għal fejn kien propost taħt Amministrazzjoni Laburista? Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-preparamenti sabiex dan isir?

Response (BORG, TONIO)

Nissuġerixxi li l-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma' dawk kollha konċernati sabiex jiġu regolarizzati dawn is-swieq. 30.11.98

Ta' Ġiorni — Housing estates

Question

L-Amministrazzjoni preċedenti kienet fl-istadju illi, lir-residenti ta' flats ta' Housing Estate f'Ta' Ġiorni, San Ġiljan, jiġi nstallat lilhom is-sistema tal-lifts partikolarment fejn dawn il-flats huma mibnija fuq 16-il filata? Jista' l-Ministru jispjega jekk dan għadux fl-intenzjoni li jsir?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta' PQ Nru. 409. 30.11.98
Leg 9 PQ #1747 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpannija Deutsche Post Consiult Int.

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-kumpannija Ġermaniża Deutsche Post Consiult International intbgħatet lura? Kif ġie ffriżat ix-xogħol li kienu qed jagħmlu? U għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-esperti Ġermaniżi kien ilhom minn Ġunju jagħmlu xogħol għall-Maltapost. Wara l-Elezzjoni Ġenerali, jiena tajt struzzjonijiet biex jieqaf ix-xogħol sakemm tiġi studjata s-sitwazzjoni kollha. Minħabba l-posta tal-milied, ma kienx possibli li x-xogħol jitkompla f'Ottubru u ma kienx għaqli li x-xogħol jitkompla, jekk ikun il-każ, qabel il-bidu tas-sena l-ġdida. Flok l-esperti tħallew Malta għal aktar minn erba' xhur, il-Maltapost issuġġeriet li dawn l-esperti jmorru lura l-Ġermanja u jirritornaw Malta wara l-ewwel tas-sena. Jiena nfurmat li l-esperti qablu ma' din il-proposta loġika u fil-fatt irritornaw il-Ġermanja biex jistennew struzzjonijiet fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #1748 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċina — Konsum

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jikkonsma mediċina lill-poplu Malti fis-sena? Liema hi l-iktar mediċina li tintuża u għaliex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Minsteru tas-Saħħa mhux f'pożizzjoni li jżomm statistika ta' kemm jikkonsma mediċini l-poplu Malti fis-sena fl-isptarijiet u kliniċi tal-Gvern u tal-privat. Jekk l-Onorevoli Deputat hija nteressata tkun taf il-kwalita' mixtrija mill-Gvern ta' mediċina partikolari din tista' tingħata.

ETC — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 1345?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tieni parti tal-Mistoqsija Nru. 1345, jiġifieri nformazzjoni dwar dawk il-korsijiet ta' l-ETC li għaddejjin bħalissa, fil-fatt kienet ingħatat. Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru sabiex terġa' tagħti daqqa t'għajn lit-Tweġiba. 30.11.98
Leg 9 PQ #1751 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Mandat fuq bejgħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għamlet mandat fuq bejgħ ta' proprjeta' għax kien hemm xi bini fuq il-proprjeta' mhux skond il-permess minn mindu twaqqfet l-istess awtorita'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li nħarġu 22 mandat tat-tip imsemmi fid-domanda. 30.11.98