Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk is-26 Casual Social Assistants li ġew trasferiti mix-xogħol fil-komunita' tax-xogħol fid-day centres/djar ta' l-anzjani, kienu ħadu trasfer diġa' wara l-elezzjni ta' l-1996?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-20 Assistenti Soċjali Każwali li dan l-aħħar reġgħu ngħataw ix-xogħol li kellhom fid-Day Centres u d-Djar ta' l-Anzjani sa qabel l-elezzjoni tal-1996, kollha kienu ġew trasferiti mill-Gvern Laburista wara l-elezzjoni tal-1996.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid b'kemm żdied l-istaff complement tas-sezzjoni fid-dipartment li tipproċessa l-applikazzjonijiet u l-ħlas taċ-Children's Allowance meta l-Gvern Nazzjonalista ta' qabel l-1996 kien biddel is-sistema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-istaff complement tas-Sezzjoni li tiproċessa l-applikazzjonijiet u l-ħlas taċ-'Children's Allowance' kien żdied b'disa' persuni meta l-Allowance saret suġġetta għat-test tal-meżżi u s-sistema tal-kompjuter ġiet ristrutturata mill-ġdid.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies bi bżonnijiet speċjali applikaw għall-għajnuna mill-iSpecial Needs Unit ta' l-ETC minn mindu twaqqfet u kemm minn dawn effettivament ġew allokati xi xogħol? X'tip ta' xogħol ġew allokati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li huma 'disabled' u li rreġistraw għax-xogħol ma l-ETC minn mindu twaqqfet l-iSpecial Needs Unit huwa kif ġej:
f'Diċembru 1993 288
f'Diċembru 1994 361
f'Diċembru 1995 240
f'Diċembru 1996 259
f'Diċembru 1997 289
minn dawn ġew impjegati:
1993 8
1994 53
1995 48
1996 64
1997 76
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi mill-pulizija biex jinżammu rave parties fis-snin 1996, 1997 u din is-sena? Taħt liema kondizzjonijiet jinħarġu dawn il-permessi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fl-1996 u fl-1997 ma nħarġu ebda permessi għal 'Rave Parties', filwaqt li din is-sena nħarġu 5. Fost il-kundizzjonijiet tal-permessi kien hemm illi mużika ma tindaqx fl-apert wara nofs il-lejl, ma jkunx hemm inkonvenjent lill-pubbliku, l-attivita' tiġi mwaqqfa f'każ ta' lmenti mill-pubbliku, u li l-ħlas għall-pulizija meħtieġa jkun a karigu ta' l-applikant. Fil-każ tal-permess għar-Rave Party ta' l-20 ta' Settembru 1998, kien hemm inkluż ukoll in-numru ta' persuni li kellhom jitħallew jidħlu fil-parti magħluqa.
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika għal safar minn Ministri u uffiċjali li akkompanjawhom fuq xogħol uffiċjali minn Settembru ta' din is-sena sal-lum? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?
Response (DALLI, JOHN)
In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri fil-perjodu msemmi huwa kif ġej:
Ministru tal-Finanzi Safra waħda L-ispiża tas-safra għadha ma
ġietx iffinalizzata
Ministru għall-Ambjent Safra waħda Lm1,603.70
L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax
Ministru tat-Turiżmu Żewġ safriet a. Lm1,913
b. Lm1,737
Ministru għas-Servizzi Lm3,391
Ekonomiċi L-iskont mill-Air Malta għadu
ma ngħatax
Ministru tas-Saħħa Safra waħda Lm4,711
L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax
Ministru ta` l-Intern Safra waħda Lm1,423.86
Ministru ta` l-Edukazzjoni Safra waħda Lm474.02
Ministru għat-Trasport
u Komunikazzjoni Safra waħda Lm1,272
Ministru ta` l-Affarijiet
Barranin Ħames safriet a. Lm2,357.00
b. Lm5,960.78
c. Lm1,400.00
d. Lm1,000.00*
4. Lm1,000.00*
* Ammont mogħti bil-quddiem
Prim Ministru Tlett safriet a. Lm 316.06
b. Lm2,677.15
c. Lm1,813.48
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' gradwati li qed jirreġistraw għax-xogħol illum? Kemm ilhom jirreġistraw, għalxiex qed jirreġistraw u x'tip ta' kwalifiki għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Settembru 1998 in-nunru ta' gradwati li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 46.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella A - li turi għalxiex qed jirreġistraw u kemm ilhom jirreġistraw, filwaqt li tabella B turi x'tip ta' kwalifiki għandhom.
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
30.11.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 229 fejn kont staqsejt kemm ingħataw permessi mill-pulizija għal rave parties din is-sena, jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rave party "Follow the white line" li sar f'April f'Għawdex u l-ieħor li sar fil-15 ta' Awissu ta' din is-sena f'Għawdex ukoll fejn mietet persuna b'overdose ta' droga, kif ukoll rave parties oħra, m'humiex imsemmija fil-lista li jien ingħatajt fir-risposta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dawn iż-żewġ parties ma ġewx mogħtija fil-lista msemmija fit-Tweġiba għal Mistoqsija Numru 229, għax din kienet dwar kemm 'ingħataw permessi' mill-Pulizija.
30.11.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 230, fejn fir-risposta il-Ministru qal illi għar-rave party li sar fil-21 ta' Settembru fil-Westin Dragonara kien hemm diversi pulizija waqt il-party il-ħin kollu; jista' l-Ministru jgħid għaliex dawn il-pulizija ħallew lill-organizaturi jiksru il-kondizzjonijiet tal-liċenzja li ngħatatilhom? Għaliex dawn il-pulizija illi kienu preżenti il-ħin kollu ħallew 7,000 ruħ jidħlu meta suppost daħlu 468, u ma waqqfux il-mużika f'nofs il-lejl skond il-kondizzjoni tal-liċenzja? Se jittieħdu passi kontra dawn il-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru tal-persuni li kellhom jitħallew jidħlu, kien jirreferi għal parti interna tal-post. Ma jirriżultaliex li hemm lok għal xi proċeduri dixxiplinarji għax il-pulizija aġġixxiet bl-aħjar mod skond iċ-ċirkostanzi. Bħalissa hemm proposta minn naħa tal-Ministeru tiegħi u dak tal-Politika Soċjali, sabiex l-attendenza tkun limitata a bażi ta' persuna waħda kull 0.5 metru kwadru.
30.11.98
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-proċess tat-tħaffir tal-Bir il-Madonna taż-Żejt, kienx hemm xi tibdil jew xi użu differenti ta' materjal u affarijiet oħra f'dak li kien jintuża fil-proċess tat-tħaffir fiż-żmenijiet ta' qabel il-5 ta' Settembru, 1998 u fil-perjodu ta' wara l-5 ta' Settembru, 1998? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-materjal li jintuża fit-tħaffir tal-
bir f'Għawdex, bħal f'kull bir ieħor, jinbidel min ħin
għall-ieħor skond il-programm ta' tħaffir u l-esiġenzi tax-
xogħol. Dan kien hekk kemm qabel il-5 ta' Settembru 1998 u
kif ukoll wara.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se ssir it-tielet laqgħa mal-AGIP, dwar il-progress tar-riċerka li qed issir mill-AGIP skond il-ftehim milħuq bejn il-Gvern Laburista u l-istess kumpannija?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li għad m'hemmx data stabbilita dwar meta
ser issir il-laqgħa msemmija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru, 1997 qabel il-budget? Kemm kien il-prezz taż-żejt użat mill-Korporazzjoni Enemalta f'Novembru 1998? Kemm iffrankat il-Korporazzjoni bħala riżultat imprevidibbli tar-roħs fil-prezz taż-żejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għalhekk ir-risposta tingħata f'seduta wara li tali informazzjoni tkun għad-dispożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiġi jiswa lill-Water Services Corporation kull metru kubu ta' ilma li tipprovdi lill-konsumatur?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-Onor. Interpellant għandu jsib l-informazzjoni relattiva fid-dokumentazzjoni ppubblikata waqt il-konferenza stampa ta' nhar is-Sibt 21 ta' Novembru 1998 mogħtija mill-Prim Ministru dwar ir-roħs fir-rati tad-dawl u ta' l-ilma.
Jista' l-Ministru jispjega lil din il-Kamra x'tip ta' kordinazzjoni teżisti bejn il-korporazzjonijiet għas-servizzi pubbliċi (Water Services Corporation, Enemalta u l-Maltacom) u d-Dipartiment tat-Toroq biex ikun hemm sens fl-immaniġġjar tas-servizzi u t-toroq ta' pajjiżna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li jinżammu laqgħat ta' ko-ordinazzjoni bejn il-Korporazzjonijiet għas-servizzi pubbliċi u d-Dipartiment tat-Toroq sabiex ix-xogħol kemm jista jkun ikun ko-ordinat.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' l-applikanta, li isimha qiegħed jintbagħat separatament, jiġi rimedjat billi jinstabilha post fejn toqgħod billi hija armla u ma tistax tlaħħaq mal-kera li għandha bħalissa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-applikazzjoni indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien mal-oħrajn kollha li hemm pendenti, u fid-dawl tan-numru limitat ta' postijiet li jkollu d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
30.11.98
Impjanti tar-Reverse Osmosis — Livell ta' flouride
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed ikun il-livell ta' flouride fl-ilma li ħiereġ mill-impjanti tar-reverse osmosis? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-livell ta' flouride fl-ilma li qed jixorbu n-nies mill-vit? Ġie diskuss xi ħsieb li jiġi miżjud flouride ma' l-ilma?
Response (BONNICI, JOSEF)
l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 871, jista' jgħidli kemm mit-22 tifel u tifla bi bżonnijiet speċjali issa bdew jattendu b'mod regolari l-iskola wara li ngaġġaw supply kindergarten assistants għalihom? Kemm ġew ingaġġati minn dawn is-supply kindergarten assistants? Xi kwalifiki għandhom? B'liema kondizzjonijiet ġew ingaġġati dawn is-supply kindergarten assistants?
Response (GALEA, LOUIS)
Is-sejħa għall-applikazzjoni għal ingaġġ ta' Supply Kindergarten Assistant għalqet fis-27 ta' Novembru u qed tiġi proċessata.
Peress li s'issa ngħatat l-impressjoni li ġiet riżolta l-kwestjoni tad-drittijiet għall-pensjoni ta' dawk li kienu jgħallmu mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qabel Jannar, 1979 u issa huma impjegati ta' l-Universita' jgħallmu l-Junior College, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk din il-kwestjoni ġietx fil-fatt riżolta jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju m'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 865.
Il-kors tal-Master's tal-Psikologi Edukattivi li se jibda fl-Universita' ta' Malta fi Frar, 1999 kemm se jkun hemm studenti jieħdu sehem fih? Xi kwalifiki jrid ikollhom biex jieħdu sehem fih? Kif se jkunu magħżula? Kemm hu n-numru massimu ta' studenti li jistgħu jieħdu sehem f'dan il-kors? Għaliex?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kors tal-Master's fil-psikoloġija (edukattiva, klinika u counselling) li hu ppjanat li jibda fi Frar ta' l-1999 se jħarreġ b'kollox tnax-il student. Il-Kwalifiki applikati huma dawk li jinsabu fir-regolamenti tal-kors kif ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern. Informat ukoll li r-raġuni li għaliha nistgħu nħarrġu mhux aktar minn tnax-il student hija li nofs it-taħriġ irid ikun prattiku li jeħtieġ superviżjoni minn psikologi li jaħdmu fil-qasam.