Jista' l-Ministru jgħid x'dati jġibu l-applikazzjonijiet għall-fondi speċjali għall-kunsilli lokali li qed jingħataw din is-sena, kunsill b'kunsill u fond b'fond?
Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondi Speċjali li
ser jingħataw din is-sena għas-sena finanzjarja tal-
Kunsilli li tagħlaq fil-31 ta` Marzu 1999 huma marbuta ma`
applikazzjonijiet li d-Dipartiment irċieva fl-1996 skond il-
modalitajiet determinanti fil-Memorandum anness mar-
Riżoluzzjoni li tpoġġiet fuq il-mejda tal-Kamra nhar it-
Tnejn 2 ta` Novembru 1998.
L-applikazzjonijiet kienu għalqu fid-9 ta` Awissu 1996 u l-
informazzjoni mitluba toħroġ mir-Rapport tal-Kumitati għall-
Ħlasijiet għal Ħtiġijiet Speċjali tal-Lokalitajiet (1996
- 1997) li kien tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fl-20 ta`
Jannar 1997.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' f'liema fażi wasal il-proġett ta' kostruzzjoni ta' Triq il-Ġdida li mid-daħla ta' Pembroke tagħti għal ħdejn il-lukandi ta' San Ġorġ?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni msemmija flimkien mal-pjanti relatati skond kif approvati mid-dipartimenti konċernati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Dipartiment taż-Żgħażagħ U Sport — Bordijiet/Kumitati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il bord/kumitat li jaqgħu taħt id-Dipartiment taż-Żgħażagħ, Sport u Kultura ġew rikostitwiti?
F'dawk il-bordijiet/kumitati li l-membri u l-uffiċjali għadhom iżommu l-kariga li kellhom, ġew informati li jistgħu jkomplu bix-xogħol tagħhom wara li offrew ir-riżenja tagħhom? Jista'l-Ministru jelenka l-ismijiet ta' dawk il-persuni li ġew maħtura f'dawn il-bordijiet/kumitati li ġew appuntati wara Settembru 1998 u jgħid x'renumerazzjoni għandhom f'din il-ħatra?
Response (GALEA, LOUIS)
Mill-bordijiet li jaqgħu taħt id-Dipartiment taż-Żgħaġagħ u Sport, s'issa ġie rikostitwit il-Malta Racing Club Committee. Dan ġie ffurmat hekk:
Chairman - Is-Sur Paul Midolo
Segretarju - Is-Sur Alfred Ciangura
Rappreżentant tal-Gvern - Is-Sur Mario Meli
Membri - Ms Brigette Balzan
Is-Sur Dione Drago
Is-Sur Charles Farrugia
Is-Sur George Fenech
Is-Sur Emanuel Pace
Is-Sur Piju Saliba
Ms Simone Zammit Endrich
Wara l-ittra tal-ħatra, Ms Brigette Balzan infurmatni li ma kenitx tista' taċċetta din il-kariga għal din is-sena minħabba impenji oħra. Minflokha ġiet maħtura Ms Lucienne Cassar.
S'issa ebda wieħed mill-membri ta' dan il-Bord ma hu qed jieħu xi forma ta' remunerazzjoni.
L-unika Bord fi ħdan id-Dipartiment tal-Kultura li ġie rikostitwit huwa s-Song Festival Committee.
Il-prattika stabbilita hi li fejn u sakemm riżenji offruti f'dawn iċ-ċirkostanzi jiġu aċċettati, l-Kumitat/Bord konċernat għandu jkompli jiffunzjona b'mod normali kif fil-fatt qed jagħmlu l-Kumitati/Bordijiet li għadhom ma ġewx rikostitwiti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ laqa' d-Dipartiment tal-Konsumatur tul l-1998 s'issa? Kemm minnhom kienu ġustifikati u ngħataw raġun? X'passi ttieħdu kontra dawk li kisru l-liġi? Kemm kienu l-każi li ma kenux ġustifikati? Il-persuni li l-każ tagħhom ma ntlaqax ġew informati uffiċjalment mid-dipartiment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998, s'issa d-Dipartiment tal-Konsumatur laqa' 669 każ. Minn dawn 314 kienu ġustifikati u ngħataw raġun.
Il-każi li ma kienux ġġustifikati kienu jammontaw għal 139. Dawk li l-każ tagħhom ma ntlaqax ġew infurmati uffiċjalment.
Jista' l-Ministru jgħid min huma t-tlett rappreżentanti tiegħu fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? It-tlett membri li kienu appuntati ġew informati jekk humiex se jiġu appuntati mill-ġdid jew le?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tlett membri appuntati mill-Gvern kienu irriżenjaw skond il-proċeduri normali mal-bidla fil-Gvern. It-tlett rappreżentanti ġodda mistennija jiġu appuntati dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-Qorti sena b'sena mill-1990 'l hawn in konnessjoni ma' inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postijiet marbutin ma' attivitajiet sportivi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija dwar inċidenti li saru in konnessjoni u/jew f'postjiiet marbutin ma' attivitajiet sportivi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
Persuni 40 52 51 79 103 99 69 61 32
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu quddiem l-qorti sena b'sena in konnessjoni ma' inċidenti f'festi reliġjużi fl-irħula tagħna sena b'sena mill-1990 'il hawn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija b'konnessjoni ma' inċidenti waqt festi reliġjużi fl-irħula tagħna bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
Persuni 26 11 7 3 29 11 2 23 8
30.11.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn għal tfigħ ta' skart/imbarazz f'postijiet pubbliċi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni mħarrka mill-Pulizija dwar tfigħ ta' skart f'postijiet pubbliċi bejn l-1990 u l-10 ta' Novembru, 1998, kien kif ġej : -
Sena 1990 1991 1992 1993 1994 1995 1996 1997 1998
Numru ta'
persuni 19 39 23 45 23 56 31 16 14
30.11.98
Jista' l-Ministru jikkonferma allegazzjonijiet li l-konsum tal-fuel mit-Transport Section ta' l-Isptar Monte Carmeli irdoppja bejn Novembru 1996 u Awissu 1998 meta mqabbel ma' l-istess perjodu taż-żmien ta' qabel? Jekk dan hu minnu, jista' l-Ministru jikkonferma li din iż-żieda kienet reġistrata meta x-xogħol kien naqas drastikament? Jekk dan hu minnu, x'passi qed jittieħdu mid-Dipartiment?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn statistika ta` konsum ta` fuel mit-Transport Section ta` l-Isptar Monte Carmeli li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra, ma jidhirx li l-konsum irdoppja.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li ntlaħaq dwar il-finanzjament għat-tħaffir tal-bir ġewwa Għawdex mill-Protokol Taljan?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mhix il-prattika li jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ftehim
jew komunikazzjonijiet li jistgħu jkollhom valur
kummerċjali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq il-Vittmi tal-Gwerra, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Pawlu Schembri, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment, u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq it-Tramuntana, f'Ħal Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser issir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, u dan meta jkunu tlestew is-servizzi kollha meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi solvuta l-problema ta' Sqaq 1 u Sqaq 2, f'Xintill Street, Tarxien, li wara ħalba xita jispiċċaw kważi jegħrqu għax is-sistema tad-drenaġġ mhix tlaħħaq mad-domanda ta' l-ilma tax-xita?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie nnotat u se jsiru investigazzjonijiet sabiex din il-problema tkun riżolta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fi Triq San Ġużepp, Raħal Ġdid ma' Church Avenue u Triq Ġuże' D'Amato isir gandott tal-concrete biex l-għeruq tas-siġar ma jkomplux jagħmlu ħsara fid-djar tan-nies u jitnaqqas il-periklu li l-għeruq jitilgħu fil-wiċċ ta' l-art tad-djar kif jidher fir-ritratt li qed jintbagħat separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s`issa m`hemmx il-ħsieb li jsir it-tali gandott.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies ġodda fl-aġenzija SWDP u jekk iva, f'liema grad ġew impjegati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1237.
Barra l-imsemmija 'social workers', il-Programm Ħidma Soċjali (SWDP)_ fit-8 ta' Settembru kienet ingaġġat persuna fil-grad ta' 'Finance Officer' fuq bażi 'part-time' u għal perjodu definit ta' sena.
30.11.98
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numru 565, jista' l-Ministru jgħid: (1) min hu l-kuntrattur il-ġdid; u (2) jekk il-kuntrattur il-ġdid għandux l-istess kondizzjonijiet bħal dak ta' qablu u jekk le x'differenzi hemm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kuntrattur il-ġdid li qed jaħdem fid-Dar ta' l-anzjani tal-Furjana huwa PASS Dev. Ltd. Dan il-Kuntrattur għandu l-istess Kundizzjonijiet bħal dak ta' qablu.
30.11.98
Fin-negozjati li għaddejjin mal-konsorzja li huma interessati fil-Cottonera Waterfront Project, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkonsidra li jagħti art tal-gvern b'ċens għal numru ta' snin? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid x'timeframes qed jiġu ppjanati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Id-diskussjonijiet fuq dan il-Proġett għadhom qegħdin isiru u informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.