Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpless White Rocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qiegħed jiġi propost li l-Gvern jipprivatizza l-Kumpless White Rocks?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1843 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

White Rocks — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jsir proġett fl-area magħrufa bħala White Rocks? Jekk fl-affermattiv, fiex jikkonsisti dan il-proġett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'din l-area l-Gvern għadu bi ħsieb li jsir proġett turistiku.
Leg 9 PQ #1852 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Trejqa magħrufa Tal-Ħandaq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 569 tat-2/11/98?

Response (BORG, TONIO)

Dwar jekk kienx hemm bżonn li t-trejqa in kwestjoni tinħareġ bl-offerti bl-iskop li tingħata b'titolu ta' lokazzjoni, dal-każ qed jiġi nvestigat. Ma jidhirx iżda, li kien hemm xi ksur tad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Art tal-Gvern. Dwar it-tqegħid ta' xatba, il-każ ġie riferut lill-Awtorita ta' l-Ippjanar, u nifhem li diġa' ttieħdet azzjoni. (Enforcement Notice 1258/98) 01.12.98

Bdiewa — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 570 tat-2/11/98?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninsab infurmat li l-ewwel lott ta' pagamenti bħala rifużjoni ta' flus ta' nofs il-kontribuzzjoni ta' s-Sigurta Soċjali għandhom joħorġu matul Diċembru 1998. It-tieni lott joħroġ f'Jannar 1999. Dan minħabba raġunijiet amministrattivi. Ma hemm ebda arretrati dovuti, iżda fadal xi talbiet li saru tard u li jekk jissodisfaw ir-regolamenti jieħdu dak li ħaqqhom.

European Investment Bank — Ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi kopja sħiħa tal-ftehim li sar mal-European Investment Bank meta biex jissellef għall-impjant tar-riċiklaġġ il-Gvern Nazzjonalista kien intrabat li jdaħħal taxxa fuq id-drenaġġ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-ftehim li l-Gvern kien għamel ma` l-European Investment Bank. Rigward il-wording tal-mistoqsija, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jaqra paragrafu 6.09 tal-ftehim u jara li l-amministrazzjoni preżenti ħadmet b`mod għaqli u korrett meta nkorporat t-tariffi tad-drenaġġ fit-tariffa l-ġdieda ta` l-ilma u mhux kif għamel il-Gvern Laburista li kien impona taxxa ta` Lm24 fis-sena fuq kull dar.

Sant'Antnin — Impjant ta' riċiklaġġ

Question

Billi r-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 1499 mhijiex kompluta, jista' l-Ministru jara li jirrispondi l-partijiet li ħalla barra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #1887 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Burdnara

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' dawk il-burdnara li għandhom liċenzja biex jagħmlu dan ix-xogħol? Dawn il-liċenzji jkunu fuq persuna jew anke fuq kumpanniji? Jekk hemm żewġ kategoriji, jista' jpoġġihom it-tnejn fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien man-numru uffiċjali allokat?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inqiegħed ma` din it-tweġiba lista ta` burdnara li għandhom liċenzji biex jagħmlu dan ix-xogħol skond il-`Cargo Clearance u Transport Act` (Cap. 203). Il-parti l-kbira tal-liċenzji joħorġu fuq individwi iżda hemm uħud li joħorġu fuq partnership `en nom collectif` u ftit ħafna fuq `limited liability Companies`. Dawn iż-żewġ kategoriji ta` l-aħħar huma mmarkati fil-lista.

Maltacom plc — Direttorju tat-Telephone

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kumpannija ġiet afdata lilha d-distribuzzjoni tad-Direttorju tat-Telephone mill-Maltacom plc? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-offerti li ħarġu għat-tqassim ta' dan id-direttorju? Kemm huwa kkalkolat li jieħu żmien biex jitqassam id-direttorju l-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif tħabbar uffiċċjalment it-tqassim tad-direttorju l-ġdid qed isir direttament mis-17 -il fergħa li l-Korporazzjoni għandha f`Malta u Għawdex. Jiena nfurmat li ma ħarġet ebda sejħa għall-offerti għat-tqassim tad-direttorju li qed isir proprju bħalissa. Kemm idum biex jitqassam id-direttorju, dan ma jiddependix mill-Korporazzjoni iżda mill-klijenti. Madankollu nżid ngħid li fl-aħħar ta` Diċembru ser isir eżerċizzju biex dawk l-anzjani u morda li m`għandhom lil ħadd biex jiġrilhom id-direttorju, jkunu jistgħu jirċievu l-kopja tagħhom id-dar.
Leg 9 PQ #1889 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Burdnara — Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji ta' burdnara f'dawn l-aħħar tliet snin? Lil min ħarġu u x'inhu n-numru uffiċjali allokat għal kull persuna jew kumpannija? Kemm-il liċenzja ħarġet bħala burdnara għal prodotti mportati bil-baħar u kemm bl-ajru?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` liċenzji ta` burdnara li nħarġu f`dawn l-aħħar tliet snin kien hekk: 1996 - 113 1997 - 110 1998 - 113 Wieħed jista` jgħid illi l-liċenzji tal-burdnara jiġġeddu minn sena għal oħra lill-istess detenturi tal-liċenzja. Matul is-snin li għadew kien hemm talbiet minn individwi liċenzjati biex il-liċenzja tagħhom iddur fuq l-isem tal-partnership` `en nom collectif` li jkun ġie mwaqqaf skond il-`guidelines` Ministerjali li ilhom jiġu segwiti mill-1985. Tajjeb li wieħed igħid li ma jinħarġux liċenzji fuq `limited liability companies` u dak in-numru żgħir ħafna f`din il-kategorija li għandhom il-liċenzja ilha tinħarġilhom minn qabel ma kienu ħarġu l-ewwel `guidelines` Ministerjali fl-1978. Mill-1995 `l hawn, il-liċenzja ta` burdnar saret ma tiddistingwix bejn xogħol fil-port jew fl-ajruport.
Leg 9 PQ #330 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Qlejgħa — Sistema ta' gabjuni u materassa

Question

Billi s-sistema tal-gabjuni u l-materassa użat fil-proġett ta' riabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgħa hija x'aktarx l-aħjar waħda vantaġġjuża biex tiġi applikata għal manuntenzjoni flok bini ta' ħitan bil-ġebla tal-franka f'żoni rurali fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-konsiderazzjonijiet tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għal dan ir-rigward?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li t-Taqsima tax-Xogħlijiet mhix kontra l-użu tal-gabjuni u l-materassa, b'danakollu l-Onorevoli Interpellant japprezza li kull proġett għandu l-karatteristiċi tiegħu u jitwettaq dejjem skond il-mertu partikolari tiegħu. Għal dan il-għan u biex il-Peritit li hemm fit-Taqsima tax-Xogħlijiet ikunu jafu iżjed l-użu u l-vantaġġi ta' din is-sistema, it-Taqsima tax-Xogħlijiet qed torganizza flimkien ma' fornitur tas-sistema wirja tal-prodotti din il-ġimgħa stess.
Leg 9 PQ #333 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Distrett Nru. 12 — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' xogħlijiet kordinati ma' dipartimenti oħra governattivi sabiex issir manutenzjoni bħat-tindif, bini ta' ħitan tas-sejjiegħ, irranġar ta' bozoz, toroq, arbli, eċċ fil-villaġġi rurali tat-12-il distrett bħal Baħrija, Bidnija, Binġemma, Landrijiet-Selmun, Mtaħleb Kunċizzjoni, Misraħ Suffara, Żebbiegħ, eċċ? Jekk iva, min hi l-persuna li se tkun responsabbli minn dan il-kordinament? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi qed jittieħdu passi biex titwaqqaf unit li tispeċjalizza fil-bini u r-restawr tal-ħitan tas-sejjiegħ, fi ħdan id-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent. Rigward l-affarijiet l-oħra msemmija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministri konċernati.

Patata — Esportazzjoni

Question

B'riferenza għall-istqarrija tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura dwar l-aħħar arranġamenti ta' 600 tunnellata patata għall-esportazzjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk dan l-ammont ikoprix it-tlett snin tal-kuntratt il-ġdid jew għal sena waħda biss? Jekk ikopri sena waħda biss, x'kienu r-raġunijiet? Xi prezzijiet minimi garantiti ingħataw il-bdiewa għal dawn is-600 tunnellata? Għal liema perjodu huma garantiti dawn il-prezzijiet? U jekk jeżistu prezzijiet garantiti, x'arranġamenti hemm fuq l-overpricing? Jista' l-Ministru jinformani kemm huwa l-prezz tal-kuntratt eżistenti għall-ewwel 3,000 tunnellata u x'arranġamenti hemm fuq l-overpricing?

Response (ZAMMIT, NINU)

Minħabba l-esportazzjoni tal-varjeta Sante' qegħda ssir bi prova, il-ftehim li sar dwar dawn is-600 tunellata jikkonċerna din is-sena biss. Naturalment dan sar sabiex wieħed ikun jista jirregola ruħu skond ir-riżultati miksuba. Filwaqt il-prezz skond il-kuntratt il-ġdid għall-ewwel 3,000 tunellata Alpha huwa NLG30.60 kull xkora taż 25kg dak miftiehem dwar is-600 tunellata Sante' huwa prezz medju ta' NLG30.75. Ta min iżid li dwar l-esportazzjoni tal-patata Alpha (6000 tunellata bi prezz garantit), il-prezz medju fuq l-istess esportazzjoni huwa ta' NLG 26.50 kull xkora ta' 25kg, li allura jfisser 16% INQAS mill prezz medju garantit fuq l-esportazzjoni tas-600 tunellata tal-varjeta Sante'.
Leg 9 PQ #346 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Muturi off road

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-muturi off road tat-tip motorcross u trials li jintużaw biss għall-isport tal-muturi off road u mhux biex jinstaqu fit-toroq, jiġu eżentati kompletament mid-dazju mpost fuq is-sewwieqa tal-muturi sportivi sal-lum? Jekk iva, minn meta se jibda japplika dan l-arranġament u xi proċeduri jridu jiġu segwiti? Jekk le, għaliex meta nġenji oħra li ma jintużawx fit-toroq huma diġa' eżentati mid-dazju f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Il-muturi tat-tip off-road huma suġġetti għad-dazju ta` importazzjoni daqskemm huma suġġetti l-vetturi l-oħra li huma impurtati biex jintużaw fit-toroq pubbliċi. Ma hemm l-ebda arranġament speċjali biex xi tip ta` vettura li ma tintużax fit-toroq tkun eżentata mid-dazju ta` l-importazzjoni. Ta` min jgħid li l-vetturi u muturi ta` kull tip li huma ta` oriġini tal-E.U. ma jitħallas ebda dazju ta` l-importazzjoni fuqhom.
Leg 9 PQ #347 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Muturi off road — Kampjonat nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ilu jiġi organizzat il-kampjonat nazzjonali tal-muturi off road bħal kampjonati motorcross u trials fil-gżejjer Maltin? Billi jeżisti preċedent li qed inaffar ħafna żgħażagħ milli jipparteċipaw f'dan l-isport, ċioe' l-isportivi Maltin tat-trials u l-motorcross qed jiġu ntaxxati mid-dwana daqs li kieku dawn għandhom muturi li jintużaw fit-toroq, jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata din l-inġustizzja billi dawn iż-żgħażagħ ikollhom arranġamenti u għajnuna mill-awtoritajiet bħalma kellhom sa Mejju ta' l-1987? Meta fil-fatt twaqqfet l-Assoċjazzjoni Mediterranja ta' l-off road tal-muturi? Meta ġie ffinalizzat l-aħħar agreement ta' koperazzjoni bejn il-Federazzjoni Taljana, l-Assoċjazzjoni tal-Muturi lokali u d-Dipartiment ta' l-Isport tal-Ministeru?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma jirriżultalix li l-kampjonati tal-muturi off road, motorcross u trials huma organizzati mill-gvern, id-Dipartiment m'għandux l-informazzjoni meħtieġa. Il-kwestjoni ta' eżenzjoni mill-ħlas tad-dwana hija prerogattiva tal-Ministeru tal-Finanzi li għandha tiġi eżerċitata b'diskrezzjoni għaqlija u fi kwadru ta' policy ċara. Il-Ministeru m'għandux informazzjoni dwar l-assoċjazzjoni Mediterranja ta' l-off road tal-muturi. Ma sar l-ebda agreement bejn il-Federazzjoni Taljana, l-Assoċjazzjoni tal-Muturi lokali u d-Dipartiment ta' l-Isports. Fl-ebda żmien ma ġie propost xi forma ta' agreement kif intimat fil-mistoqsija.

Qasam ta' l-Akwakultura — Tuma pennings

Question

Billi kien twaqqaf kumitat sabiex jiġi studjat il-potenzjal tat-Tuma pennings bil-għan li jiddiverifika aktar il-qasam ta' l-akwakultura fil-gżejjer tagħna, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-iżviluppi jew jekk dan il-kumitat għadux stabbilit? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-politika tal-Gvern hija li jifli bir-reqqa kull proposta ta'investiment f'kull fergħa tal-qasam tas-Sajd. Wara li jsiru l-istudji neċessarji kollha, kif ukoll wara li jiġu eżaminati l-aspetti ekonomiċi u ambjentali ta kull proġett, il-Gvern jagħti l-approvazzjoni tiegħu fl-aħjar interessi tal-industrija tas-Sajd u l-Akkwakultura.
Leg 9 PQ #482 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment ta' l-Ambulanzi? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta'mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #483 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mis-6 ta' Settembru, sat-28 ta' Ottubru, 1998 fiċ-Ċentri tas-Saħħa? Jista' jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru t-transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandix x'inżid mat-tweġiba li kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 141 ħlief li ċ-ċaqlieq ta' mpjegati jsir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #628 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġuni ngħataw l-84 trasferimenti fil-Korp tal-Pulizija b'seħħ mit-2 ta' Novembru, 1998? Jista' l-Ministru jgħid min iddeċieda dawn it-trasferimenti u jagħti raġuni għal kull membru tal-korp għaliex ingħataw dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jpoġġi r-raġunijiet bil-miktub fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 523 f'Seduta 10. 30.11.98
Leg 9 PQ #726 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

OPM — Segretarju Permanenti - Staff

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu l-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, xi gradi għandhom u x'allowances jieħdu? Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra rigward is-salarju tas-Segretarju Permanenti u x'benefiċċju u allowances għandu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-complement ta' l-istaff tas-Segretarju Permanenti fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta' erbgħa kif hu ndikat hawn taħt: 1 Senior Principal Officer 1 Principal 1 Clerk 1 Motor Transport Driver Ħadd minn dawn l-Uffiċjali ma jieħu allowance, minbarra d- driver li hu ntitolat għal allowance ta' Lm75 fix-xahar minflok ħlas għall-overtime. Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu Performance Agreement u jitħallas il-pakkett normali li jitħallas lil kull min ikun f'din il-kariga, jiġifieri, s-salarju ta' Skala Numru 1, expense allowance ta' Lm1,000, performance bonus, karozza uffiċjali u free telephone facilities.
Leg 9 PQ #745 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kunsilli lokali — Fondi

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont ta' kif kunsill b'kunsill intnefqu l-allokazzjonijiet mogħtija għall-fondi ta' ħtieġijiet speċjali fond b'fond, sena b'sena għal dawn l-aħħar tlett snin? Jista' l-Ministru jagħti rendikont, kunsill b'kunsill, ta' kemm intnefqu flus minn dawn il-fondi u kemm ma ntnefqux? U jekk ma ntefqux, x'kienet ir-raġuni u x'sar mill-fondi li ma ntnefqux? Jista' l-Ministru jpoġġi l-informazzjoni dettaljata fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba toħroġ sostanzjalment mir-Rapporti ta` l-Awdituri għal kull sena finanzjarja li skond il-dispożizzjonijiet ta` l-Artikolu 65 (6) ta` l-att ta` l-1993 dwar Kunsilli Lokali jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra mill-Ministru tal- Finanzi.