Legislature:
Category:
Reset
Active:

UE — Sħubija

Question

Issa li Malta inattivat l-applikazzjoni tagħha għall-isħubija fl-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' fondi li nistgħu nibbenefikaw minnhom għall-infrastruttura u bini ta' toroq? F'liema timeframe qegħdin nistennew dawn il-fondi ġejjin? Fi żmien sitt xhur? Fi żmien sena? Fi żmien ħames snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill- Onor. Interpellant għar-risposta ta` PQ 999.
Leg 9 PQ #1440 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Art — Esproprjazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni illi kellhom l-art tagħhom esproprjata mill-gvern f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-ammont ta' flus dovut lil dawn il-persuni li għadu ma tħallasx? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien illi ilhom ma jitħallsu? Meta jitħallsu, dawn jingħataw imgħax?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1441 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Nterni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus dovut lura lit-taxpayers f'arretrati ta' l-income tax? Kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom jieħdu arretrati? Kemm ilhom jistennew? Kemm tħallsu persuni din is-sena? Meta jitħallsu, dawn jieħdu imgħax?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont dovut lura lit-taxpayers (individwi, kumpanniji eċċ) f`arretrati ta` l-income tax huwa ta` Lm17,173,648. In-numru ta` persuni (individwi) li għandhom jieħdu arretrati huwa ta` 34,545. It-tabella ta` hawn taħt turi kemm ilhom jistennew dawn l-individwi: Anqas minn sena 28,396 Aktar minn sena 3,841 Aktar minn sentejn 2,041 Aktar minn tliet snin 143 Aktar minn erba` snin 80 Aktar minn ħames snin 44 L-ammonti ta` individwi li rċevew refund din is-sena huwa ta` 17,299. Hemm numru ieħor ta` refunds li ser joħorġu sa l-aħħar tas-sena. Ir-rifużjoni titħallas meta joħroġ l-assessment u għaldaqstant m`hemmx lok ta` imgħax.
Leg 9 PQ #1442 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxi dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati f'taxxa ta' l-income li għadhom ma tħallsux lill-gvern? Kemm min dawn huma dovuti mill-korporazzjonijiet li fihom il-gvern għandu shareholding? Liema huma dawn il-korporazzjonijiet jew entitajiet u kemm għandhom jagħtu flus kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1212. Il-bilanċ ta` arretrati ta` taxxa fuq id-dħul dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi huwa ta` Lm657,546. Dan l-ammont jinkludi l-ammont dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi biss. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza mniżżla fl-Income Tax Acts.
Leg 9 PQ #1443 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru reati kriminali fix-xaħar ta' Ottubru ta' din is-sena? X'tip kienu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru u t-tipi ta' reati rrappurtati lill-Pulizija f'Ottubru 1998, huma kif jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98

Karozzi — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati karozzi godda xahar b'xahar din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` karozzi ġodda xahar b`xahar din is-sena huwa kif jidher hawn taħt: Jannar 550 Frar 539 Marzu 676 April 777 Mejju 687 Ġunju 747 Lulju 865 Awissu 885 Settembru 907 Ottubru 965 Total 7,598
Leg 9 PQ #1445 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm weġgħu persuni waqt inċidenti tat-traffiku xahar b'xahar din is-sena, kemm mietu din is-sena, kemm weġgħu ħafif u kemm gravi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98

Toroq — Tiswijiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1163 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe', jista' l-Ministru jgħid jekk it-toroq u r-rampa li kienu jeżistu għall-persuni b'diżabilita' fid-daħla tat-triq iċ-Ċimiterju ta' Marija Addolorata, Raħal Ġdid u nqalgħu mal-proġett li sar, humiex se jerġgħu jsiru peress li qiegħed ikun ta' inkonvenjent kbir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jerġgħu jinbnew ir-rampi li ndika l-Onor. Interpellant.

Saħħa — CSA's

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 980 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe', jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx CSA's nieqsa fid-dipartiment? Jekk iva, kemm hemm?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartiment għall-Anzjani il-lum għandu 440 Assistenti Soċjali Każwali li qed jagħtu servizz fil-'Home Help' u f'postijiet oħra. Sabiex tiġi sodisfatta il-ħtieġa preżenti, idejalment in-numru ta' Assistenti Soċjali Każwali għandu jkun ta' madwar 450. 1.12.98
Leg 9 PQ #1635 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Caravaggio — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni jkun lest ir-restawr tal-Caravaggio f'Firenze? Meta se jiġi lura l-kwadru restawrat? X'xogħol jonqos isir fil-Kon-Katidral ta' San Gwann biex ikun lest għal meta jiġi lura l-kwadru tal-Caravaggio? Meta se jkun lest dan ix-xogħol u min se jagħmlu? X'passi ta' sigurta' se jittieħdu fil-post fejn se jkun espost il-kwadru la jiġi lura?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 1317. Nixtieq inżid li waqt il-pittura Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann mistennija tasal lura Malta f'April 1999 - kif kien akkordat fil-ftehim ta' Marzu 1996 bejn l-Opificio della Pietre Dure ta' Firenza u l-Kuratur tal-Mużew ta' l-Arti, il-Belt - ix-xogħlijiet fl-Oratorju ta' San Ġwann li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant għandhom ikunu lesti sal-bidu ta' Frar 1999. Dawn jikkonsistu: i. fl-istallazzjoni ta' apparat bejn il-pittura u l-ħajt ta' l-Oratorju li jippermetti li jsiru ispezzjonijiet spissi tal-kondizzjoni tat-tila minn wara; dan ix-xogħol ser ikun lest sa l-aħħar ta' Diċembru 1998. ii. tindifa u riabilitazzjoni tal-korniċjun ornamentali qadim tal-pittura, li ser isir minn grupp ta' restawraturi li għandhom jintbagħtu Malta mill-Opificio ta' Firenza , flimkien ma' għajnuna lokali. Hu ttamat li dan il-fażi tax-xogħol ippjanat li jieħu erbgħa ġimgħat - għandu jsir f'Jannar 1999 u qeda tkun ikkordinata mill-Mużew ta' l-Arti. Qed jittieħdu l-passi meħtieġa għas-sigurta' ta' din l-opra.
Leg 9 PQ #1636 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet/siti storiċi — Ħlas mill-viżitaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu tul Settembru, Ottubru u Novembru 1998 biex jiġi żgurat li l-flus li jħallsu l-viżitaturi tal-mużewijiet u s-siti storiċi fil-fatt jispiċċaw kollha fil-fondi pubbliċi bħala dħul? Kemm kien id-dħul ta' viżitaturi u ta' flus fil-mużewijiet u s-siti storiċi f'Settembru 1997 u 1998 u f'Ottubru 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet għamel diversi spezzjonijiet ta' siti storiċi biex jassiguraw l-introjtu tal-flus. Figuri tad-dħul għal Settembru u Ottubru 1997, 1998 huma hekk: 1997 1998 żieda % Settembru 69,169.50 95004.50 +37 Ottubru 113,850.00 111763.00 - 2

SWDP — Abbużi sesswalment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' tfal li ġew abbużati sesswalment u bħalissa qed jiġu mgħejjuna mill-aġenzija tal-SWDP?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Minn 1326 każ ta' abbuż fuq it-tfal li ġew riferuti matul dawn l-aħħar 50 xahar lit-Taqsima Ħarsien tat-Tfal tal-Programm Ħidma Soċjali (SWDP), dsatax (19) fil-mija kienu każijiet li kienu jinvolvu abbuż sesswali. Minn dawn, 78 każ huma kurrenti u bħalissa l-Aġenzija qed taħdem attivament fuq 43 każ. Hemm numru ta' każijiet li ġew riferuti lill-entitajiet oħrajn. 1.12.98
Leg 9 PQ #1638 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Ħlas dovut

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ċittadini li qed jistennew li jitħallsu ta' artijiet li jkun ħadilhom il-gvern għal xi skop pubbliku? Liema ammont ta' flus qed jistennew biex jitħallsu ċ-ċittadini mingħand il-gvern?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li peress li n-numru ta' sidien mhux dejjem jista' jiġi jdentifikat meta toħroġ l-Ordni ta' Esproprjazzjoni, mhux possibli li wieħed jagħti n-numru ta' persuni li qed jistennew li jitħallsu għall-proprjeta' esproprijata. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li hu stmat li l-ammont dovut biex jitħallas dwar esproprjazzjonijiet, hu ta' madwar Lm15,181,390. Dan l-ammont hu bażat fuq stimi preliminari li jsiru fil-mument tal-ħruġ ta' l-Ordni ta' Esproprjazzjoni u hu suġġett li jvarja għal diversi raġunijiet, fosthom kemm idumu biex jiġu jdentifikati s-sidien u ż-żmien li jgħaddi mid-data tal-pussess tal-proprjeta' sad-data tal-kuntratt. 01.12.98
Leg 9 PQ #1639 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenzja u Teknoloġija — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija tul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 1998? Min huma l-membri ta' dan il-kunsill? Xi pjani għandu għas-sena 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kunsill ma ltaqax minn meta fid-9 ta' Settembru 1998, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija għamel l-aħħar laqgħa tiegħu fejn il-membri offrew ir-riżenji tagħhom. Huwa mistenni li l-Kunsill jiġi rikostitwit dalwaqt.

WSC — Ħaddiema li weġgħu fuq il-post tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema weġgħu fuq il-post tax-xogħol meta kienu jaħdmu mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sena b'sena mill-1994 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: 1994 - 44 ħaddiem 1995 - 33 ħaddiem 1996 - 36 ħaddiem 1997 - 39 ħaddiem 1998 - 46 ħaddiem (sat-23 ta` Novembru 1998) Ta` min jgħid li l-biċċa l-kbira ta` dawn il-każi ta` korriment kienu ta` natura ħafifa.
Leg 9 PQ #1649 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex impjegata mad-Dipartiment tad-Dwana? Jista' jgħid x'pożizzjoni tokkupa u jgħid kemm ilha mpjegata f'dan id-dipartiment u x'remunerazzjoni għandha?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna li għaliha jidher li qed tirreferi l-mistoqsija ilha impjegata bħala `clerk` mad-Dipartiment tad-Dwana mis-6 ta` April 1992. Iżda mit-23 ta` April 1997 hija bdiet `Study Leave` bla ħlas biex tattendi kors full-time ta` tlett snin.
Leg 9 PQ #1650 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji lill-Kamra dwar ir-remunerazzjoni u l-benefiċċji l-oħra tal-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services u jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet tal-kuntratt li għandu mal-kumpannija u jispeċifika minn meta beda l-kuntratt u meta jispiċċa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-kuntratt tal-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services Ltd daħal fis-seħħ fis-16 ta' Diċembru, 1996 u huwa validu għal sentejn minn dik id-data. Skond il-kuntratt ir-remunerazzjoni annwali hija ta' Lm10,000. Il-benefiċċji l-oħra stipulati fil-kuntratt huma: 1. L-użu ta' vettura tal-kumpanija bi driver. Il-kumpanija żżomm id-dritt li d-driver jintuża għal xogħol ieħor meta jkun hemm bżonn. 2. Faċilita' ta' telefonati lokali bla ħlas.
Leg 9 PQ #1651 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Impjegat

Question

Il-Ministru jikkonferma li għaxart ijiem qabel l-elezzjoni il-Public Broadcasting Services impjegat bil-kuntratt u mingħajr sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet sitt impjegati ġodda mat-Taqsima ta' l-Aħbarijiet? Huwa normali li l-Public Broadcasting Services timpjega n-nies magħha bil-kuntratt u mingħajr sejħa pubblika? Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu dawn is-sitt impjegati jekk ma kienx hemm sejħa pubblika u min għażilhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fit-28 ta' Awissu ġew impjegati erba' ġurnalisti u żewġ cameramen/video editors fuq kuntratt ta' sitt xhur. Dan sar wara li saret talba lill-OPM li ġiet aċċettata u ngħata l-permess biex jibdew il-proċeduri. Skond dawn il-proċeduri fis-7 ta' Awissu saret talba lill-ETC biex tingħata l-lista ta dawk il-persuni li kienu qed jirreġistraw fl-ewwel parti tar-reġistru bħala ġurnalisti u bħala cameramen/video editors. Din il-lista ta' l-ETC kienet tinkludi ħames persuni li kienu qed jirreġistraw bħala ġurnalisti u persuna oħra li kienet qed tirreġistra bħala cameramen/video editor. Saru interviews lin-nies indikati mill-ETC iżda l-Bord li għamel l-intervisti deherlu li ħadd mill-applikanti bħala ġurnalisti ma kellu esperjenza fil-ġurnaliżmu televiżiv jew radjufoniku ħlief għal perusna li kienet qed tirreġistra fl-ewwel parti bħala cameraman/video editor li kellu l-esperjenza meħtieġa. Fis-17 ta' Awissu, 1998, l-ETC ġiet infurmata b'din is-sitwazzjoni u mitluba li tibgħat lista oħra ta' ismijiet għall-ġurnalisti b'esperjenza fir-radju u televiżjoni. Mil-lista li ntbagħtet minn fost dawk li kienu qed jirreġistraw fuq it-Tielet Parti tar-Reġistru irriżulta li l-persuni ndikati kollha kienu ħadmu bħala kontributuri mal-PBS u allura kellhom l-esperjenza u l-kwalifiki neċessarji. Saru l-intervisti mill-Bord ta' l-għażla li kien kompost mis-Sur Charles Flores (Executive Corporate Affairs), mis-Sur Paul Azzopardi (Manager News and Current Affairs) u mis-Sur Tony Abela (Manager Human Resources). Minn dawn l-intervisti il-Bord deherlu li dawn il-kandidati kollha ssodisfaw il-bżonnijiet tal-Kumpanija u ġie rakkomandat li jiġu mpjegati fuq kuntratt definit ta' sitt xhur. Intalab permess mill-ETC liema permess ingħata fl-24 ta' Awissu, 1998. Kien għalhekk li ma saritx sejħa pubblika.
Leg 9 PQ #1652 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'politika se jaddotta l-ministeru rigward il-futur tal-Public Broadcasting Services?

Response (GALEA, LOUIS)

Din hi l-materja li propju għadni qed nikkonsidra. Nittama li ma ndumx ma nkun nista' ninforma l-Kamra dwar żviluppi f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #1653 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Ilmenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 892, il-Ministru jaħseb li hu inkwetanti l-ammont ta' ilmenti li kien hemm mill-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-Public Broadcasting Services u li kważi 50% minnhom instabu ġustifikati?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. kollega jaf li m'hinix sorpriż bit-tagħrif mogħti fit-tweġiba imsemmija u hu propju għalhekk li nixtieq li l-politika li l-Gvern eventwalment jadotta f'dan il-kamp tkun waħda nazzjonali u li jkollha bħala l-aqwa missjoni tagħha servizz ta' kwalita' aħjar f'kull sens lill-poplu kollu tagħna.