Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #782 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotions Unit

Question

Is-Swimming Promotions Unit li kellha l-uffiċini tagħha fil-Pixxina Nazzjonali se terġa' tibda tiffunzjona? Japprezza l-Ministru li l-lezzjonijiet ta' l-għawm kienu popolari ħafna ma' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Infurmat li qed jiġi studjat set-up ġdid għas-Swimming Promotion Unit li nispera li jkun popolari mat-tfal ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #783 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ħaddiema li hemm fil-Pixxina Nazzjonali ngħataw estensjoni ta' xahar b'xahar fil-kuntratt tagħhom, meta skadilhom il-kuntratt part-time ta' sitt xhur? Huwa minnu li dan il-kuntratt ġie estiż għal żmien minimu fuq ordni tas-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru? Xi pjani hemm biex ix-xogħol ta' dawn il-ħaddiema jkun aktar fiż-żgur?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm 7 ħaddiema li ingħataw jew se jingħataw estensjoni ta' xahar b'xahar. Din id-deċiżjoni ittieħdet fuq rakkomandazzjonijiet mill-Bord Amministrattiv. Tweġiba dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija tingħata meta jiġu finalizzati deċiżjonijiet oħra li jirrigwardaw il-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #784 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' ħaddiema fuq bażi ta' full time u part-time fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhu x-xogħol tagħhom f'kull każ? Minbarra l-ħaddiema impjegati direttament mal-Pixxina, kemm hemm staff ieħor ta' dipartimenti oħra tal-gvern li jagħmlu x-xogħol tagħhom fil-Pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm tlett impegati full time li jagħmlu xogħol ta' receptionists jew kelerikali. Hemm seba' impjegati oħra part-time li ħamsa minnhom jagħmlu xogħol ta' Aquatic Facility Operators (Deckhands), waħda bħala cleaner u ieħor Security fuq light duties minħabba raġunijiet mediċi. Hemm ukoll tlett watchmen li huma impjegati mad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u disa' impjegati li jitħallsu mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #785 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sports — Ċentri ta' l-isports

Question

Meta dan l-aħħar is-Segretarju Parlamenti l-Onor. J. Mugliett semma t-twaqqif ta' tlett ċentri ta'l-isports fil-pajjiż, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pixxina Nazzjonali kenitx qed tiġi kkonsidrata bħala waħda minnhom? Jeżistu pjani biex dan iċ-ċentru jiġi żviluppat aktar biex aktar dixxiplini sportivi jkunu jistgħu jsiru fih?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħal ma diġa' għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 342 qed isir studju dwar is-siti li jkunu jistgħu jiġu żviluppati f'kumplessi sportivi. F'dan l-istadju ma' nelimina ebda possibilita'.

Port Ħieles — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 423, jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet, in-numri tal-karta ta' l-identita' u l-indirizzi ta' l-impjegati ġodda msemmija fil-mistoqsija? Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-grad, il-kariga u x-xogħol ta' dawn l-impjegati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Inħoss i ma jkunx etikament ġust li nagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #1175 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Kontravinzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew mħarka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn għal kontravenzjonijiet tat-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98

Impiegi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imħarka persuni sena b'sena mill-1990 'l hawn li nqabbdu jaħdmu waqt li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni f'Malta u Għawdex sena b'sena mill-1990 l'hawn li nqabdu jaħdmu waqt li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol hu kif ġej: SENA TOTAL ____ _____ 1990 263 1991 80 1992 48 1993 133 1994 222 1995 533 1996 646 1997 575 1998 (sa Settembru) 168 1.12.98

Sigurta' Soċjali — Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu pensjonanti f'pajjiżna li għandhom eta' minn: a) 60 sena sa 65 sena; b) minn 66 sena sa 70 sena; c) minn 71 sena sa 75 sena; d) minn 76 sena 'il fuq? Kemm kien hemm pensjonanti, sena b'sena, mill-1990 'il hawn fl-1 ta' Jannar ta' kull sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed nipproduċi tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. TABELLA A Statistika dwar etajiet differenti ta' Persuni li jirċievu pensjoni kontributorja. Kategorija ta' Eta Pensjonanti Nisa Pensjonanti Rġiel __________________ ________________ _________________ 60 - 65 sena 3978 7587 66 - 70 sena 3446 6103 71 - 75 sena 3558 5002 'l fuq minn 76 sena 6874 5900 TOTAL 17856 24592 TABELLA B Statistika dwar in-numru ta' persuni li jirċievu xi Pensjoni Kontributorja. (figuri kif kienu f'Jannar ta' kull sena) SENA NUMRU TA' PENSJONANTI 1990 39073 1991 39700 1992 40680 1993 42184 1994 43541 1995 44705 1996 46559 1997 48327 1998 49949 1.12.98

Ministeru tal-Politika Soċjali — Area officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jeżistu area officers li joffru servizzi tad-dikasteru li għalih huwa responsabbli l-Ministru f'Malta u Għawdex? F'liema lokalitajiet jinsabu? Kemm hemm ħaddiema f'kull area office? Dawn huma skond il-complement ippjanat għal kull area office? Jekk fin-negattiv, x'diskrepanzijeżistu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Hemm 22 Uffiċċji Distrettwali li joffru servizz lill-pubbliku li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministru tal-Politika Soċjali. Id-dettalji ta' kif huma mqassmin il-ħaddiema hu kif indikat hawn taħt: Post Persuni fuq xogħol Ħaddiema Differenza mill- klerikali oħra mhux komplement idejali tal-Post Floaters* fuq xogħol ta' persuni fuq (xogħol klerikali) klerikali xogħol klerikali Balzan 2 - 2 xejn B'Kara 5(a) - 2 xejn Cospicua 4 - 1 xejn Ħamrun 3(b) - 2 -1 Luqa 3 - 2 xejn Marsa 3 - 2 xejn Mosta 4 2 2 xejn Msida 2 1 1 -1 Naxxar 2 - 1 xejn Paola 4 - 2 xejn Qormi 2 1 3(c) -2 Rabat 4(d) - 1 xejn St Pauls Bay 2 - 2 xejn San Gwann 1 1 1 -2 Sliema 3 1 1 -1 Valletta 3 1 1 xejn Zabbar 5(e) 1 2 +1 Zebbug 2 - 2 -1 Zejtun 3 - 1 -1 Zurrieq 5(f) - 3 +2 Victoria 10 - 3 +2 Nadur 4 - 2 +2 TOTAL 76 8 39 123 Ħaddiem _____ __ _ __ ___________ NOTA:- (a) B'Kara - Persuna klerikali qegħdha fuq 'maternity leave'. (b) Ħamrun - Hemm persuna fuq xogħol klerikali nieqsa, filwaqt li hemm messaġier żejjed, iżda dan hu persuna b' diżabilita'. (c) Qormi - Persuna minnhom b'diżabilita'. (d) Rabat - Persuna klerikali li dalwaqt tibda bil-'maternity leave'. (e) Żabbar - Persuna minnhom b'diżabilita'. (f) Żurrieq - Żewġ persuni b'diżabilita' fuq xogħol ħafif. *Floaters _________ Persuni li huma indikati bħala Floaters, għalkemm jirrapurtaw għax-xogħol fid-Distrett kif indikat, huma msejħa skond il-ħtieġa biex jagħmlu xogħol f'distretti oħra fejn ikun hemm xi nuqqas ta' staff. 1.12.98

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif għandu l-ħsieb li jiċċelebra s-sena 1999 dedikata għall-anzjani?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Naħseb l-Onor. Interpellant jaf li f'April, 1998, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, fuq istruzzjonijiet tal-United Nations, twaqqaf kumitat jismu 'National Focal Point', bl-iskop li jħejji programm għas-sena 1999, dedikata għall-anzjani. Dan il-kumitat, li fih hemm ukoll kważi l-membri kollha li kien hemm qabel, fis-26 ta' Ottubru, 1998, ta press conference li fiha ġie ppreżentat dokument, intitolat 'Working Document and Proposed Activities' li kopja tiegħu ser inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. 1.12.98

Ministeru tal-Politika Sopċjali — Welfare services

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' Welfare Services offruti mill-Ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bħalissa? Kemm hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn kull wieħed minn dawn is-servizzi bħalissa, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm kienet/hija l-ispiża nvoluta għal kull benefiċċju?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Id-Dipartimenti u l-Aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi u li joffru xi servizzi ta' 'welfare', kif ukoll it-tip ta' servizzi li joffru, huma dawk li jidhru hawn taħt: (i) Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja u Programm Ħidma Soċjali (Social Welfare Development Programme) 'Social Work' relatat ma problemi fil-familja, tfal abbużati, nisa msawwta, 'probation' u 'fostering', kif ukoll persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom; (ii) Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Servizzi varji lill-persuni b'diżabilita' u l-familji tagħhom; (iii) 'Adult Training Centres' Taħriġ u servizz ta' 'respite' għal matul il-jum għall-persuni adulti b'diżabilita'; (iv) Aġenzija Sedqa Servizzi ta' prevenzjoni u kura fil-konfront ta' l-abbuż mill-alkoħol u d-droga; (v) 'Occupational Health and Safety Unit' tad-Dipartiment tax-Xogħol Servizz lill-ħaddiema għall-ħarsien tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol; (vi) Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali Servizzi fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, naħseb li l-Onor. Membru japprezza li x-xogħol meħtieġ sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba m'huwiex ġustifikat f'dan il-kuntest. 1.12.98

Tarxien — Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Xintill sa Triq is-Sorijiet, Tarxien minħabba l-problemi li qed ikollhom ir-residenti u l-istudenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq ix-xintill sa Triq is-Sorijiet kienet asfaltata żmien ilu u għalhekk id-deċizjoni biex isir resurfacing trid tittieħed mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #1372 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Triq Sant'Ubaldesca - Restawr

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li tiġi restawrata l-Knisja ta' Sant'Ubaldeska u l-gvern jagħti flus permezz ta' fondi speċjali biex il-pjazza ta' quddiem il-knisja tiġi rranġata skond il-pjanti li ħarġu mill-awtoritajiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix li d-Dipartiment tal-Mużewijiet huwa responsabbli għar-restawr tal-Knisja ta' Sant Ubaldeska.

Anzjani — Home help

Question

Jista' l-Ministru jara li l-koppja anzjana li l-identita' tagħha qed tingħata separatament ma' din il-mistoqsija, tingħata l-home help minħabba ċirkostanzi ta' mard?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-koppja anzjana li l-identita' tagħha ingħatat separatament ma din il-mistoqsija ingħatat il-'Home Help Service' fis-16 ta' Novembru l998. l.12.98

Santa Luċija — Triq il-Prinjoli - Asfaltar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Prinjoli, Santa Luċija, tingħata t-tarmak?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Prinjoli kienet asfaltata żmien ilu u għalhekk id-deċiżjoni biex isir resurfacing trid tittieħed mill-Kunsill Lokali.

Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-budget li jmissx hemmx il-ħsieb li jiġi allokat fond għal dawk in-nies li jsofru minn xi diżabilita' u li applikaw għal Home Help? Qabel din il-kategorija kienet tiġi moqdija mill-vot ta' l-anzjani.

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru mhux korrett meta jgħid li 'qabel din il-kategorija kienet tiġi moqdija mill-vot ta' l-anzjani', għaliex jirriżulta li kien hemm diversi talbiet li ma ġewx moqdija fl-amministrazzjoni preċedenti u jirriżulta wkoll li kien hemm min kien qiegħed jirċievi dan is-servizz u twaqqaf b'mod irresponsabbli mill-Gvern preċedenti, tant li każ minnhom tressaq quddiem l-Ombudsman u ingħata r-raġun lill-familja konċernata. Jien nemmen u ser ninsisti li dan is-servizz jingħata skond il-bżonn u li talbiet minn persuni b'diżabilita' jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom. 1.12.98
Leg 9 PQ #1411 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-liema lokalita' kienu ġejjin dawk in-nies li għamlu xi reat konness mad-droga, sena b'sena, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 01.12.98
Leg 9 PQ #1412 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Detox Unit

Question

Jista' l-Ministru jelenka minn liema lokalitajiet kienu ġejjin dawk li ffrekwenta id-Detox Unit fl-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Domanda għandha tiġi ndirizzata lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #1413 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ophthalmic angiograms

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għalfejn m'humiex qed isiru Ophthalmic angiograms fl-Isptar San Luqa u x'waiting list ta' pazjenti hemm li qegħdin jistennew din it-tip ta' investigazzjoni? Xi ħsieb hemm biex tiġi solvuta din is-sitwazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mill-bidu ta' Settembru ta' din is-sena is-servizz ta' Ophthalmic Fluorescein Angiography waqaf għax il-magna li ilha 'l fuq minn ħmistax-il sena nkisret. Ta' min jgħid li f'Marzu ta' l-1998 l-Ophthalmic Department irrakkomanda li l-magna tinbidel u tinxtara magna ġdida. Bħalissa hemm 32 pazjent fuq il-waiting list għal din l-investigazzjoni. L-engineering department ikkonfermaw illi l-magna ma tistax tissewwa għax hija obsolete u għalhekk id-Dipartiment tas-Saħħa sejjer jixtri magna ġdida mill-iktar fis possibli.