B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 22 (Seduta Nru. 4) dwar l-estensjoniiet tad-drenaġġ fil-Baħrija, jista' l-Ministru jinformani meta se jibda l-istudju li rrifera għalih u meta huma maħsuba li jsiru x-xogħlijiet fil-futur qarib, ċioe' f'liema xahar u sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ bi ħsiebu jissottometti studju preliminari, għall-approvazzjoni, lill-Komunita' Ewropea sabiex din tiffinanzja l-imsemmi proġett taħt waħda mill-iskemi provduti fi ħdana għat-titjib ta' l-ambjent. B'hekk l-istudju finali jkun jista' jinbeda meta t-talba mressqa mid-Dipartiment tad-Drenaġġ tiġi milqugħa.
Naturalment ix-xogħlijiet ikunu jistgħu jinbdew biss, wara li l-istudju jiġi konkluż u d-disinn tas-sistema finalizzat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 23 (Seduta Nru. 4) ċioe' dwar xogħlijiet fuq estensjonijiet li hemm bżonn isiru fit-12-il distrett, jista' l-Ministru ġentilment jinformani triq triq meta huwa pprogrammat li l-kuntratturi jibdew ix-xogħlijiet?
Min huma l-uffiċjal responsabbli minn dawn ix-xogħlijiet u ma' min jistgħu jikkomunikaw ir-residenti kemm-il darba jkollhom bżonn iressqu x'ilmenti dwar dawn ix-xogħlijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi dawn il-kuntratti huma maħsubin għall-bidu tas-sena li ġejja.
Il-persuni nkarigati huma l-periti u l-uffiċjali tekniċi tad-Dipartiment tad-Drenaġġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' armi, snieter, eċċ reġistrati bil-permess jew liċenzjati mill-pulizija?
Kemm minn dawn l-armi huma permessi li jintużaw għall-kaċċa u għall-avvenimenti sportivi ta' l-isparar?
X'kienu l-istess numru ta' armi f'pajjiżna matul dawn l-aħħar 12-il sena, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 246 f'Seduta 9.
Minn numru totali ta' armi reġistrati mill-Pulizija fil-31 ta' Ottubru, 1998, ninsab infurmat li 41,633 jintużaw għal kaċċa jew avvenimenti sportivi ta' l-isparar.
Ninsab infurmat ukoll illi l-Pulizija ma żżommx l-istatistika mitluba fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
02.12.98
Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 21 (Seduta Nru. 4)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jidhirli li l-mistoqsija li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant diġa` weġibtha.
Jekk l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal installazzjoni ta` bozoz ġodda,l-proċedura tinsab fi stadju ta` evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal reserved parking tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Jaf il-Ministru li din il-persuna li għandha problemi ta' mobility toqgħod fi triq li minnha tidħol għal qalba ta' Paceville u minħabba nuqqas ta' parking u kontestazzjonijiet oħra b'konnessjoni tat-traffic tagħmilha diffiċli li toħroġ minn ġewwa darha anke f'każijiet urġenti ta' mard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
1. L-applikazzjoni li saret riferenza għalija f'din il-Mistoqsija Parlamentari, ġiet miċħuda mill-Bord tal-Kontroll tat-Traffiku fuq rakkomandazzjoni tal-Bord Keep Clear tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' wara li anke saret żjara fid-dar tal-applikanta.
2. L-ittra li tinforma lil din l-applikanta b'din id-deċiżjoni ġġib id-data tas-17 t'Ottubru 1997.
2.12.98
Ministru ta' l-Ambjent — Laqgħat jew kuntatti mal-Perit Dom MIntoff
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kellux laqgħat jew kuntatti ma' l-ex Deputat Dom MIntoff mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?
Il-laqgħat jew kuntatti imsemmija li kellu, jekk kellu: (1) fuq liema livel saru; (2) meta saru u fejn; (3) x'suġġetti politiċi nazzjonali u internazzjonali ġew diskussi?
Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-ħaddiema impressed mal-Gvern isiru tal-post mal-gvern? Jekk huwa l-ħsieb, jista' l-Ministru jgħid meta se ssir din il-miżura? Jekk m'huwiex il-ħsieb tal-gvern x'inhi r-raġuni? Fil-preżent kemm jammontaw il-ħaddiema impressed u minn liema lokalitajiet ġejjien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1115.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata Tweġiba f'xi Seduta oħra.
2.12.98
Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-Gvern li l-garages tal-gvern fl-oqsma residenzjali li huma mikrija jiġu mixtrija mill-inkwilini? Jekk huwa l-ħsieb jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' skema se tinħoloq u liema huma l-ewwel oqsma residenzjali li se jgawdu minn din l-iskema?
Response (BORG, TONIO)
Il-Gvern qed jikkunsidra diversi skemi, inkluż dik fejn garaxxijiet li l-kera tagħhom tinġabar mid-Dipartiment ta' l-Artijiet, ikunu jistgħu jinxtraw mill-kerrejja.
Peress li dan il-proċess għadu fi stadju preliminari għad mhux il-waqt li jingħataw aktar dettalji.
02.12.98
Jista' l-Viċi Prim MInistru jgħid x'tip ta' laqgħat u kuntatti saru mis-6 ta' Settembru, 1998 sal-lum ma' l-ex Deputat Dom Mintoff? Jista'l-Viċi Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema livell saru; (2) meta saru; u (3) x'suġġetti politiċi nazzjonali u internazzjonli ġew diskussa?
Response (MARCO, GUIDO DE)
Irrid nattira l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant kif ukoll ta' l-iskrivani tal-kamra li din l-interpellanza mhix konformi ma' l-ordni 26 ta' l-ordnijiet Permanenti tal-kamra.
Prim Ministru — Laqgħat ma' l-ex Deputat Dom MIntoff
Question
Jista' l-Prim MInistru jgħid jekk sarux laqgħat jew kuntatti ma' l-ex Deputat Dom Mintoff mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Jekk saru dawn it-tip ta' laqgħat jew kuntatti, jista' l-Prim Ministru jgħid: (1) fuq liema livell saru? (2) meta saru? (3) x'suġġetti politiċi li huma ta' interess nazzjonali ġew diskussa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nippresumi li d-domanda ta' l-Onor Interpellant hija dwar
kuntatti jew laqgħat li jiena seta kelli mal-Perit Dom
Mintoff mill-5 ta' Settembru 'l hawn.
Ir-risposta hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret provisional capital gains tax, sena b'sena, minn meta ġiet introdotta din il-forma ta' tassazzjoni minn Gvern Nazzjonalista 'il hawn?
Kemm minn dawn it-totali nġabru in konnessjoni ma' trasferimenti: a) ta' proprjeta' immobbli inter vivos; b) ta' proprjeta' immobbli causa mortis; u c) ta' ishma/stocks jew assi simili?
Response (DALLI, JOHN)
Minn meta ġiet introdotta t-taxxa fuq qligħ kapitali fil-25 ta` Novembru 1992, taxxa proviżorja miġbura minn din il-forma ta` tassazzjoni kienet din:
Sena Bażi Ammont
Lm
1992 7,029
(25\12\92 - 31\12\92
1993 2,716,687
1994 5,616,568
1995 8,061,020
1996 6,033,446
1997 5,729,045
1998 4,449,271
(1\1\98 - 31\10\98)
L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija mhuz possibbli li tingħata għaliex il-pagamenti dwar ħlas proviżorju tat-taxxa kapitali ma jiġux rekordjati skond it-tip ta` trasferimenti iżda taħt taxxa minn qligħ kapitali (CGT).
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex kif ukoll quddiem tribunali dwar kwestjonijiet marbutin mal-ħlas/ġbir/refunds ta' taxxi? X'tip ta' taxxa hija nvoluta f'kull każ, per eżempju, suċċessjoni/income tax/CET/levies, eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Qrati u Tribunali huwa kif ġej:
Qrati Tribunali
Dwar Taxxa fuq id-Dħul 97 56
Dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti 3 45
Dwar Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni 1 11
Dwar Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) 1 189
Dwar Taxa fuq Valur miżjud (VAT) 23 1,100
Dwar Expenditure Levy 6 5
Dwar evażjoni\pagament ta` dazju dovut 263 --
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta/Tribunali relattivi għal ġbir ta' arretrati fil-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tan-National Insurance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda Parlamentari Nru. 64 li fiha ingħatat l-informazzjoni mitluba.
2.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi u ditti separatmaent li għandhom jirċievu refunds ta' taxxa mħallsa żejda, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm huma l-ammonti dovuti għal kull sena msemmija?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabelli A u B.
Tabella A
Refunds dovuti fuqħlas żejjed ta` taxxa fuq id-dħul mill-1990 `l hawn:
Sena ta` Individwi Kumpanniji Total
Stima Numru Ammont Numru Ammont Numru Ammont
90 228 93,537 36 104,840 264 198,377
91 143 85,944 24 85,251 167 171,195
92 237 108,635 20 41,026 257 149,661
93 464 328,180 34 208,324 498 536,504
94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724
95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976
96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441
97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337
98 223 128,816 39 160,570 262 289,386
99 68 45,395 3 1,676 71 47,071
Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672
Dan juri refunds dovuti dwar kontijiet li ġew assessjati sas-16 ta` Novembru 1998.
Tabella B
Talbiet ta` ħlas lura ta` taxxa (refunds) fuq dokumenti u trasferimenti mill-1990 `l hawn.
Sena Numru ta` Talbiet L-Ammonti Dovuti
1993 12 7,400
1994 10 6,000
1995 22 13,400
1996 25 17,500
1997 13 10,400
1998 37 24,100
Dawn it-talbiet kollha jikkonċernaw individwi ħlief talba waħda biss li tikkonċerna kumpannija li għamlet it-talba fl-1997.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni, individwi u kumpanniji/ditti li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-CET? Kif inhuma mqassmin dawn il-persuni/entitajiet, per eżempju, tobba, avukati, electricians, panel beaters, eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fit-13 ta` Novembru 1998 kien hemm b`kollox 44,897 operaturi tan-negozju irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Dawn l-operaturi huma mqassmin kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni 'l fuq min 40 sena jirreġistraw għax-xogħol illum? Jista' l-Ministru jagħti breakdown taż-żmien li ilhom jirreġistraw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'Ottubru 1998 in-numru ta' persuni 'l fuq minn 40 sena li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ kien ta' 2,729.
It-tabella ta' hawn taħt turi l-perjodu taż-żmien li ilhom jirreġistraw għax-xogħol.
PERJODU OTTUBRU 1998
0 - 1 sena 1,092
1 - 2 snin 548
2 - 3 snin 376
3 - 4 snin 185
4 - 5 snin 146
5 snin u 'l fuq 382
TOTAL 2,729
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
2.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol sa l-aħħar ta' Ottubru 1998? Kemm min dawn kienu persuni li qed jirreġistraw għall-ewwel darba?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħrig fl-aħħar ta' Ottubru 1998 kien ta' 7,288.
Minn dawn kien hemm 510 persuna li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba.
L-aħħar figuri ppublikati huma ta' Settembru 1998.
2.12.98
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm xi każi ta' legionella li saritilhom din id-djanjosi dan l-aħħar? Kemm kien hemm każi? F'liema hotel kienu alloġġjati u ta' liema nazzjonalita' kienu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-bidu ta` Mejju ta` din is-sena sa llum kien hemm ħames każijiet ikkonfermati ta` legionnaires disease.
Erbgħa minnhom kienu barranin: tnejn Ingliżi, wieħed Skoċċiż u waħda Awstriaka. Każ ieħor kien f'ċittadin Malti li x'aktarx is-sors huwa minn barra minn Malta. Infomazzjoni fuq il-lukandi hija kunfidenzjali iżda nista` ngħid illi l-barranin involuti kienu alloġġjati f'erba lukandi differenti.
Jista' l-Ministru jispeċifika taħt min suppost jaqgħu r-responsabilitajiet tad-dining room tad-Day Centre ta' Wied il-Għajn - tad-diriġenti tad-day centre jew tal-caterers?
Rigward l-istess ċentru, jista' l-Ministru jgħid meta se tibda tintuża s-swimming pool diġa' fornuta? X'ammonti ta' care workers u residenti hemm f'dan iċ-ċentru ta' Wied il-Għajn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Meta nfetaħ iċ-Ċentru tat-Taħriġ ta' Wied il-Għajn, saru arrangamenti biex id-'dining room' taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-'Catering Manager' li tieħu ħsieb il-kċina, waqt li d-'day centre' jaqa' taħt ir-responsabbilita' ta' l-'Acting Head' tad-'day centre'. Hemm ftehim ukoll li kull meta l-persuni b'diżabilita' jkollhom bżonn jagħmlu użu mid-'dining room', dawn jitħallew jużawha liberament.
Qabel ma s-'swimming pool' tibda tintuża, din għandha bżonn li ssirilha tiswija minħabba xi konsenturi li għandha fil-qiegħ. M'hemmx dubbju li meta jkun il-waqt, is-'swimming pool' tiġi rranġata biex isservi l-bzonnijiet tal-persuni b'diżabilita' mhux biss taċ-Ċentru ta' Wied il-Għajn imma taċ-ċentri l-oħrajn.
In-numru ta' persuni b'diżabilita li qed jattendu ċ-ċentru huwa 57 u dawn qed jieħdu ħsiebhom 12-il impjegat li l-gradi tagħhom huma dawn:
1 Acting Head taċ-Ċentru
1 Assistant Head
1 Care Worker
4 Assistant Care Worker
4 Casual Care Worker
1 Casual Social Assistant
F'dan iċ-Ċentru hemm ukoll servizz ta' 'nurse'.
2.12.98