Barra l-kuntratt li għandu s-Sur Tony Meilaq bħala Chairman u Chief Executive Officer tal-Maltacom, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk is-Sur Meilaq jirrappreżentax lill-kumpannija bħala direttur fuq kumpanniji li l-Maltacom għandha investiment fihom? Jekk fl-affermattiv, kemm hija l-onorarja jew director's fee li jirċievi minn kull kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta hijiex qegħda tikkonsidra l-użu tal-gass għat-tħaddiem tal-vetturi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li riċentament il-Korporazzjoni Enemalta irċeviet xi informazzjoni mingħand manifatturi ta` LPG Conversion Kits għall-magni tal-karozzi. Bħalissa il-Korporazzjoni qed tanalizza din l-informazzjoni.
It-tinda proviżorja li tqegħdet f'naħa waħda ta' Misraħ il-Palazz, Valletta se tibqa' hemm b'mod permanenti? Jikkonsidra l-Ministru li din tiġi trasferita għal taħt is-siġar biswit il-Konkattidral ta' San Gwann? (man-naħa ta' Triq ir-Repubblika)
Jaħseb il-Ministru li f'dan il-post jiġu protetti kemm iż-żwiemel mix-xemx/xita kif ukoll iċ-ċittadini mid-droppings ta' l-għasafar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat illi l-Uffiċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta bħalissa qed iħejji rapport dwar din il-materja. Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tiġi kkunsidrata flimkien ma' proposti oħrajn li daħlu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jagħti l-Lm75,000 li qal li se jagħti lill-NGO's?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jidher fl-Estimi 1999, taħt il-Vot tal-Ministeru tal-Politika Soċjali hemm allokazzjoni ġenerali ta` Lm400,000 li titqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta N.G.O.`s skond programmi specifiċi li huma jagħmlu fis-sena li ġejja.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dati, mill-1993 sal-lum, tad-diskussjonijiet li saru li għandhom x'jaqsmu mat-tiftix, tħaffir, riċerki, eċċ taż-żejt? Jista' l-Prim Ministru jgħid min ħa sehem fid-diskussjonijiet u x'kien ir-riżultat ta' kull diskussjoni?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Niskanta kif l-Onorevoli Interpellant jagħmel mistoqsija
bħal din meta jaf - u bħala ex-Ministru responsabbli għat-
Tiftix għaż-Żejt, jaf sewwa - li
l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali, u mhux
ftit.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji li jiddikjaraw dħul ta' bejn Lm10,000 u Lm13,000 fis-sena u li fl-istess ħin għandhom ħamest itfal? Kemm se tiswa din il-miżura soċjali ġdida?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Numru 2031.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid liema attivitajiet sportivi u liema organizzazzjonijiet sportivi se jiġu ffinanzjati matul l-1999 mil-line item 4178 li għalih il-Gvern qed jivvota Lm360,000?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu nies il-qorti fuq każi konnessi mad-droga din is-sena? X'weħlu wieħed wieħed f'kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul din is-sena, sat-30 ta` Novembru, tressqu l-Qorti 320 persuna fuq każi konnessi mad-droga.
Ninsab infurmat ukoll li 180 każ minnhom għadhom sub judice. Dwar il-140 każ li ġew deċiżi mill-Qorti, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li tressqu l-qorti sena b'sena, f'dawn l-aħħar għaxar snin talli biegħu alkaħol lil tfal taħt is-16-il sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta` persuni li tressqu l-Qorti mill-Pulizija talli biegħu alkohol lill-persuni taħt is-16 il-sena bejn l-1989 u t-30 ta` Novembru, 1998, kien kif ġej:-
Sena Numru Ta` Persuni
_____ _________________
1989 --
1990 --
1991 1
1992 --
1993 --
1994 2
1995 --
1996 --
1997 1
1998 6
03.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' bniet ta' l-iskola li llum m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena skolastika, jiġifieri minn Settembru sal-lum, in-numru ta' studenti li m'humiex jattendu l-iskola minħabba li huma pregnant huwa ta' sitta.
Jista' l-Ministru jgħid kif fl-Isptar San Vinċenz de Paule qatt ma kien hemm purtieri fis-sala R.B.3? Meta jaħseb li dawn se jsiru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'din is-sala partikulari RB3 m'hemmx purtieri madwar is-sodod. Hemm ippjanat li f'din is-sala se jitwaħħlu l-purtieri s-sena d-dieħla.
Bħalissa f'din ir-residenza għaddej programm ta' twaħħil ta' purtieri fis-swali tan-nisa f'St. Francis Wing li għandhom 'priorita' aktar mis-sala RB3.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn familji b'ġenitur wieħed li jirċievu allowance u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' anqas minn Lm3,000 u kemm se jikkwalifikaw familji ġodda fl-istess kategorija, issa li c-ceiling tela' għal Lm4,000? Kemm se tiswa din il-miżura soċjali ġdida?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-istatistika ta' familji b'ġenitur wieħed li jirċievu xi allowance tat-tfal u li jiddikjaraw li għandhom dħul ta' anqas minn Lm3,000 hi kif ġej:
Stat Ċivili tal-
persuna li għamlet Dħul dikjarat bejn Dħul dikjarat bejn
it-talba u qed Lm0 - Lm2604 Lm2605 - Lm3000
tirċievi l-Allowance
____________________ __________________ ___________________
De Facto Separated 425 18
Divorced 29 1
Legally Separated 959 68
Single 857 49
Widow/er 258 71
TOTAL 2528 207
Tajjeb jingħad li l-istatistika li jżomm id-Dipartiment hija dwar l-istat ċivili ta' l-applikant u mhux kif fil-fatt qed jgħix. Għaldaqstant jista' jkun li għalkemm hawn fuq persuna hija indikata bħala familja b'ġenitur wieħed, fil-fatt hija tkun qed tgħix ma' persuna oħra u ffurmat familja oħra u għalhekk t-test tal-meżżi għal skopijiet ta' l-Allowance tat-tfal ikun sar fuq id-Dħul tal-familja kollha.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant, billi l-miżura mħabbra fid-diskors tal-Budget titratta dwar tibdil fis-ceiling għal skopijiet ta' taxxa fuq id-Dħul, ikun tajjeb li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lil Ministru tal-Finanzi.
3.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huwa n-numru ta' ajruplani li fil-mument jifformaw il-flotta nazzjonali ta' l-Air Malta? Kemm minn dawn huma mikrija temporanjament u f'liema destinazzjonijiet joperaw?
X'inhuma l-fuel u l-maintenance cost comparison ta' dawn l-ajruplani li l-Air Malta qed tikri meta mqabbla ma' l-ajruplani l-oħra tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
ħBħalissa l-flotta ta` l-Air Malta hija magħmula minn dawn l-ajruplani:
Airbus A320 - 2
Boeing B737/200 - 2
Boeing B737/300 - 3
Boeing 737/300 - 3
Minn dawn l-aħħar 3 ajruplani, 2 huma mikrija mingħand l-Ansett ta` l-Awstralja u 1 mingħand l-M.A.S. tal-Malasja. Dawn l-ajruplani jintużaw fuq in-network tal-Kumpanija skond kif meħtieġ minn żmien għal żmien.
Peress li l-informazzjoni mitluba dwar `fuel` u `maintanance costs` huma dettalji ta` natura kummerċjali, mhux fl-interess tal-kumpanija li din tixxandar.