Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal b'diżabilita' intelletwali bħalissa li qed jiużaw is-servizz tac-child development and assessment unit (CDAU)? Kif huma mqassma skond l-eta', subien u bniet? Liema huma s-servizzi li ingħataw lil dawn it-tfal?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħalissa hemm 1424 tifel u tifla b'diżabilita' mentali li jattendi ic-CDAU b'etajiet li jvarjaw mit-twelid sa erbatax-il sena. Inkwantu 461 huma bniet u 963 huma subien. Dawn it-tfal jingħataw servizzi mediċi minn tobba speċjalizzati, servizzi ta' terapija minn fiżjoterapista, occupational therapists u speech therapists u u servizz ta' psikoloġista. Barraminhekk, jingħataw servizzi tal-vista u smiegħ u ta' 'early intervention' teacher fuq bażi ta' riferiment.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi ratifikat l-istatut li bih twaqqaf il-qorti kriminali Internazzjonali (ICC)? Jista' jgħid għaliex għadu ma ġiex ratifikat meta 76 pajjiż diġa' rratifikawh?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi diġa tħejja abbozz ta` liġi li meta jgħaddi mill-Parlament, permezz tiegħu Malta tkun tista` tirratifika r-`Rome Convention` li permezz tagħha twaqqaf il-Qorti Kriminali Internazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-pilloli out of stock li hemm bħalissa fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-ispiżeriji tal-Gvern illum (05.09.02) huma indikati hawn taħt:
Prodott
Raġ
uni
Amanthadine 100mg tablets
Il-prodott issa wasal u tqassam.
Carbidopa 10mg/Levodopa 100mg tablets
Il-prodott issa wasal u tqassam.
Chlorpromazine 100mg tablets
Infetaħtender u bħalissa qed jintlaqgħu l-offerti.
Infetħet direct order, ġiet ordnata dirett mill-Ingilterra u stokk mistenni il-ġimgħa d-dieħla.
Dimenhydrinate 50mg tablets
Diffikulta biex jiġi offrut il-prodott fuq tender peress li l-ispiża hija żgħira ħafna. Mistennija konsenja żgħira mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa.
Ferrous Sulphate 200mg tablets
Kien hemm diffikultajiet biex jinstab dan il-prodott u għalhekk l-ispeċifikazzjonijiet ġew mibdula darbtejn. Għadha kif ingħatat ordni għal sena. Bħalissa il-GPS qed jistenna x-xogħol dieħel. Infetħu wkoll direct orders biex itaffu l-problema imma dawn ma kinux biżżejjed biex jipprevenu out of stock.
Ketoconzole 200mg tablets
Infetħu tlett direct orders imma ma kien hemm l-ebda offerta. Infetħet direct order oħra li bħalissa qed tiġi pproċessata.
Levodopa 100mg/Benserazide 25mg Capsules
Diffikulta bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni l-ġimgħa d-dieħla.
Maprotilene 25mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Infetħet direct order urġenti kif ukoll mistennija konsenja ta` xahrejn stokk mingħand l-Aġent lokali din il-ġimgħa.
Metoprolol 50mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott kien ordnat, wasal, pero` l-Aġent Ingliż bagħat Metoclopromide 10mg Tablets flok il-prodott ordnat. Il-GPS issa qiegħed jistenna il-prodott ordnat.
Primidone 250mg tablets
Problema bic-CPP. Il-prodott se jinxtara dirett mill-UK u mistenni din il-ġimgħa.
Prochlorperazine 5mg tablets
Kien hemm żieda fil-konsum. Il-prodott mistenni fl-aħħar tax-xahar.
Prothionamide tablets
Dan il-prodott jinżamm biss bħala stand by. Hhemm problema biex jinstab il-prodottt.
Sultopride 400mg tablets
L-istokk mistenni fi żmien ġimgħatejn dirett mill-Ingilterra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bereġ li saritilhom manutenzjoni għas-sena 2002 u kemm kienet l-ispiża u x'xogħol sar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-bereġ li saritilhom manutenzjoni fis-sena 2002 huma:
1. Mġarr
2. Tarxien
3. Żejtun
4. Xagħjra
Ħafna xogħol sar mill-Kunsilli Lokali. L-ispiża tad-Dipartiment kienet ta' Lm2982.
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ta' estenzjoni qiegħda issir fil-poliklinika ta' Raħal Ġdid, meta beda x-xogħol peress li ilu li ġie imwiegħed is-snin u kemm ġejja tiswa l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa ttamat li x-xogħol ta' estensjoni u modernizzar taċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid jibda s-sena d-dieħla. L-ispiża hija stmata li ser tlaħħaq Lm500,000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li jridu jitħallsu tax-xogħol li għamlu fi ħdan id-dipartiment, x'kien ix-xogħol u ta' liema sena kien ix-xogħol, u kemm tammonta l-ispiża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għandu mal-118 biċċa xogħol li qed isir kuljum, b'xi forma ta' kuntratt jew ieħor fis-settur u żgur minħabba x-xogħol li jkun qed jitwettaq. Kull kuntrattur għandu xi ħaġa x'jieħu għax-xogħol li jkun sar f'dak il-jum. Ghalhekk l-informazzjoni ma tixtax tingħata fid-detall kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi li għadhom ma tħallsux tax-xogħol li għamlu, x'kien ix-xogħol u kemm tammonta l-ispiża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ix-xogħol mill-kuntratturi f'dan il-Ministeru huwa ħaġa kontinwa u jista` jkun li ħlas ma jkunx sar għax ix-xogħol ikun għadu sejjer, jew huwa xogħol li jieħu fit-tul ħafna u ma jkunx għadu iċċertifikat li sar tajjeb, jew xogħol wieqaf minħabba xi problemi. Jista` jkun ukoll li jkun għad fadal xi "retention monies".
Nissuġġerixxi lill-Onor Interpellant biex jekk għandu xi każ partikolari jinfurmani bih u nagħmel l-istħarriġ meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-taħdidiet ma' l-MPO dwar il-każ ta' nursing aides kif kien elenkat fil-mistoqsija palamentari 16350 tal-29.05.2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment jirriżulta li l-każ ta' tnejn (2) minn dawn il-Health Assistants ma ġiex ikkunsidrat favorevolment mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Jista’ l-Ministru jintervjeni personalment sabiex issir magħrufa r-raġuni vera 'l għala fuq naħa waħda ta' Triq Bormla, f'Paola (n-naħa tad-dar ta' taħt Moran) it-togħma ta' l-ilma tal-vit hija pessima mmens, u ilha hekk għal xhur sħaħ, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra ta' l-istess triq l-istess ilma jintiegħem ferm aħjar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat ir-rapport ta' l-Onorevoli Interpellant. Fil-fatt sar analiżi fil-laboratorji tal-Korporazzjoni fuq tlitt kampjuni meħuda miż-żewġ naħat tat-triq imsemmija. Irriżulta li l-ilma kollu fir-residenzi tat-triq huwa batterjoloġikament tajjeb għax-xorb.
B'riferenza għal mistoqsija 34899, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-kuntratturi li qed jagħmlu xogħol bil-waste compactor vehicle? Jista' jgħid ukoll kemm sar ħlas sa issa minn meta dawn bdew jagħmlu dan ix-xogħol?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-kuntratturi li qed jaghmlu xoghol bil-waste compactor vehicle skond it-tender, qed jithallsu bis-Lm6.48 is-siegha.
Ghal dan ix-xoghol, minn meta ntrebah it-tender s'issa, thallsu l-ammont ta' Lm 20,868.56
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34875, jista' jgħid f'din l-aħħar sena kemm kienu jammontaw in-numru ta' ikliet, (snacks, lunches, dinner, etc.) inkluż ix-xorb li ingħataw fuq bażi complimentery f'Pembroke restaurant tal-ITS? Jista' jgħid f'kull okkażjoni min kienu l-persuni li kielu b'complimentary f'dan ir-restaurant u kemm mistiedna kellhom magħhom? Jista' jgħid minn dawn kemm kienu ħaddiema, konsulenti, chairmen, jew diretturi fil-ministeru, dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li matul is-sena akademika 2001/2002 kien hemm 1211 ikliet, snacks etc. u dawn kienu mqassmin kif gej:
200 ikla lill-istaff Haddiema tal-ITS, bhala rikonoxximent tax-xoghol li jwettqu
254 ikla lill-istaff waqt sessjonijiet ta' tahrig ghall-istudenti
71 ikla (sponsorship) ghas-Social Club tal-MTA
579 ikla lill-membri ta' delegazzjonijiet barranin li zaru l-ITS fuq xoghol u rapprezentanti ta' l-Industrija tat-Turizmu fuq l-iskema ta'
Industrial Placements
ta' l-istudenti.
Ma dawn trid tinkludi ukoll dan li gej:
Kunsulenti 13
Direttur (Turizmu) 22
Direttur Generali 45
Segretarju Permanenti 2
Membri tal-Board of Governors 22
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul Mejju 2000, Ġunju 2000, Lulju 2000, Ottubru 2000, Novembru 2000, Diċembru 2000, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul Mejju 2000, Ġunju 2000, Lulju 2000, Ottubru 2000, Novembru 2000, Diċembru 2000, Ottubru 2001, Novembru 2001 u Diċembru 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul il-perijodu indikat fil-Mistoqsija, in-numru ta` reati kriminali irrappurtati lill-Pulizija u n-numru ta` persuni li nstabu ħatja ta` reati kriminali fl-istess żmien kienu kif ġej:-
2000
Reat mwettqa
Persuni ħatja ta` reati kriminali
Mejju
1,479
777
Ġunju
1,338
492
Lulju
1,684
494
Ottubru
1,323
638
Novembru
1,284
632
Diċembru
1,167
297
2001
Ottubru
1,280
591
Novembru
1,381
719
Diċembru
1,496
328
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul is-sena 1998, xahar b'xahar, is-sena 1999, xahar b'xahar, is-sena 2000, xahar b'xahar, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul is-sena 1998, xahar b'xahar, is-sena 1999, xahar b'xahar, is-sena 2000, xahar b'xahar, Ottubru 2001, Novembru 2001, u Diċembru 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'liċenzji għandu l-operatur ta' l-istabbiliment kummerċjali li jġib l-isem Wise Guys, Triq il-Mazzola, Buġibba? Jista' jgħid għaliex il-pulizija qed tkaxkar saqajha biex tieħu passi biex jitrażżan l-aġir abbużiv ta' l-operatur li jdoqq il-mużika b'volum għoli sas-sigħat bikrin ta' filgħodu? Jista' ukoll jagħti rendikont dettaljat tar-rapporti kollha li saru fil-konfront ta' l-operatur ta' dan l-istabbiliment kummerċjali sew fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra kif ukoll direttament lill-kummissarju tal-pulizija b'deskrizzjoni tal-passi li ttieħdu mill-pulizija għal kull rapport li sar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat għal bejgħ ta` likuri spiritużi u għandu ukoll permess għal soft background music sas-1.00am. Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel spezzjonijiet f`dan il-post u kull meta kien hemm lok, ittieħdu passi quddiem il-Qorti. Fil-fatt minbarra il-każi deċiżi, hemm ukoll oħrajn li għadhom pendenti quddiem il-Qorti.
Jista' il-Ministru jikkonferma li nstabet id-droga f'suletta tal-papoċċ (leminija) ta' priġunier fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin liema papoċċ għadda minn idejn qarib ta' l-istess priġunier fit-taqsima tad-debituri? Jekk iva, kemm kien hemm droga? X'kienet id-droga? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie mgħoddi lill-Pulizija mill-Awtoritajiet tal-Ħabs.
Jirriżulta li instabu 2.8 grammi ta` eroina fil-karkur li kien ser jingħata lill-priġunier minn xi qraba tiegħu, liema karkur kien għadu ma għaddiex għand il-priġunier. Żewġ persuni ser jitressqu l-Qorti dwar dan il-każ li dwaru saret inkjesta Maġisterjali, liema inkjesta għadha mhux konkluża.
Jista' il-Ministru jikkonferma li matul dawn l-aħħar ġimgħat ġew imsawta u sofrew xi ġrieħi xi uffiċjali korrettivi minn xi priġunieri li qegħdin jinżammu fl-isptar Monte Carmeli kif ukoll fil-faċilita' korrettiva ta' Kordin? X'passi ttieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-aħħar ġimgħat qabel id-data tal-Mistoqsija, ma kien hemm l-ebda uffiċjal jew priġunier li sofra xi ġrieħi.
L-aħħar inċident ta` dan it-tip imur lura għat-23 ta` April 2002. F`kull każ isir rapport u jittieħdu passi dixxiplinari kemm interni kif ukoll, jekk ikun il-każ, passi fil-Qorti Kriminali.
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-priġunieri li ttellgħu fl-isptar Monte Carmeli mill-ewwel ġurnata li nfetaħ ward 10 sal-31 ta' Lulju 2002? Jista' jispeċifika r-raġuni għaliex ittellgħu fil-ward 10 ta' l-isptar Monte Carmeli riferibbilment għal kull priġunier?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mir-records miżmuma fil-Faċilita` Korrettiva ta` Kordin dwar il-priġunieri li jiġu riferuti għal Ward 10 fl-Isptar Monte Carmeli li jibdew mill-1 ta` Jannar 1997 sa l-20 ta` Awissu 2002, dil-ward intużat 515 -il darba. Dan in-numru ma jirriflettix in-numru ta` priġunieri individwali minħabba li priġunier jista` jkun ġie referut diversi drabi matul iż-żamma tiegħu fil-Faċilita`.
Id-deċiżjoni biex priġunier jintbagħat l-Isptar Monte Carmeli (Ward 10) tittieħed mill-psikjatra tal-Ħabs u għalhekk hija ta` natura medika u għaldaqstant dettalji dwar ċertifikati mediċi mhux xieraq jiġu żvelati pubblikament.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-pulizija li jdoqqu fil-banda tal-pulizija, jiġifieri mill-att ta' siegħat ta' xogħol, duties oħra barra dan l-impenn, allowances eċċ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Membri tal-Korp tal-Pulizija, jaħdmu tmien sigħat xogħol kull ġurnata u huma ntitolati għal ġurnata mistrieħ wara ħames t`ijiem. Il-maġġor parti jaħdmu bix-xift skond il-ħtiġijiet tat-Taqsima fejn ikunu stazzjonati. Hemm oħrajn li jaħdmu fl-uffiċini, u dawn jaħdmu mit-Tnejn sal-Ġimgħa u jkollhom is-Sibt u l-Ħadd mistrieħ. Dawk il-Membri tal-Korp, taħt ir-rank ta` Spettur huma wkoll intitolati għall-ħlas tas-sigħat żejda li jaħdmu. Dawk il-Membri tal-Korp li jkunu stazzjonati f`Taqsimiet Speċjalizzati, kif ukoll dawk li jkollhom kwalifiki universitarji, jingħataw allowance.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux pjanat l-installazzjoni ta' faċilitajiet fi Triq il-Mitħna, Ħal Qormi, biex in-nies tkun tista' taqsam din it-triq traffikuża b'mod sigur, bħal per eżempju traffic lights etc?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku ma rċieva l-ebda rikjesta minn għand il-Kunsill Lokali fuq dan il-każ.