Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħaż-Żabbar — Toroq

Question

Billi naf li hi prijorita' tal-ħidma tal-Ministeru li jtejjeb it-toroq ta' pajjiżna, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qarib jiġu rranġati Triq Gużeppi Micallef, Triq il-Ġilbiena, Triq l-Għasel u Misrah Alofju Wignacourt f'Ħaż-Żabbar li ilhom ħafna fi stat ħażin u li l-aċċess għalihom kważi jkun impossibbli fix-xhur tax-xitwa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ser isir skond il-prijoritajiet tax-xogħol tad-Dipartiment, naturalment wara li jiġi assigurat li s-servizzi kollha meħtieġa jkunu tqegħdu.
Leg 9 PQ #1674 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

C.Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid x'inhi r-raġuni li l-istudenti f'C.Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy ma jirċevux l-istipendji? Billi l-istudenti f'din l-iskola post sekondarja għandhom ħafna spejjeż f'equipment u prodotti oħra kosmetiċi, apparti kotba, ma jaħsibx il-Ministru li dawn l-istudenti għandhom jingħataw ukoll l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Hemm diversi studenti bħal dawk ta' Carmen Carbonaro School of Hairdressing and Beauty Therapy li ma jirċevux stipendju. Bħalissa qed isir studju dwar id-diversi sistemi ta' stipendji u tal-bżonnijiet ta' l-istudenti biex tiġi mfassla sistema kemm jista' jkun ġusta u li tissussidja lill-istudenti fl-ispejjeż konnessi ma' l-istudji tagħhom.
Leg 9 PQ #1676 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Entitajiet kummerċjali/kontijiet

Question

Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk mill-1 ta' Novembru 1996 sal-lum kienx hemm xi kontijiet tad-dawl ta' xi entitajiet kummerċjali li ġew maħfura kollha jew partijiet minnhom? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv liema kienu dawn il-kontijiet, ta' min kienu, kemm tniżżlu, kif qed jitħallsu u min awtorizza dan it-tnaqqis?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1677 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu dawk l-impjegati ta' l-Enemalta li qabel l-elezzjonijiet ġenerali aċċettaw li jingħataw kumpens minflok ma jkomplu bl-ilment tagħhom kontra l-korporazzjoni? Min kienu dawn il-ħaddiema u x'kumpens ħadu kull wieħed, meta ħaduh u x'kienet is-somma totali li tħallset f'kumpens?

Response (BONNICI, JOSEF)

B`kollox kien hemm 30 impjegat tal-Korporazzjoni EneMalta li aċċettaw li jieħdu kumpens mingħajr ma jkomplu bl-ilment tagħhom kontra l-Korporazzjoni. Ma nħossx li jkun etikament ġust li nxandar l-ismijiet ta` dawn il-ħaddiema. Madanakollu qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-kumplament ta` l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #1703 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm li jitħallsu l-allowance li għandhom dritt għaliha l-watchmen fl-iskejjel? Għaliex għadhom ma tħallsux minn Ġunju, 1998 il-watchmen ta' l-iskola sekondarja bniet tar-Rabat (Malta) u ta' l-iskola primarja tal-Mellieħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-'watchmen' dejjem qegħdin jitħallsu regolarment. Il-'watchmen' ta' l-iskola Sekondarja Bniet tar-Rabat (Malta) tħallsu l-allowances minn Mejju sa l-aħħar ta' Ottubru. Il-'watchmen' ta' l-iskola Primarja tal-Mellieħa għadhom ma tħallsux l-allowances peress li dawn huma 'on loan' u jitħallsu mid-dipartimenti rispettivi tagħhom. Id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ser iħallas l-allowances bi transfer voucher.
Leg 9 PQ #1718 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli? Kemm hemm nisa? Kemm hemm irġiel? Xi spektrum ta' eta' hemm - mill-iżgħar sa l-ikbar? Kemm hemm pazjenti li ilhom hemm: 1) sena; 2) minn sentejn sa ħames snin; 3) minn ħames snin sa għaxar snin; 4) minn għaxar snin sa 15-il sena; 5) minn 15-il sena sa 20 sena; 6) minn 20 sena sa 25 sena; u 7) iżjed minn 25 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-25 ta' Novembru 1998, fl-Isptar Monte Carmeli, kien hemm 539 (280 irġiel u 259 nisa) residenti. L-iżgħar persuna hija tifel ta'9 snin u l-ikbar persuna hija mara ta' 95 sena. Dawn il-pazjenti ilhom l-isptar kif jidher hawn taħt: inqas minn sena sena sentejn sa ħames snin __________________________________________________ _________ irġiel 53 16 37 nisa 52 14 44 Total 105 30 81 __________________________________________________ _________ 5 snin sa 10 snin 10 snin sa 15-il sena __________________________________________________ _________ irġiel 33 19 nisa 27 25 Total 60 44 __________________________________________________ _________ 15-il sena sa 20 sena sa 25 sena u aktar 20 sena 25 sena __________________________________________________ ____________ irġiel 28 24 70 nisa 15 14 68 Total 43 38 138 __________________________________________________ _____________

Persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi bżonnijiet speċjali jistennew biex jidħlu f'xi ċentru għat-taħriġ? Mil-liema lokalijiet huma dawn il-persuni, lokal b'lokal?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħalissa hemm 23 persuna bi bżonnijiet speċjali li qed jistennew biex jidħlu f'xi ċentru tat-taħriġ u dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Għargħur 1 In-Naxxar 1 Il-Mosta 2 San Pawl il-Baħar 1 Ir-Rabat 1 Santa Venera 1 Birkirkara 1 Il-Gżira 1 San Ġiljan 1 Iż-Żurrieq 2 Raħal Ġdid 1 Il-Gudja 1 Is-Siġġiewi 4 Ħal-Qormi 2 Il-Fgura 1 Wied il-Għajn 1 Ħaż-Żabbar 1 3.12.98

Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani jistennew biex jidħlu: 1) f'San Vinċenz de Paule; u 2) fid-djar ta' l-anzjani? Mil-liema lokalitajiet differenti huma dawn l-anzjani u kemm hemm anzjani minn kull lokalita'?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' anzjani fil-'waiting list' tar-Residenza San Vinċenz fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien 682. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet kif jidher fit-tabella mmarkata 'A'. In-numru ta' anzjani fil-'waiting list' għad-Djar ta' l-Anzjani fl-aħħar ta' Novembru 1998 kien 574. Dawn ġejjin minn dawn il-lokalitajiet kif jidher fit-tabella mmarkata 'B'. Hemm ukoll 'waiting list' oħra għad-Dar ta' Bormla fejn hemm 50 persuna, kif jidher fit-tabella mmarkata 'C'. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tabelli mmarkati 'A' 'B' u 'C'. 3.12.98
Leg 9 PQ #1721 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Talbiet minn kunsilli lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet pendenti minn kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex biex jingħataw l-opportunita' jieħdu ħsieb u jmexxi xi bini ta' valur storiku fil-lokalita' tagħhom? Liema kunsilli lokali u liema postijiet storiċi qed jistennew li jintlaqgħu t-talbiet tagħhom mid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Meta se jintlaqgħu t-talbiet f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel u t-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li qegħdin isiru diskussjonijiet bejn id-Dipartiment ta` l-Artijiet, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u s-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sabiex jiġi deċiż liema minn dan il-bini storiku jista` jiġi mgħoddi lill-Kunsill Lokali konċernat biex imexxih u jieħu ħsiebu. Apparti dan hemm talbiet oħra li ma jirreferux għal bini storiku. Id-deċiżjoni tal-Gvern hi li meta proġett jiġi approvat mid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, il-Gvern jikkonċedi b`titolu, direttament lill-istess Kunsill, il-proprjeta` in kwestjoni. Hemm ukoll il-ħsieb li tiġi emendata il-Liġi ta` l-1976 dwar it-Trasferiment ta` Art tal-Gvern, sabiex f`ċerti każijiet, u bis-salvagwardji neċessarji, il-Kunsill Lokali ikun jista` anke jikkonċedi ċnusijiet fuq l-istess proprjeta` lil terzi. 03.12.98

WSC — Direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mill-Water Services Corporation mill-5 ta' Settembru, 'il hawn? X'kien il-valur tat-tender f'kull każ u x'kienet ir-raġuni li t-tender saret b'dan il-mod?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

WSC — Produzzjoni ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ilma li tipproduċi l-Water Services Corporation huwiex konformi jew le skond il-kriterji aċċettati mill-WHO? Fejn hemm diskrepanza, x'qiegħed isir biex din tingħeleb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-servizzi ta` l-ilma tipproduċi l-ilma mill-impjant tar-reverse osmosis u mill-ilma li jittella minn taħt l-art. Il-Korporazzjoni qed tiffinalizza pjan sabiex taċċerta li l-ilma tax-xorb ikun konformi mal-kriterji tal-WHO u tkompli ttejjeb il-kwalita` ukoll possibilment bil-polishing ta` l-ilma minn taħt l-art. Bħalissa l-Korporazzjoni qed tħallat l-ilma ta` taħt l-art u mill-impjanti tar-reverse osmosis fil-ġibjun u minn hemm jitqassam fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma. Dan il-pjan qed jiġi ntensifikat bit-titjieb kontinwu li qed isir fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma bil-bdil tal-mejnijiet.

WSC — Servizzi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu s-servizzi ġodda ta' l-ilma li ġew stallati mill-Water Services Corporation, sena b'sena, f'dawn l-aħħar erba' snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif ġej: minn Ottubru 1994 sa Settembru 1995 - 3178 minn Ottubru 1995 sa Settembru 1996 - 2192 minn Ottubru 1996 sa Settembru 1997 - 2309 minn Ottubru 1997 sa Settembru 1998 - 2109

WSC — Servizzi ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-servizzi ta' l-ilma provduti mill-Water Services Corporation huma: a) servizzi domestiċi; b) servizzi ta' negozji; c) servizzi industrijali; u d) servizzi f'boathouses jew garaxxijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.

Enemalta — Earth electrodes

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk in-nies li jistgħu jinstallaw l-earth electrodes fid-djar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-earth electrodes hija parti mis-sistema ta` l-istallazzjoni interna ta` l-elettriku. Għalhekk din trid tiġi iċċertifikata minn electrician bil-liċenzja.

Attard — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' tqegħid ta' arbli tad-dawl f'Żebbuġ Road, Attard? Lil hinn mit-triq prinċipali (jiġifieri ġewwa l-għelieqi biswit) min ħallas għalihom dawn l-arbli tad-dawl? Għal liema skop ġie estiż dan id-dawl fl-għelieqi? Meta saret l-applikazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba milll-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1960 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru għall-Ambjent

Rubble wall builders

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi ħsebijiet hemm dwar l-appointments ta' rubble wall builders? Kemm ħaddiema temmew il-kors imniedi mill-ETC fuq rubble wall building b'suċċess? Kemm huwa maħsub li jiġu mpjegati ħaddiema f'din il-kategorija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li 75 ħaddiem temmew b'suċċess kors imniedi mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq il-bini tal-ħitan tas-sejjiegħ. Daħlu 96 applikazzjoni għall-post ta' Senior Operative (Rubble Wall Builder Group IV). Il-pjani huma li 40 minn dawn jiġu appuntati bħala Rubble Wall Builders fl-1999. Jiġu appuntati aktar fis-snin ta' wara skond il-ħtieġa.
Leg 9 PQ #1961 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Immigranti llegali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra fiex waslu l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Gvern Malti fl-allegata għarqa ta' madwar 280 immigrant illegali lejliet il-Milied ta' l-1996 fil-kanal bejn Malta u Sqallija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li kemm l-Inkjesta Maġisterjali kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin. 03.12.98
Leg 9 PQ #1964 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Rapport "The Right to Work"

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport bit-titlu "The Right to Work" li ġie ppreżentat fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ? Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq dan il-kunsill fl-aħħar sena u x'ħidma għandu l-ħsieb li jwettaq fil-futur? Min huma l-membri li jagħmlu parti mill-Kunsill Nazzjonali u lil min jirrappreżentaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li ma kienx hemm żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #1965 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Lotterija Super Five

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna fi flus lill-isport minn meta bdiet il-lotterija Super Five sal-lum? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni, sena b'sena, kif ukoll jgħid kemm kien id-dħul kollu, sena b'sena, minn din il-lotterija tas-Super Five? Tingħata xi għajnuna oħra lill-isport permezz ta' xi logħob jew lotterija oħra? Jekk iva, liema huma u kemm hi din l-għajnuna?

Response (DALLI, JOHN)

B`riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1965 nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li minn barra l-lotterija Super Five ġiet ukoll mogħtija għajnuna lill-isport mill-logħob tal-Lottu fis-snin 1991, 1992 u 1996. Id-dettalji kif mitluba mill-Onor. Interpellant huma kif ġej: Sena Dħul mis- Għajnuna lill-isport Super Five Super Five Lotto LM LM LM 1990 388,870 20,200 -- 1991 1,460,675 36,730 99,200 1992 1,231,122 24,175 52,881 1993 1,595,433 23,950 -- 1994 2,308,271 54,100 -- 1995 2,788,269 37,900 -- 1996 2,487,688 75,350 30,500 1997 2,640,249 75,294 -- 1998 2,972,534 26,560 -- sa Nov.
Leg 9 PQ #1966 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Wied il-Għajn — Triq San Ġwakkin - Bozza

Question

Jista' l-Ministru jara li l-bozza li ilha tiġi rrapportata maqtugħa żmien twil li tinsab fi Triq San Ġwakkin kantuniera ma' Triq il-Knisja, f'Marsascala tiġi mibdula mill-aktar fis possibbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba magħmula mill-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma` talbiet oħra.